Ordinamenti għall-Grad ta’ Master in Family Therapy and Systemic Practice taħt il-patroċinju tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà
Table of Provisions (11)
Statutory Text (11 Articles)
TAL-FAKULTÀ GĦAT-TISĦIĦ TAS-SOĊJETÀ
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.440
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ MASTER
IN FAMILY THERAPY AND SYSTEMATIC PRACTICE
TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ
GĦAT-TISĦIĦ TAS-SOĊJETÀ
28 ta’ Diċembru, 2012
L-AVVIŻ LEGALI 484 tal-2012, kif emendat bl-Avviżi Legali 375 tal-
2014, 158 tal-2016, 131 tal-2020 u 432 tal-2021.
(1) It-titolu ta’ dawn l-ordinamenti hu l-Ordinamenti għall-
Grad ta’ Master in Family Therapy and Systemic Practice taħt il-
patroċinju tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx mod ieħor -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà;
"il-Bord tal-Istudji" tfisser il-Bord tal-Istudji, maħtur mis-Senat
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master in Family Therapy and
Systemic Practice;
"il-kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’
Master in Family Therapy and Systemic Practice;
"il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in
Family Therapy and Systemic Practice; u
"ir-Regolamenti Prinċipali" tfisser ir-Regolamenti Ġenerali għar-
Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad.
Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2020 jew wara.
(1) Il-Kors ikun miftuħ għall-applikanti li juru profiċjenza fil-
Malti u li għandhom il-kwalifiki li ġejjin: grad ta’ Bachelor minn din l-
Università, jew minn istituzzjoni oħra ta’ edukazzjoni ogħla rikonoxxuta
mis-Senat għal dan il-għan, miksub tal-anqas fit-Tieni Klassi bl-Unuri
jew f’Kategorija II fil-Psikoloġija, fis-Social Work, fl-Edukazzjoni, fil-
Youth and Community Studies jew f’xi qasam ta’ studju ieħor meqjus
rilevanti mill-Bord.
(2) L-applikanti skont il-paragrafu (1) ta’ dan l-ordinament huma
wkoll meħtieġa jkollhom sena esperjenza ta’ xogħol normalment f’settur
psikosoċjali. L-applikanti għandhom jippreżentaw ittra li turi li
għandhom mill-anqas 1200 siegħa ta’ esperjenza f’dan ix-xogħol.
Esperjenza ta’ xogħol miksuba minn settur volontarju jkun ikkunsidrata
wkoll.
(3) L-applikanti li għandhom kwalifika rikonoxxuta ta’
Postgraduate Diploma in Family Therapy jistgħu jitħallew jidħlu
TAL-FAKULTÀ GĦAT-TISĦIĦ TAS-SOĊJETÀ
fit-Tieni Parti tal-kors, sakemm li dawn l-applikanti juru biċ-ċar
lill-Bord tal-Istudji li laħqu l-livell akkademiku meħtieġ sabiex
isegwu l-kors bi profitt.
(4) L-applikanti kollha jridu juru li ghandhom il-kompetenza u
d-dispożizzjoni neċessarji sabiex isegwu l-kors bi profitt.
(5)
(a) Il-kompetenza u d-dispożizzjoni professjonali jitkejlu
permezz ta’ eżerċizzji li jinvolvu (i) il-ħidma ta’ rwol u
(ii) intervista personali estiża minn bord maħtur għal
dan il-għan; u
(b) L-applikanti li jiksbu inqas minn 60% fil-kriterju tal-
kompetenza u d-dispożizzjoni professjonali ma
jitħallewx jidħlu fil-kors.
(6) Is-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord, għandu
jiddeċiedi n-numru ta’ applikanti li jistgħu jitħallew jirreġistraw
għall-kors, skont ir-riżorsi disponibbli. In-numru ta’ postijiet
disponibbli jiġi mħabbar meta jkunu qed jintlaqgħu l-
applikazzjonijiet.
