Legislator Case Law & Legislation
sl_327.325 ems MT

Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023 (ems)

13 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (13)

Statutory Text (13 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

TAS-SISTEMI AMBJENTALI

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.325

ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’

INTERNATIONAL MASTER OF SCIENCE IN

ENVIRONMENTAL MANAGEMENT AND

SUSTAINABILITY - M.SC. (EMS) - TAĦT

IL-PATROĊINJU TAL-ISTITUT TAS-SISTEMI

AMBJENTALI *

21 ta’ Diċembru, 2010

L-AVVIŻ LEGALI 548 tal-2010, kif emendat bl-Avviżi Legali 396 tal-

2012, 104 tal-2015 u 88 tal-2016.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

(1) It-titolu ta’ dawn l-ordinamenti huwa l-Ordinamenti

għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental

Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju

tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali.

(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

teħtieġx xort’oħra -

"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Istudji kif maħur mis-Senat fuq ir-

rakkomandazzjoni tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali wara

konsultazzjoni mal-Università Msieħba;

" i l - G r a d " t f i s s e r i l - g r a d d o p p j u t a ’ M a st e r o f S ci e nc e i n

Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - tal-

Università u tal-Università Msieħba;

"il-kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-grad ta’

International Master of Science in Environmental Management and

Sustainability - M.Sc. (EMS);

"il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in

Environmental Management and Sustainability - P.G.Dip (EMS);

"ir-Regolamenti Prinċipali" tfisser ir-Regolamenti {enerali għar-

Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad;

"is-Senat" tfisser is-Senat tal-Università ta’ Malta;

"l-Università" tfisser l-Università ta’ Malta; u

"l-Università Msieħba" tfisser il-James Madison University,

Virginia, USA.

(3) Dan il-Grad huwa grad ta’ Master Internazzjonali tal-

Università u dan għandu jfisser li l-kors huwa mgħallem fl-

Università bil-kollaborazzjoni ta’ Università Msieħba fi ħdan qafas

ta’ programm għal grad doppju. Il-Grad jingħata biss jekk iż-żewġ

universitajiet jiddikjaraw li l-istudent huwa eliġibbli biex jingħata

r-rikonoxximent.

*Dawn ir-regolamenti ġew imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023.

TAS-SISTEMI AMBJENTALI

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li

jibdew f’Settembru 2016 jew wara.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

(1) Il-kors huwa miftuħ għal applikanti li għandhom grad

t a l- e w w e l ċ i kl u fi s - Si s te m i A mbjentali, fix-Xje nza jew fl-

Inġinerija jew f ’xi qasam ta’ studju ieħor li l-Bord iqis xieraq,

sakemm li l-grad tal-ewwel ċiklu jkun miksub bi klassifikazzjoni

tat-tieni klassi bl-unuri jew aħjar, jew klassifikazzjoni ekwivalenti.

(2) Is-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord, għandu

jiddeċiedi n-numru ta’ applikanti li jistgħu jitħallew jirreġistraw

għall-kors, skont ir-riżorsi disponibbli. Meta n-numru jkun limitat

u l-għadd ta’ applikanti eliġibbli jkun aktar mill-għadd ta’ postijiet

disponibbli, l-applikanti għandhom jiġu magħżula skont il-kriterji

li ġejjin, li jkunu miftehma bejn iż-żewġ universitatjiet

(a) ir-rilevanza tas-suġġetti, ir-riżultati u l-klassifika finali

tal-grad - 65%; u

(b) dikjarazzjoni ta’ intenzjoni u l-motivazzjoni għaliex l-

applikant jixtieq isegwi l-kors u l-ittri ta’

rakkomandazzjoni - 35%.

(3) Meta l-kriterji ta’ hawn fuq ma jkunux biżżejjed biex

tittieħed deċiżjoni dwar l-għażla tal-applikanti, jistgħu jsiru

intervisti għal dan il-għan.

(4) Meta jsiru, l-intervisti għandhom ikunu mmexxija minn

bord tal-intervisti maħtur mill-Bord, li jkun magħmul tal-anqas

minn tliet membri.

(5) Il-bord tal-intervisti jista’ jagħmel użu minn mezzi

elettroniċi ta’ komunikazzjoni biex isiru dawn l-intervisti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

Il-kors għandu jinfirex fuq perijodu ta’ tliet semestri ta’

studju fuq bażi full-time.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

(1) Il-programm ta’ studju għandu jikkonsisti minn

taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati total ta’ 90 krettu, li

minnhom 60 krettu huma assenjati għat-taqsimiet studju mgħallma

u 30 krettu għat-taqsima studju tal-proġett tar-riċerka.

(2) L-istudenti li jiksbu s-60 kredtu assenjati għal taqsimiet

studju mgħallma b’marka medja ta’ mill-anqas 50% u ma jkomplux

il-kors, jew wara li komplew ma jkunux spiċċaw b’suċċess id-

dissertazzjoni, jkunu eliġibbli għall-għoti tal-Postgraduate

Diploma.

(3) Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat wara l-

approvazzjoni tas-Senat, normalment mhux anqas minn tmien xhur

qabel il-bidu tal-kors.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

(1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma

għandha tkun kompluta sal-aħħar tas-semestru li fih ikun sar it-

tagħlim tat-taqsima studju.

(2)

Għandu jiġi maħtur Bord tal-Eżaminaturi għal kull taqsima

TAS-SISTEMI AMBJENTALI

studju evalwata b’eżami bil-miktub jew orali skont id-

disposizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Valutazzjoni tal-Università.

(3) Dawk l-istudenti li jeħlu fil-valutazzjoni ta’ mhux aktar

minn għoxrin kredtu għal taqsimiet studju mgħallma għandhom

jingħataw l-opportunità li joqogħdu għall-valutazzjoni mill-ġdid

tat-taqsimiet studju li weħlu fihom, fis-sessjoni supplimentari tal-

eżamijiet li jkun imiss (Mejju jew Settembru).

(4) L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ kredti permess

skont il-paragrafu (3) ta’ dan l-ordinament, jew l-istudenti li wara

valutazzjoni mill-ġdid ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju,

jkunu meħtieġa jirtiraw mill-kors.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

(1) Ix-xogħol fuq il-proġett tar-riċerka għandu jsir waqt it-

tielet semestru tal-kors. Kull student ikun assenjat superviżur li

għandu jipprovdi gwida u pariri fuq bażi regolari waqt il-perijodu

ta’ studju.

(2) It-titolu tal-proġett tar-riċerka u l-proposta ta’ riċerka

dettaljata għandhom ikunu approvati mill-Bord mhux aktar tard

minn xahrejn qabel il-bidu tat-tieni semestru.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

(1) L-istudenti għandhom iżommu kuntatt regolari mas-

superviżur tagħhom.

(2) Is-superviżuri għandhom jissottomettu lill-Bord rapporti

dwar il-progress tal-istudenti taħt is-superviżjoni tagħhom. Dawn

ir-rapporti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni biex jew (a) il-

perjodu ta’ studju jkun imtawwal biex l-istudent ikun jista’ jispiċċa

l-proġett tar-riċerka; jew (b) jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk

is-superviżur iqis li dan hu xieraq fiċ-ċirkostanzi, sakemm li

(i)

l-estensjoni tal-perijodu ta’ studju msemmija f’(a)

tkun skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti

Prinċipali; u

(ii) il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont

(b) jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent li

jiddefendi l-każ tiegħu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

(1) Għall-eżami tal-proġett tar-riċerka, il-Bord tal-

Eżaminaturi għandu jkun magħmul minn tliet eżaminaturi mill-

Università u mill-Università Msieħba, u għandu normalment

jinkludi lis-superviżur u l-ko-superviżur meta wieħed ikun maħtur.

(2) L-istudenti normalment ikunu meħtieġa li joqogħdu għal

eżami viva voce biex jiddefendu l-proġett tar-riċerka tagħhom u dan

jista’ jsir permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi jekk

ikun hemm l-approvazzjoni tal-Bord.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

L-istudenti li l-proġett tar-riċerka tagħhom ma jkunx

sodisfaċenti jistgħu jew jeħlu jew ikunu meħtiega mill-Bord tal-

Eżaminaturi jerġgħu jiktbu d-dissertazzjoni kollha jew parti

minnha u jerġgħu jissottomettuha għall-eżami. L-istudenti jistgħu

jerġgħu jissottomettu d-dissertazzjoni sa mhux aktar tard minn

erba’ xhur min-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Eżaminaturi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop tal-

klassifikazzjoni tal-Postgraduate Diploma u tal-Grad għandha tkun

TAS-SISTEMI AMBJENTALI

ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fil-komponenti kollha tal-

programm ta’ studju, bil-kredti kollha jingħataw piż indaqs.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.325 — Ordinamenti għall-Grad ta’ International Master of Science in Environmental Management and Sustainability - M.Sc. (EMS) - taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali Imħassrin bl-Avviż Legali 220 tal-2023

Iċ-Ċertifikat mogħti mill-Università għandu jinkludi

dikjarazzjoni li tindika li l-Università Msieħba tat separatament

grad għat-tmiem b’suċċess tal-istess kors.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →