Ordinamenti għall-Grad ta’ Master of Science in Reproductive Health taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija
Table of Provisions (11)
Statutory Text (11 Articles)
GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN REPRODUCTIVE
HEALTH TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ
TAL-MEDĊINA U L-KIRURĠIJA
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.384
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF
SCIENCE IN REPRODUCTIVE HEALTH TAĦT
IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-MEDIĊINA
U L-KIRURĠIJA
27 ta’ Awwissu, 2010
L-AVVIŻ LEGALI 404 tal-2010, kif emendat bl-Avviż Legali 224 tal-
2013.
(1) It-titolu ta’ dawn l-ordinamenti hu l-Ordinamenti għall-
Grad ta’ Ma st er of S cience in Reprodu ctive Hea lth taħ t i l-
patroċinju tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx mod ieħor -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;
"il-Grad" tfisser il-grad ta’ Master of Science in Reproductive
Health;
"il-kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’
Master of Science in Reproductive Health;
"il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in
Reproductive Health; u
"ir-Regolamenti Prinċipali" tfisser ir-Regolamenti Ġenerali għar-
Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad.
Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2013 jew wara.
Il-kors ikun miftuħ għall-applikanti li għandhom
(a) il-grad ta’ Doctor of Medicine and Surgery, kif definit
fit-Taqsima Ia tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il-
Professjonijiet tas-Saħħa; jew
(b) kwalifika meqjusa mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni
tal-Bord, bħala ekwivalenti għall-kwalifika msemmija
fis-subparagrafu (a).
Il-kors għandu jinfirex fuq tliet semestri ta’ studju fuq bażi
full-time jew l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time.
(1) Il-programm ta’ studju għandu jikkonsisti minn
taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati total ta’ 90 kredtu, li
minnhom 60 kredtu huma assenjati għat-taqsimiet studju mgħallma
u 30 kredtu huma assenjati għat-taqsima studju tad-dissertazzjoni.
(2) L-istudenti li jiksbu s-60 kredtu assenjati għat-taqsimiet
studiu mgħallma b’marka medja ta’ mill-anqas 50% u ma jkomplux
il-kors, jew wara li komplew ma jkunux spiċċaw b’suċċess id-
dissertazzjoni, jkunu eliġibbli għall-għoti tal-Postgraduate
Diploma.
GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN REPRODUCTIVE
HEALTH TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ
TAL-MEDĊINA U L-KIRURĠIJA
(3) Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat wara l-
approvazzjoni tas-Senat, normalment mhux anqas minn tmien xhur
qabel il-bidu tal-kors.
(1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma
għandha tkun kompluta sal-aħħar tas-semestru li fih ikun sar it-
tagħlim tat-taqsima studju.
(2) Dawk l-istudenti li f’xi sena akkademika jeħlu fil-
valutazzjoni ta’ mhux aktar minn 20 kredtu, jekk ikunu qegħdin
isegwu l-kors full-time, jew mhux aktar minn 10 kredti jekk ikunu
qegħdin isegwu l-kors part-time, jingħataw l-opportunità li
joqogħdu għall-valutazzjoni mill-ġdid fil-valutazzjonijiet li weħlu
minnhom fis-sessjoni tal-eżamijiet supplimentari ta’ Settembru.
(3) L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ kredti permess
skont il-paragrafu (2), jew l-istudenti li wara valutazzjoni mill-ġdid
ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju, jkunu meħtieġa jirtiraw
mill-kors.
(1) L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni
individwali ta’ madwar 25,000 kelma skont il-linji gwida maħruġin
mill-Bord.
(2) Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni għandu jsir waqt it-tielet
semestru tal-kors. Kull student ikun assenjat superviżur mill-Bord,
li għandu jipprovdi gwida u pariri fuq bażi regolari waqt il-perijodu
ta’ studju.
(3) It-titlu provviżorju tad-dissertazzjoni u l-proposta ta’
riċerka dettaljata għandhom ikunu mressqa għall-approvazzjoni tal-
Bord sal-aħħar tal-ewwel semestru.
(1) L-istudenti jkunu meħtieġa jżommu kuntatt regolari
mas-superviżur tagħhom.
(2) Is-superviżuri għandhom jibgħatu lill-Bord rapporti dwar
il-progress tal-istudenti taħt is-superviżjoni tagħhom fit-tmiem ta’
kull semestru ta’ studji, kemm jekk l-istudent ikun qiegħed isegwi
l-kors fuq bażi full-time u kemm jekk part-time. Dawn ir-rapporti
jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni li jew (a) jittawwal il-perijodu
ta’ studju biex l-istudent ikun jista’ jtemm id-dissertazzjoni; jew
(b) jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-superviżur jidhirlu li
dan huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi, sakemm li
(i)
l-estensjoni tal-perijodu ta' studju msemmija f’(a) tkun
skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Prinċipali;
u
(ii) il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont
(b) jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent
biex jiddefendi l-każ tieghu.
Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop tal-
klassifikazzjoni tal-Postgraduate Diploma u tal-Grad għandha tkun
ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fil-komponenti kollha tal-
programm ta’ studju, bil-kredti kollha jingħataw piż indaqs.
GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN REPRODUCTIVE
HEALTH TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ
TAL-MEDĊINA U L-KIRURĠIJA
Id-dispożizzjonijiet tal-ordinamenti preċedenti għandhom
japplikaw mutatis mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi part-
time, u suġġett għal dawk it-tibdiliet li jistgħu raġonevolmcnt
jitqiesu mill-Bord bħala meħtieġa minħabba fin-natura part-time
tal-kors.