(7) Meta n-numru tal-applikanti li jistgħu jiġu aċċettati fil-kors
hu ristrett skont il-paragrafu (6) ta’ dan l-ordinament, u n-numru ta’
applikanti li jissodisfaw il-kriterju tal-kompetenza skont il-
paragrafi (4) u (5) ta’ dan ordinament jaqbeż in-numru ta’ postijiet
disponibbli, l-applikanti jiġu magħżula skont il-kriterji mwieżna li
ġejjin
(a) it-tip u l-klassifikazzjoni tal-grad - 20%;
(b) l-esperjenza ta’ xogħol skont il-paragrafu (2) ta’ dan l-
ordinament - 20%; u
(ċ) il-kompetenza u d-dispożizzjoni professjonali (skont
ir-riżultat tal-paragrafu (5) ta’ dan l-ordinament) -
60%.
(8) Il-bord għall-intervisti maħtur mill-Bord għandu jkun
magħmul minn tal-anqas minn tliet membri.
(9) Għall-għan tal-għażla, l-applikanti li jiksbu l-kwalifiki
tagħhom skont kif stipulat fil-paragrafi (1) sa (3) ta’ dan l-
ordinament sal-31 ta’ Awwissu ta’ qabel ma jibda l-kors għandhom
jitqiesu l-ewwel.
Il-kors għandu jinfirex fuq erba’ semestri ta’ studju fuq
bażi full-time jew l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time.
(1) Il-programm ta’ studju għandu jikkonsisti minn żewġ
partijiet, li huma
(a) l-Ewwel Parti li tikkonsisti minn numru ta’ taqsimiet
studju mgħallma u prattiċi li għalihom hemm assenjati
total ta’ 60 kredtu ECTS; u
(b) it-Tieni Parti li tikkonsisti minn numru ta’ taqsimiet
studju mgħallma u prattiċi li għalihom hemm assenjati
total ta’ 30 kredtu ECTS, u xogħol ta’ riċerka u l-kitba
ta’ dissertazzjoni li għalihom hemm assenjati total ta’
30 kredtu ECTS ieħor.
TAL-FAKULTÀ GĦAT-TISĦIĦ TAS-SOĊJETÀ
(2) It-taqsimiet studju prattiċi jistgħu jkunu matul il-ġurnata u/
jew filgħaxija.
(3) Fil-każ ta’ applikanti li jkun jonqoshom tagħrif essenzjali fil-
qasam tal-metodoloġija tar-riċerka, il-Bord jista’ jitlob lill-istudenti li
jidħlu fil-Kors, biex minbarra l-programm ta’ studju kif speċifikat fil-
paragrafu (1) tal-ordinament 5, isegwu u jgħaddu minn taqsimiet studju
supplimentari f’dan il-qasam li għalihom ikun hemm assenjati massimu
ta’ 12 il-krettu ECTS.
(4) L-istudenti li jiksbu 60 kredtu ECTS assenjati għal
taqsimiet studju mgħallma u prattiċi b’marka medja ta’ mill-anqas
50% u ma jkomplux il-kors, jew wara li komplew ma jkunux
spiċċaw b’suċċess id-dissertazzjoni, jkunu eliġibbli għall-għoti tal-
Postgraduate Diploma.
(5) Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat wara l-
approvazzjoni tas-Senat, normalment mhux anqas minn tmien xhur
qabel il-bidu tal-kors.
(1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma
għandha tkun kompluta sal-aħħar tas-semestru li fih ikun sar it-
tagħlim tat-taqsima studju.
(2) Dawk l-istudenti li f’xi sena akkademika jeħlu fil-valutazzjoni
ta’ mhux aktar minn 20 krettu ECTS, jekk ikunu qegħdin isegwu l-Kors
full-time, jew mhux aktar minn 10 kretti ECTS jekk ikunu qegħdin
isegwu l-Kors part-time, jingħataw l-opportunità li joqogħdu għall-
valutazzjoni mill-ġdid fit-taqsimiet studju li weħlu minnhom fis-sessjoni
tal-valutazzjoni ta’ Settembru.
Bil-kondizzjoni li dawk l-istudenti li jeħlu minn taqsima
studju li tinvolvi pjazzament li l-valutazzjoni tiegħu ssir matul
perijodu ta’ żmien ma jkollhomx id-dritt għall-valutazzjoni
supplimentari u jkunu meħtieġa li jirtiraw mill-kors.
(3) Suġġett għall-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu (2) ta’ dan
l-ordinament, l-istudenti li jeħlu fil-valutazzjoni tat-taqsima studju li
tinvolvi esperjenza ta’ xogħol, prattika klinika jew xi taqsima studju
oħra li titlob valutazzjoni fuq perijodu ta’ żmien, meta ma jkunx prattiku
jew possibbli li valutazzjoni mill-ġdid ssir fl-istess sena akkademika,
ikunu meħtieġa li jagħmlu it-taqsima mill-ġdid f’sena addizzjonali. Is-
sena addizzjonali m’għandhiex titqies għall-għan tat-tul tal-Kors. Jekk
jgħaddu b’suċċess fil-valutazzjoni mill-ġdid f’dawn it-taqsimiet, u jekk
ikunu eliġibbli, l-istudenti jitħallew ikomplu l-Kors fl-opportunità li
jmiss.
(4) L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ kredti permess
skont il-paragrafu (2) ta’ dan l-ordinament, jew l-istudenti li wara
valutazzjoni mill-ġdid ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju,
jkunu meħtieġa jirtiraw mill-kors.
(1) L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni
individwali ta’ madwar 25,000 kelma skont il-linji gwida maħruġin
mill-Bord tal-Istudji.
(2) Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni għandu jsir waqt l-aħħar
żewġ semestri tal-kors. Kull student ikun assenjat superviżur, li
għandu jipprovdi gwida u pariri fuq bażi regolari waqt il-perijodu
TAL-FAKULTÀ GĦAT-TISĦIĦ TAS-SOĊJETÀ
ta’ studju.
(3) It-titolu provviżorju tad-dissertazzjoni u l-proposta ta’
riċerka dettaljata għandhom ikunu mressqa għall-approvazzjoni tal-
Bord tal-Istudji mhux iktar tard mid-data indikata mill-Bord tal-
Istudji.
(1) L-istudenti għandhom iżommu kuntatt regolari mas-
superviżur tagħhom.
(2) Is-superviżuri għandhom jibgħatu lill-Bord tal-Istudji
rapporti dwar il-progress ta’ kull student taħt is-superviżjoni
tagħhom fit-tmiem ta’ kull semestru ta’ studji, kemm jekk l-
istudent ikun qiegħed isegwi l-kors fuq bażi full-time u kemm jekk
part-time. Dawn ir-rapporti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni li
jew (a) jittawwal il-perijodu ta’ studju biex l-istudent ikun jista’
jtemm id-dissertazzjoni; jew (b) jintemmu l-istudji qabel il-waqt
jekk is-superviżur jidhirlu li dan huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi,
sakemm li
(i)
l-estensjoni tal-perijodu ta’ studju msemmija f’(a)
tkun skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti
Prinċipali; u
(ii) il-Bord tal-Istudji ma jistax itemm l-istudji qabel il-
waqt skont (b) jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-
istudent biex jiddefendi l-każ tiegħu.
Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop tal-
klassifikazzjoni tal-Postgraduate Diploma u tal-Grad għandha tkun
ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fil-komponenti kollha tal-
programm ta’ studju, bil-kredti kollha jingħataw piż indaqs.
Id-dispożizzjonijiet tal-ordinamenti preċedenti għandhom
japplikaw mutatis mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi part-
time, u suġġett għal dawk it-tibdiliet li jistgħu raġonevolment
jitqiesu mill-Bord tal-Istudji bħala neċessarji minħabba n-natura
part-time tal-kors.