Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta’ Erasmus Mundus Master of Science in Human Language Science and Technology - M.Sc.(HLST) (hlst)
Table of Provisions (14)
Statutory Text (14 Articles)
SCIENCE AND TECHNOLOGY - M.SC. (HLST)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.327
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’
ERASMUS MUNDUS MASTER OF SCIENCE IN
HUMAN LANGUAGE SCIENCE AND TECHNOLOGY
– M.SC. (HLST)
11 ta’ April, 2008
L-AVVIŻ LEGALI 119 tal-2008, kif emendat bl-Avviżi Legali 212 tal-
2013 u 122 tal-2014 u 24 u 175 tal-2021.
(1) Dawn ir-regolamenti jistgħu jissejħu bħala r-
Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta’ Erasmus Mundus Master of
Science in Human Language Science and Technology – M.Sc.
(HLST).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
“il-Bordijiet” tfisser il-Bord tal-Fakultà tat-Teknoloġija tal-
Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u l-Bord tal-Isititut tal-
Lingwistika u tat-Teknoloġija tal-Lingwa;
“il-Bord tal-Istudji” tfisser il-Bord tal-Istudji maħtur mis-Senat
għall-Kors, wara r-rakkomandazzjoni tal-Bordijiet, responsabbli
għall-amministrazzjoni akkademika u għall-organizzazzjoni tal-
Kors;
“i l-Grad” tfisser il-grad t a’ Master of S cience in Human
Language Science and Technology – M.Sc. (HLST);
“il-Kors” tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-grad ta’
Erasmus Mundus Master of Science in Human Language Science
and Technology – M.Sc. (HLST);
“din l-Università” tfisser l-Università ta’ Malta; u
“l-Universitajiet Imsieħba” tfisser l-istituzzjonijiet li ġejjin
Saarland University Saarbrücken, Germany (Co-ordinating
University)
University of Trento, Italy
University of Malta, Malta
University of Lorraine, France
Charles University, Prague, Czechia
University of Groningen, The Netherlands
Shanghai Jiao Tong University, China
University of Melbourne, Australia
University of the Basque Country.
(3) Dan il-Grad huwa grad ta’ Master Erasmus Mundus ta’ din l-
Università u dan għandu jfisser li l-Kors huwa mgħallem f’din l-
Università bil-kollaborazzjoni ta’ Universitajiet Imsieħba fi ħdan qafas
ta’ programm għal grad doppju.
SCIENCE AND TECHNOLOGY - M.SC. (HLST)
Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew minn Ottubru 2020 jew wara.
(1) Il-kors huwa miftuħ għal applikanti li għandhom grad
tal-ewwel ċiklu miksub bi klassifikazzjoni fit-tieni klassi bl-unuri
jew kategorija II jew aħjar f’waħda minn dawn l-oqsma ta’ studju li
ġejjin: (Computational) Linguistics, Language Technology,
Cognitive Science, Computer Science, Mathematics, Artificial
Intelligence, jew dixxiplini rilevanti oħra.
(2)
(i) L-applikanti jkunu meħtieġa juru li l-livell tal-Ingliż
tagħhom huwa sodisfaċenti. L-offerta ta’ post fuq il-
Kors tista’ tkun bil-kundizzjoni li l-applikanti jiksbu
dawn il-kwalifiki ta’ profiċjenza qabel il-bidu tal-
istudji tagħhom.
(ii) Il-Profiċjenza fl-Ingliż tista’ tiġi ċċertifikata minn
waħda minn dawn il-kwalifiki li ġejjin
TOEFL: punteġġ ta’ mill-anqas 250 (test fuq il-
kompjuter) jew 95 b’punteġġ fil-kitba ta’ mill-
anqas 24 (test fuq l-internet);
Cambridge Proficiency Examination Advanced
Certificate: riżultat ta’ grad Ċ jew aħjar;
IELTS: punteġġ ta’ mill-anqas 6.5 b’punteġġ
minimu ta’ 6.0 f’kull element.
(iii) Nies li l-lingwa Ingliża hija l-lingwa nattiva tagħhom u
studenti li attendaw kors tal-Baċellerat mgħallem bl-
Ingliż jistgħu ma jkunux meħtieġa jippreżentaw iċ-
ċertifikati msemmija hawn fuq, iżda jistgħu jkunu
meħtieġa juru l-profiċjenza tagħhom b’mod ieħor.
(1) Il-kors għandu jinfirex fuq perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin xahar ta’ studju fuq bażi full-time.
(2) Il-Bord tal-Istudji jista’ jħalli lill-istudenti jestendu l-istudji
tagħhom b’mhux aktar minn sitt xhur.
L-applikanti li jixtiequ jirreġistraw għall-kors għandhom
japplikaw fuq il-formola preskritta fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur. Huma għandhom jindikaw f ’liema mill-
Universitajiet Imsieħba huma jixtiequ jistudjaw, minbarra din l-
Università.
(1) Il-programm ta’ studji għandu jikkonsisti minn
taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati total ta’ 120 kredtu
ECTS, li jkun magħmul m inn taqsimiet studju mg ħall ma li
għalihom hemm assenjati 90 kredtu ECTS u l-kitba ta’
dissertazzjoni li għaliha hemm assenjati 30 kredtu ECTS.
(2) Il-Bord tal-Istudji, bi qbil ma’ l-Universitajiet Imsieħba,
għandu jħejji programm ta’ studji għall-Kors li għandu jinkludi t-
taqsimiet studju kollha, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju, liema
taqsimiet studju huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu flimkien
jew qabel taqsimiet studju oħra, u l-metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni.
SCIENCE AND TECHNOLOGY - M.SC. (HLST)
Il-programm għandu jinkludi wkoll linji gwida dwar it-tħejjija tad-
dissertazzjoni u l-valutazzjoni tagħha. Il-programm ta’ studji għandu
jkun ippubblikat qabel il-bidu tal-Kors, wara l-approvazzjoni tal-
Bordijiet u tas-Senat.
(3) L-istudenti jkunu meħtieġa jagħmlu sena ta’ studju f’din l-
Università u sena oħra fl-Università Msieħba li jagħżlu. Ix-xogħol
fuq id-dissertazzjoni għandu jsir f’waħda mill-universitajiet fejn l-
istudent ikun qed isegwi t-tieni sena ta’ studji, taħt id-direzzjoni
tas-Superviżur Prinċipali maħtur minn dik l-Università.
(1) Ir-riżultati tal-valutazzjoni tat-taqsimiet studju u tad-
dissertazzjoni għandhom ikunu ppubblikati bħala marka
perċentwali u grad kif indikat fit-tabella hawn taħt
Firxa tal-Marki
Grad
80% - 100%
A
70% - 79%
B
55% - 69%
Ċ
50% - 54%
D
45% - 49%
E
0% - 44%F
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju mgħallma jitħallew
joqogħdu għal valutazzjoni supplimentari darba biss. Il-
valutazzjoni supplimentari ta’ taqsima studju għandha ssir fis-
sessjoni ta’ l-eżamijiet skedata li jmiss (Mejju jew Settembru)
skond il-każ. Fil-valutazzjonijiet supplimentari, l-ogħla marka u
grad li jistgħu jingħataw huma 45% - grad D. Jekk jeħlu, l-istudenti
jkunu meħtieġa jirtiraw mill-kors.
(3) L-istudenti ma jitħallewx ikunu valutati mill-ġdid għal
taqsima studju jekk huma jkunu diġà ngħataw il-kredtu għaliha.
(1) Ix-xogħol għad-dissertazzjoni għandu jsir matul it-tieni
sena tal-kors. Kull student ikun assenjat Superviżur Prinċipali li
għandu jipprovdi gwida u pariri fuq bażi regolari matul il-perijodu
ta’ studju. Jista’ jkun maħtur ukoll ko-superviżur.
(2) L-istudenti, fi żmien xahrejn mill-bidu tat-tielet semestru
ta’ studju, għandhom jipprovdu titlu provviżorju għad-
dissertazzjoni, proposta ta’ riċerka ta’ mill-anqas 300 kelma u
dikjarazzjoni ta’ appoġġ minn akkademiku kkwalifikat li jaċċetta li
jkun is-Superviżur Prinċipali.
(3) Meta l-istudju fuq id-dissertazzjoni ma jsirx f’din l-
Università, membru akkademiku ta’ din l-Università għandu jkun
maħtur bħala konsulent għall- kwistjonijiet li jikkonċernaw il-
preparazzjoni għad-dissertazzjoni biex tiġi sottomessa f ’din l-
Università.
(1) Id-dissertazzjonijiet
ippreżentati
għall-Grad
għandhom
(a) ikunu xogħol ta’ natura avvanzata jew oriġinali fil-
SCIENCE AND TECHNOLOGY - M.SC. (HLST)
qasam ta’ studju approvat għall-istudent;
(b) jissodisfaw lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi
dwar
il-
kontenut u l-preżentazzjoni; u
(ċ) jkunu ta’ 15,000 - 20,000 kelma u jissodisfaw ir-
rekwiżiti l-oħra kollha rigward il-format u l-
preżentazzjoni kif stipulat fil-linji gwida rilevanti.
(2) L-ebda dissertazzjoni ma tiġi aċċettata jekk tkun identika
fis-sustanza ma’ xi dokument li diġà ġie mdaħħal għal xi grad f’din
jew f ’xi università oħra jew għal xi materjal ippubblikat ieħor.
