Legislator Case Law & Legislation
sl_363.188 MT

Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Birkirkara)

6 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (6)

Statutory Text (6 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.188 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Birkirkara)

KONTROLL TAL-ĦAMIEM

KUNSILL LOKALI BIRKIRKARA)

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.188

BYE-LAWS DWAR KONTROLL TAL-ĦAMIEM

(KUNSILL LOKALI BIRKIRKARA)

13 ta’ Ottubru, 2017

KUNSILL LOKALI BYE-LAW 14/8/2017.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.188 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Birkirkara)

It-titolu ta’ dawn il-Bye-Laws hu Bye-Laws dwar

Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Birkirkara).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.188 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Birkirkara)

F’dawn il-Bye-Laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

tkunx teħtieg xort’oħra

''l-Att'' tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;

"ħamiem domestiku'' tfisser ħamiem li jkun miżmum f’post ta’

abitazzjoni jew xi post ieħor għal skop ta’ rikreazzjoni, passatemp

jew sport;

''ħamiem selvaġġ'' tfisser ħamiem li ma jkunx ħamiem

domestiku;

''il-Kunsill'' tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara;

''Lokalità'' tfisser il-lokalità ta’ Birkirkara kif murija fit-Tieni

Skeda li tinsab mal-Att.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.188 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Birkirkara)

1

F’kull parti tal-lokalità hu projbit li persuna titma’

ħamiem selvaġġ.

3.2 Hu projbit ukoll li persuna tħalli, b’mod volontarju, ikel

f’postijiet aċċessibbli għall- ħamiem selvaġġ.

3.3 Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-ordinament ma japplikawx

għal dawk il-persuni li jrabbu jew jieħdu ħsieb ħamiem domestiku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.188 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Birkirkara)

Il-propjetarji ta’ proprjetà immobbli ġewwa l-lokalita’ li

ma tkunx abitata, għandhom jiżguraw li l-imsemmija proprjetà tkun

imbarrata b’tali mod li ma jkunux jistgħu jidħlu jew ibejjet ħamiem

selvaġġ ġewwa fiha.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.188 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Birkirkara)

1 Kull persuna li tikser xi dispożizzjonijiet ta’ dawn il-

Bye-Laws tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni u tista’, meta tinsab ħatja,

sakemm ma tkunx applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra, teħel

5.1.1

għall-ewwel kontravvenzjoni ammenda ta’ sitta

u erbgħin euro u disgħa u ħamsin ċenteżmu (€46.59)

5.1.2

għat-tieni

kontravvenzjoni

jew

għal

kull

KONTROLL TAL-ĦAMIEM

KUNSILL LOKALI BIRKIRKARA)

kontravvenzjoni oħra li tiġi wara, ammenda ta’ disgħa u sittin

euro u tmienja u tmenin ċenteżmu (€69.88)

5.1.3

fil-każ ta’ kontravvenzjoni kontinwata,

ammenda ta’ ħdax-il euro u ħamsa u sittin ċenteżmu (€11.65)

għal kull jum li matulu tkompli l-kontravvenzjoni.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →