BYE-LAWS FOR THE DEGREE OF MASTER OF SCIENCE IN MATERIALS ENGINEERING UNDER THE AUSPICES OF THE
Table of Provisions (14)
Statutory Text (14 Articles)
DEGREE OF MASTER OF SCIENCE IN MATERIALS
ENGINEERING UNDER THE AUSPICES
OF THE FACULTY OF ENGINEERING
SUBSIDIARY LEGISLATION 327.385
BYE-LAWS FOR THE DEGREE OF MASTER OF
SCIENCE IN MATERIALS ENGINEERING
UNDER THE AUSPICES OF THE
FACULTY OF ENGINEERING
27th August, 2010
LEGAL NOTICE 405 of 2010, as amended by Legal Notice 395 of 2012.
Repealed by Legal Notice 3 of 2020
(1) It-titolu ta’ dawn l-ordinamenti hu l-Ordinamenti għall-
Grad ta’ Master of Science in Materials Engineering taħt il-
patroċinju tal-Fakultà tal-Inġinerija.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx mod ieħor -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Inġinerija;
"il-Grad" tfisser il-grad ta’ Master of Science in Materials
Engineering;
"il-kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-grad ta’
Master of Science in Materials Engineering;
"il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in
Materials Engineering; u
"ir-Regolamenti Prinċipali" tfisser ir-Regolamenti Ġenerali għar-
Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad.
Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2011 jew wara.
(1) Il-kors ikun miftuħ għall-applikanti li għandhom dawn
il-kwalifiki
(a) il-grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) fil-
Mechanical Engineering li jkopri 240 kredtu miksub
tal-anqas fit-Tieni Klassi bl-Unuri; jew
(b) il-grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) fil-
Mechanical Engineering li jkopri 180 kredtu miksub
tal-anqas fit-Tieni Klassi bl-Unuri; jew
(ċ) il-grad ta’ Bachelor of Science (Honours) in Chemistry
with Materials li jkopri 180 kredtu miksub tal-anqas
fit-Tieni Klassi bl-Unuri; jew
(d) kwalifiki li huma komparabbli ma’ dawk imsemmija
fis-subparagrafi (a), (b) u (ċ) kif approvat mis-Senat
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord,
sakemm li l-applikanti li japplikaw skont is-subparagrafi (b), (ċ) u
jekk ikun meqjus neċessarju (d), ikunu meħtieġa li jtemmu
programm preparatorju kif speċifikat fl-ordinament 4.
(2) Il-Bord għandu jirrakkomanda lis-Senat in-numru ta’
applikanti li jistgħu jitħallew jirreġistraw għall-kors, skont id-
GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN MATERIALS
ENGINEERING TAĦT IL-PATROĊINJU
TAL-FAKULTÀ TAL-INĠINERIJA
disponibilità tar-riżorsi. L-għadd ta’ postijiet disponibbli jkun
imħabbar fiż-żmien tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
(3) Meta l-g]add ta’ studenti jkun limitat u l-għadd ta’
applikanti eliġibbli jaqbeż l-għadd ta’ postijiet disponibbli, l-
applikanti jintgħażlu permezz ta’ intervista li ssir minn bord
maħtur għal dan l-iskop li jkun magħmul mill-anqas minn tliet
membri. Il-bord għandu jagħżel lill-applikanti skont dawn il-
kriterji li ġejjin, li jkunu mwieżna kif ġej
(a) it-tip tal-grad u l-klassi - 40%;
(b) il-kapaċità tagħhom fis-suġġetti tal-materials science
u tal-inġinerija fil-livell tal-ewwel grad - 40%; u
(ċ) il-livell li jilħqu waqt l-intervista - 20%.
(1) L-applikanti li jirreġistraw skont is-subparagrafi (b),
(ċ), u jekk meħtieġ (d) tal-ordinament 3(1) ikunu meħtieġa jtemmu
programm preparatorju li jkopri 30 kredtu kif indikat mill-Bord,
b’marka medja globali ta’ 65% jew aħjar, qabel ir-reġistrazzjoni
tagħhom bħala studenti regolari fil-kors.
(2) Il-programmi ta’ studju preparatorji huma suġġetti wkoll
għar-Regolamenti Prinċipali.