Madankollu, l-istudenti m’għandhomx ikunu mwaqqfa milli
jinkorporaw xi xogħol diġà ppreżentat qabel jekk dan ikun meħtieġ
għall-preżentazzjoni u għall-fehim isħeħ ta’ l-espożizzjoni
tagħhom, sakemm li n-natura u l-volum tax-xogħol inkorporat
ikunu indikati b’mod ċar fid-dissertazzjoni nnifisha.
(3) L-istudenti għandhom jitolbu l-approvazzjoni tal-Bord ta’
l-Istudji għal xi tibdil sostanzjali fit-titolu jew fil-kontenut tad-
dissertazzjoni.
(4) Kull student għandu jippreżenta tliet kopji llegati tad-
dissertazzjoni lill-Fakultà, li waħda minnhom għandha tinżamm fil-
librerija tal-Università u oħra fil-librerija tal-Università Msieħba li
tkun tat grad separatament għat-tmiem b’suċċess tal-istess kors.
(1) Il-Bord tal-Istudji għandu jaħtar Panel ta’
S u p e r v i ż j o n i g ħ a l k u l l s t u d e n t l i j a g ħ m e l i r- r i ċ e r k a g ħ a d -
dissertazzjoni f ’din l-Università. Il-Panel għandu jkun magħmul
minn tliet membri kif ġej: iċ-chairman tal-Bord tal-Istudji bħala ċ-
chairman tal-Panel, u żewġ membri oħra, li wieħed minnhom ikun
is-Superviżur Prinċipali tad-dissertazzjoni, sakemm li meta ċ-
chairman ikun is-Superviżur Prinċipali huwa m’għandux imexxi l-
Panel.
(2) Il-Panel ta’ Superviżjoni għandu jsegwi l-progress ta’ l-
istudenti kif jidhirlu xieraq, sakemm li jiltaqa’ ta’ l-anqas darba
biex jirrevedi l-progress tagħhom.
(3) Is-superviżuri huma meħtieġa jissottomettu
rapporti
regolari dwar l-istudenti lill-Panel ta’ Superviżjoni.
(4) Il-Panel ta’ Superviżjoni jista’ jagħti parir lill-Bord ta’ l-
Istudji, bil-miktub, dwar il-livell milħuq minn student; dan il-parir
jista’ jirrakkomanda jew (a) li jingħata estensjoni tal-perjodu ta’
studju biex jippermetti lill-istudent itemm id-dissertazzjoni; jew (b)
li jintemmu l-istudji qabel iż-żmien jekk il-Panel iqis li dan huwa
xieraq fiċ-ċirkostanzi; sakemm li l-estensjoni tal-perjodu ta’ studju
msemmija f’(a) tkun skond ir-regolament 4(2).
(1) Is-Senat għandu jaħtar Bord tal-Eżaminaturi għal kull
taqsima studju li ssir f’din l-Università, skont il-provvedimenti tar-
Regolamenti tal-Valutazzjoni tal-Università.
(2) Għall-eżami tad-dissertazzjoni, il-Bord tal-Eżaminaturi
għandu jkun magħmul mill-anqas minn tliet membri, iżda jista’
jinkludi wkoll eżaminatur barrani li jkun maħtur minn istituzzjoni
SCIENCE AND TECHNOLOGY - M.SC. (HLST)
għajr din l-Università jew l-Universitajiet Imsieħba li attenda l-
istudent.
(3) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għad-dissertazzjoni għandu
jeħtieġ li l-istudenti jiddefendu d-dissertazzjoni oralment
quddiemhom, sakemm li l-eżaminatur barrani m’għandux għalfejn
ikun preżenti għad-difiża orali.
(4) L-istudenti li d-dissertazzjoni tagħhom titqies mhux
sodisfaċenti jistgħu jew jeħlu jew ikunu meħtieġa mill-Bord ta’ l-
Eżaminaturi għad-dissertazzjoni jerġgħu jiktbu d-dokument kollu
jew parti minnu u jerġgħu jissottomettuh għall-eżami. L-istudenti
jistgħu jerġgħu jissottomettu d-dissertazzjoni mhux aktar kmieni
minn xahrejn u mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta ġew
infurmati bid-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi għad-
dissertazzjoni.
(1) L-istudenti jkunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad jekk
huma jiksbu l-120 kredtu assenjati għat-taqsimiet studju fil-
programm ta’ studji, kif indikat fir-regolament 6.
(2) Meta l-Bord tal-Istudji jaħdem ir-riżultat globali finali għandu
jqis il-komponenti kollha tal-Kors u għandu wkoll jiddeċiedi dwar il-
klassifikazzjoni tal-Grad .
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku u kklassifikati kif
ġej
Għadda b’Distinzjoni
Għadda b’Mertu
Għadda.
Iċ-ċertifikat mogħti minn din l-Università għandu jinkludi
dikjarazzjoni li tindika liema mill-Universitajiet Imsieħba tat grad
separatament għat-tmiem b’suċċess tal-istess kors.