Bye-Laws dwar il-Projbizzjoni ta’ Għasafar f’Avvenimenti ġewwa L-Imdina (Kunsill Lokali L-Imdina)
Statutory Text (5 Articles)
PROJBIZZJONI TA’ GĦASAFAR
F’AVVENIMENTI ĠEWWA L-IMDINA
(KUNSILL LOKALI L-IMDINA)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.180
BYE-LAWS DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’
GĦASAFAR F’AVVENIMENTI ĠEWWA
L-IMDINA (KUNSILL LOKALI L-IMDINA)
7 ta’ Novembru, 2014
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 2/04/2014.
It-titolu ta’ dawn il-Bye-Laws hu Bye-Laws dwar il-
Projbizzjoni ta’ Għasafar f’Avvenimenti ġewwa L-Imdina (Kunsill
Lokali L-Imdina).
F’dawn il-Bye-Laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tkunx teħtieġ xort’oħra
"l-Att" tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;
"avvenimenti" tfisser ġabra ta’ kwalunkwe natura li sseħħ fil-
lokalità tal-Imdina;
"għasafar" tfisser għasafar ta’ kull speċi;
"il-Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali L-Imdina.
Kull persuna hija pprojbita milli tirrilaxxa għasafar
f’avvenimenti ġewwa l-lokalità tal-Imdina.
Kull persuna li tikser id-dispożizzjonijiet tal-bye-law 3
teħel, meta tinsab ħatja, ammenda ta’ sebgħin euro (€70) għal dik
il-kontravenzjoni.