Il-kors għandu jinfirex fuq tliet semestri ta’ studju fuq bażi
full-time jew l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time.
Il-programm ta’ studju għandu jikkonsisti minn taqsimiet
studju li għalihom hemm assenjati total ta’ 90 kredtu, li minnhom
60 kredtu jkunu assenjati għat-taqsimiet studju mgħallma u 30
kredtu għat-taqsima tad-dissertazzjoni.
L-istudenti li jiksbu s-60 kredtu assenjati għat-taqsimiet
studju mgħallma b’marka medja ta’ mill-anqas 50% u ma jkomplux
il-kors, jew wara li komplew ma jkunux spiċċaw b’suċċess id-
dissertazzjoni, jkunu eliġibbli għall-għoti tal- Postgraduate
Diploma.
Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat mill-Bord
wara l-approvazzjoni tas-Senat, normalment mhux anqas minn
tmien xhur qabel il-bidu tal-kors.
(1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma
għandha tkun kompluta sal-aħħar tas-semestru li fih ikun sar it-
tagħlim tat-taqsima studju.
(2) Dawk l-istudenti li matul xi sena akkademika jeħlu fil-
valutazzjoni ta’ mhux aktar minn 20 kredtu għal taqsimiet studju
mgħallma, jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors full-time, jew mhux
aktar minn 10 kredti jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors part-time,
għandhom jingħataw l-opportunità li joqogħdu għall-valutazzjoni
mill- ġ did fil-valutazzjonijiet li we ħ lu minnhom fl-ewwel
opportunità prattikabbli, kif determinat mill-Bord.
(3) L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ taqsimiet studju
permess skont il-paragrafu (2), jew l-istudenti li wara valutazzjoni
mill-ġdid ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju jkunu meqjusa
GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN MATERIALS
ENGINEERING TAĦT IL-PATROĊINJU
TAL-FAKULTÀ TAL-INĠINERIJA
li weħlu mill-kors.
(1) L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni
individwali ta’ madwar 25,000 kelma skont il-linji gwida maħruġin
mill-Bord.
(2) Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni għandu jsir waqt it-tielet
semestru tal-kors. Kull student ikun assenjat superviżur li għandu
jipprovdi gwida u pariri fuq bażi regolari waqt il-perijodu ta’
studju.
(3) It-titolu provviżorju tad-dissertazzjoni u proposta ta’
riċerka dettaljata għandhom ikunu mressqa għall-approvazzjoni tal-
Bord sal-aħħar tal-ewwel semestru.
(1) L-istudenti għandhom iżommu kuntatt regolari mas-
superviżur tagħhom.
(2) Is-superviżuri għandhom jissottomettu lill-Bord rapport
dwar il-progress tal-istudenti taħt is-superviżjoni tagħhom fl-aħħar
ta’ kull semestru ta’ studji, kemm jekk l-istudent qiegħed isegwi l-
kors fuq bażi full-time kemm jekk part-time. Dawn ir-rapporti
jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni biex jew (a) il-perijodu ta’
studju jkun imtawwal biex l-istudent ikun jista’ jispiċċa d-
dissertazzjoni; jew (b) jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-
superviżur iqis li dan hu xieraq fiċ-ċirkostanzi, sakemm li
(i)
l-estensjoni tal-perijodu ta’ studju msemmija f’(a)
tkun skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti
Prinċipali; u
(ii) il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont
(b) jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent li
jiddefendi l-każ tiegħu.
Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop tal-
klassifikazzjoni tal-Postgraduate Diploma u tal-Grad għandha tkun
ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fil-komponenti kollha tal-
programm ta’ studju, bil-kredti kollha jingżataw piż indaqs.
(1) Il-Bord jista’, minn żmien għal żmien, joffri lill-
istudenti l-opportunità li jsegwu l-kors fuq bażi part-time.
(2) Id-dispożizzjonijiet tal-ordinamenti preċedenti għandhom
japplikaw mutatis mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi part-
time, u suġġett għal dawk it-tibdiliet li jistgħu raġonevolment
jitqiesu mill-Bord bħala neċessarji minħabba fin-natura part-time
tal-kors.