Legislator Case Law & Legislation
sl_327.438 MT

Ordinamenti skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, għas-Certificate in German

9 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (9)

Statutory Text (9 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.438 — Ordinamenti skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, għas-Certificate in German – Cert. Ger. - u għad-Diploma in German – Dip. Ger. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti

DIPLOMA IN GERMAN – DIP. GER. - TAĦT IL-

PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-ARTI

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.438

L-ORDINAMENTI SKONT IR-REGOLAMENTI

ĠENERALI GĦAR-RIKONOXXIMENTI

UNIVERSITARJI SAL-EWWEL GRAD, GĦAS-

CERTIFICATE IN GERMAN – CERT. GER. – JEW

GĦAD-DIPLOMA IN GERMAN – DIP. GER. -

TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-

ARTI

8 ta’ Ġunju, 2017

L-AVVIŻ LEGALI 173 tal-2017.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.438 — Ordinamenti skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, għas-Certificate in German – Cert. Ger. - u għad-Diploma in German – Dip. Ger. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti

(1) Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala l-

Ordinamenti skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti

Universitarji sal-Ewwel Grad, għas-Certificate in German – Cert.

Ger. - u għad-Diploma in German – Dip. Ger. - taħt il-patroċinju

tal-Fakultà tal-Arti.

(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

teħtieġx mod ieħor -

“il-Bord” tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Arti;

“il-Bord tal-Istudji” tfisser il-Bord tal-Istudji maħtur mis-Senat

għall-Korsijiet, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord;

“iċ-Ċertifikat” tfisser is-Certificate in German – Cert. Ger.;

“id-Diploma” tfisser id-Diploma in German – Dip. Ger.; u

“il-Kors għaċ-Ċertifikat” tfisser il-programm ta’ studju li jwassal

għas-Certificate in German – Cert. Ger.; u

“il-Kors għad-Diploma” tfisser il-programm ta’ studju li jwassal

għad-Diploma in German – Dip. Ger.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.438 — Ordinamenti skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, għas-Certificate in German – Cert. Ger. - u għad-Diploma in German – Dip. Ger. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti

Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li

jibdew fi Ottubru 2017 jew wara.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.438 — Ordinamenti skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, għas-Certificate in German – Cert. Ger. - u għad-Diploma in German – Dip. Ger. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti

(1) Biex ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-Kors

għaċ-Ċertifikat jew fil-Kors għad-Diploma, l-applikanti għandhom,

m in b a r r a li ji s s o d is f a w i r- r ek w i ż i t i ġ e n e r a l i g ħ a d - dħ u l k if

speċifikati fir-Regolamenti għad-Dħul, ikollhom

(a) livell minimu ta’ A1 skont il-Qafas Ewropew Komuni

ta’ Riferenza għal-Lingwi (CEFR) fil-Ġermaniż jekk

iridu jidħlu fil-Kors għaċ-Ċertifikat; jew

(b) livell minimu ta’ B1 skont il-Qafas Ewropew Komuni

ta’ Riferenza għal-Lingwi (CEFR) fil-Ġermaniż jew

iċ-Ċertifikat jekk iridu jidħlu fil-Kors għad-Diploma.

(2) L-applikanti għandhom jipprovdu ċertifikazzjoni li turi l-

livell tagħhom fil-Ġermaniż, jew jekk ma jkollhomx din iċ-

ċertifikazzjoni, huma jkunu meħtieġa joqogħdu għal test ta’

profiċjenza mmexxi mid-Dipartiment tal-Ġermaniż.

(3) L-applikanti li jidħlu skont is-sottoparagrafu (ċ) tar-

DIPLOMA IN GERMAN – DIP. GER. - TAĦT IL-

PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-ARTI

regolament 6 tar-Regolamenti għad-Dħul għandhom ikollhom dawk

il-kwalifiki u / jew l-esperjenza li jissodisfaw lill-Kumitat tad-Dħul

tal-Fakultà li huma laħqu l-livell akkademiku meħtieġ biex isegwu

l-Kors għaċ-Ċertifikat jew għad-Diploma bi profitt. L-eliġibbiltà

ta’ dawn l-applikanti għandha tkun deċiża mill-Kumitat tad-Dħul

tal-Fakultà wara li tkun saret intervista mmexxija minn bord tal-

intervisti maħtur għal dan il-għan.

(4) Il-bord tal-intervisti maħtur mill-Bord

għandu

jkun

magħmul mill-anqas minn tliet membri.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.438 — Ordinamenti skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, għas-Certificate in German – Cert. Ger. - u għad-Diploma in German – Dip. Ger. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti

(1) Il-Kors għaċ-Ċertifikat jinfirex fuq medda ta’ żewġ

semestri ta’ studju fuq bażi part-time.

(2) Il-Kors għad-Diploma jinfirex fuq medda ta’ żewġ semestri

ta’ studju fuq bażi part-time wara l-Kors għaċ-Ċertifikat.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.438 — Ordinamenti skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, għas-Certificate in German – Cert. Ger. - u għad-Diploma in German – Dip. Ger. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti

(1) Il-Kors għaċ-Ċertifikat għandu jikkonsisti minn

taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati 30 krettu ECTS.

(2) Il-Kors għad-Diploma għandu jikkonsisti minn taqsimiet

studju li għalihom hemm assenjati 60 krettu ECTS, li 30 krettu

ECTS minnhom ikunu saru fil-Kors għaċ-Ċertifikat.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.438 — Ordinamenti skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, għas-Certificate in German – Cert. Ger. - u għad-Diploma in German – Dip. Ger. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti

Il-programmi ta’ studju għandhom ikunu ppubblikat wara

l-approvazzjoni tas-Senat, normalment mhux anqas minn tmien

xhur qabel il-bidu tal-Korsijiet.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.438 — Ordinamenti skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, għas-Certificate in German – Cert. Ger. - u għad-Diploma in German – Dip. Ger. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti

(1) Iċ-Ċertifikat jingħata lill-istudenti li jiksbu l-kretti

kollha indikati fil-paragrafu (1) tal-ordinament 5 sakemm dawn ma

jagħżlux li jkomplu għall-Kors għad-Diploma.

(2) L-ismijiet tal-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti taċ-

Ċertifikat għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.438 — Ordinamenti skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, għas-Certificate in German – Cert. Ger. - u għad-Diploma in German – Dip. Ger. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti

(1) Id-Diploma tingħata lill-istudenti li jiksbu l-kretti

kollha indikati fil-paragrafu (2) tal-ordinament 5. Il-Marka Medja

Finali Mwieżna għall-iskop tal-klassifikazzjoni tad-Diploma

għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fit-taqsimiet studju

kollha, bil-kretti kollha jingħataw piż indaqs.

(2) L-ismijiet tal-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tad-

Diploma għandhom ikunu ppubblikati f ’lista f ’ordni alfabetiku

kklassifikati kif ġej

Għadda b’Distinzjoni

Għadda b’Mertu

Għadda.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →