Legislator Case Law & Legislation
sl_327.311 MT

Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

11 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (11)

Statutory Text (11 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.311 — Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN CULTURAL HERITAGE

MANAGEMENT TAĦT IL-PATROĊINJU

TAL-FAKULTÀ TAL-AMBJENT MIBNI

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.311

ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF

ARTS IN CULTURAL HERITAGE MANAGEMENT

TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ

TAL-AMBJENT MIBNI

19 ta’ Lulju, 2013

L-AVVIŻ LEGALI 203 tal-2013, kif emendat bl-Avviż Legali 296 tal-

2022.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.311 — Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

(1) It-titolu ta’ dawn l-ordinamenti hu l-Ordinamenti għall-

Grad ta’ Master of Arts in Cultural Heritage Management taħt il-

patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni.

(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

teħtieġx mod ieħor -

"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni;

"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Arts in Cultural Heritage

Management;

"il-kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’

Master of Arts in Cultural Heritage Management;

"il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in

Cutural Heritage Management; u

"ir-Regolamenti Prinċipali" tfisser ir-Regolamenti Ġenerali għar-

Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.311 — Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li

jibdew f’Ottubru 2012 jew wara.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.311 — Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

(1) Il-kors ikun miftuħ għall-applikanti li għandhom grad

ta’ Bachelor miksub mill-inqas fit-Tieni Klassi bl-Unuri jew

f ’Kategorija II, f ’dixxiplina relatata mal-Arkeoloġija, l-

Edukazzjoni, l-Istorja, l-Istorja tal-Arti, il-Konservazzjoni jew fi

kwalunkwe qasam ieħor meqjus rilevanti mill-Bord.

(2) F’każijiet eċċezzjonali il-Bord tad-Dħul, fuq ir-

rakkomandazzjoni tal-Bord, jista’ jdaħħal fil-kors applikanti li

m’għandhomx il-grad ta’ Bachelor, sakemm li l-Bord ikun sodisfatt

li dawn l-applikanti għandhom kwalifiki akkademiċi jew

professjonali oħra u esperjenza li flimkien ikunu meqjusa bħala

komparabbli mal-kwalifiki mniżżla fil-paragrafu (1) ta’ dan l-

ordinament.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.311 — Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

Il-kors għandu jinfirex fuq tliet semestri ta’ studju fuq bażi

full-time jew l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time, u għandu

jinkludi wkoll stage li jsir matul il-perjodu tas-sajf.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.311 — Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

(1) Il-programm ta’ studju għandu jkun magħmul minn

taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati total ta’ 90 kredtu

ECTS, li minnhom 55 kredtu ECTS ikunu assenjati għal taqsimiet

studju mgħallma, 5 kredti ECTS ikunu assenjati għall-istage tas-

GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN CULTURAL HERITAGE

MANAGEMENT TAĦT IL-PATROĊINJU

TAL-FAKULTÀ TAL-AMBJENT MIBNI

sajf u 30 kredtu ECTS ikunu assenjati għat-taqsima studju tad-

dissertazzjoni.

(2) L-istudenti kollha huma meħtieġa jagħmlu stage tas-sajf

obbligatorju f ’istituzzjoni approvata mill-Bord, kif indikat fil-

programm ta’ studju.

(3) L-istudenti li jiksbu minimu ta’ 60 kredtu ECTS assenjati

għat-taqsimiet studju mgħallma u għall-istage tas-sajf, b’marka

medja ta’ mill-inqas 50% għal dawk it-taqsimiet studju li għalihom

jingħataw marka/grad, u li ma jkomplux il-kors, jew jekk komplew

ma jkunux spiċċaw b’suċċess id-dissertazzjoni, jkunu eliġibbli

għall-għoti tal-Postgraduate Diploma.

(4) Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat wara l-

approvazzjoni tas-Senat, normalment mhux anqas minn tmien xhur

qabel il-bidu tal-kors.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.311 — Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

(1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma

għandha tkun kompluta sal-aħħar tas-semestru li fih ikun sar it-

tagħlim tat-taqsima studju.

(2) Dawk l-istudenti li f’xi sena akkademika jeħlu fil-

valutazzjoni ta’ mhux aktar minn 20 kredtu ECTS għat-taqsima

studju mgħallma, jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors full-time, jew

mhux aktar minn 10 kredti ECTS għat-taqsima studju mgħallma

jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors part-time , jingħataw l-

opportunità li joqogħdu għall-valutazzjoni mill-ġdid fit-taqsimiet

studju li weħlu minnhom fis-sessjoni tal-eżamijiet supplimentari ta’

Settembru.

(3) L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ kredti permess

skont il-paragrafu (2) ta’ dan l-ordinament, jew l-istudenti li wara

valutazzjoni mill-ġdid ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju

mgħallma, jkunu meħtieġa li jirtiraw mill-kors.

(4) It-taqsima studju li tinvolvi stage tas-sajf għandha tkun

valutata fuq bażi ta’ Għadda/Weħel. L-istudenti li ma jtemmux jew

jeħlu fil-valutazzjoni tal-istage tas-sajf m’għandux ikollhom id-

dritt li joqogħdu għall-valutazzjoni mill-ġdid u jkunu meħtieġa

jirtiraw mill-kors.

(5)

Imħassar bl-Avviż Legali 296 tal-2022.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.311 — Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

(1) L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni

individwali ta’ mhux aktar minn 25,000 kelma skont il-linji gwida

maħruġin mill-Bord.

(2) Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni għandu jsir fit-tielet

semestru tal-kors. Kull student ikun assenjat superviżur li għandu

jipprovdi gwida u pariri fuq bażi regolari waqt il-perijodu ta’

studju.

(3) It-titolu provviżorju tad-dissertazzjoni u l-proposta ta’

riċerka dettaljata għandhom ikunu mressqa għall-approvazzjoni tal-

Bord sal-aħħar tat-tieni semestru.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.311 — Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

(1) L-istudenti huma meħtieġa jkollhom kuntatt regolari

mas-superviżur tagħhom, għall-inqas darba fix-xahar.

GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN CULTURAL HERITAGE

MANAGEMENT TAĦT IL-PATROĊINJU

TAL-FAKULTÀ TAL-AMBJENT MIBNI

(2) Is-superviżuri għandhom jibgħatu lill-Bord rapporti dwar

il-progress tal-istudenti taħt is-superviżjoni tagħhom fit-tmiem ta’

kull semestru ta’ studju, kemm jekk l-istudent ikun qiegħed isegwi

l-kors fuq bażi full-time u kemm jekk part-time. Dawn ir-rapporti

jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni li jew (a) jittawwal il-perijodu

ta’ studju biex l-istudent ikun jista’ jtemm id-dissertazzjoni; jew

(b) jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-superviżur jidhirlu li

dan huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi, sakemm li

(i)

l-estensjoni tal-perijodu ta’ studju msemmija f’(a)

tkun skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti

Prinċipali; u

(ii)

il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont

(b) jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent li

jiddefendi l-każ tiegħu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.311 — Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop tal-

klassifikazzjoni tal-Postgraduate Diploma u tal-Grad għandha tkun

ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fit-taqsimiet studju mgħallma, bil-

kredti kollha jingħataw piż indaqs.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.311 — Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Heritage Management - M.A

Id-dispożizzjonijiet tal-ordinamenti preċedenti għandhom

japplikaw mutatis mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi part-

time, u suġġett għal dawk it-tibdiliet li jistgħu raġonevolment

jitqiesu mill-Bord bħala neċessarji minħabba fin-natura part-time

tal-kors.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →