Ordinamenti għall-Grad ta’ Master in Translation and Terminology Studies jew għall-Grad ta’ Master in Interpreting Studies taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti
Table of Provisions (11)
Statutory Text (11 Articles)
STUDIES TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-ARTI
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.306
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ MASTER
IN TRANSLATION AND TERMINOLOGY STUDIES
JEW GĦALL-GRAD TA’ MASTER IN INTERPRETING
STUDIES TAĦT IL-PATROĊINJU
TAL-FAKULTÀ TAL-ARTI
13 ta’ Marzu, 2009
L-AVVIŻ LEGALI 67 tal-2006, kif emendat bl-Avviżi Legali 7 tal-2010,
393 tal-2012, 207 tal-2013, 216, 315 tal-2014, 324 tal-2017, 4 tal-2018 u
44 tal-2022.
(1) It-titolu ta’ dawn l-ordinamenti hu Ordinamenti għall-
Grad ta’ Master in Translation and Terminology Studies jew għall-
Grad ta’ Master in Interpreting Studies taħt il-patroċinju tal-
Fakultà tal-Arti.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx mod ieħor –
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Arti;
" i l - G r a d " t f i s s e r i l - g r a d t a ’ M a s t e r i n Tr a n s l a t i o n a n d
Terminology Studies – M. Trans. - jew għall-grad ta’ Master in
Interpreting Studies – M. Interp.;
"il-Kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-grad ta’
Master in Translation and Terminology Studies – M. Trans. - jew
għall-grad ta’ Master in Interpreting Studies – M. Interp.;
"il-Postgraduate Certificate" tfisser il-Postgraduate Certificate in
Translation and Terminology Studies – P.G.Cert. Trans. jew il-
Postgraduate Certificate in Interpreting Studies – P.G.Cert. Interp.;
"il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in
Translation and Terminology Studies – P.G.Dip. Trans. jew il-
Postgraduate Diploma in Interpreting Studies – P.G.Dip. Interp.; u
"ir-Regolamenti Prinċipali" tfisser ir-Regolamenti Ġenerali ta’ l-
2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad..
Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2018 jew wara.
STUDIES TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-ARTI
(1) Il-Kors ikun miftuħ għall-applikanti li jissodisfaw
dawn ir-rekwiżiti li ġejjin
(a) ikollhom kwalunkwe grad ta’ Bachelor miksub minn
din l-Università jew minn istituzzjoni oħra ta’
edukazzjoni għolja rikonoxxuta mis-Senat, tal-anqas
fit-Tieni Klassi bl-Unuri jew f’Kategorija II jew l-
ekwivalenti; u
(b) ikollhom livell tajjeb ta’ konverzazzjoni u kitba fil-
lingwa Ingliża (IELTS b’punteġġ ta’ 6.5 jew ogħla); u
(ċ) ikollhom livell għoli ta’ profiċjenza fil-lingwa nattiva
tagħhom (livell ta’ C2 skont il-Common European
Framework of Reference for Languages).
(2) L-applikanti li għandhom il-Postgraduate Diploma in Translation
and Interpreting jistgħu jitħallew jidħlu fit-Tieni Parti tal-Kors, sakemm
li dawn l-applikanti għandhom jagħżlu t-"Traduzzjoni" jew l-
"Interpretazzjoni" bħalha l-qasam ta’ studju tar-riċerka tagħhom.
(3) Il-Bord għandu jirrakkomanda lis-Senat in-numru tal-
applikanti li jistgħu jitħallew jirreġistraw għall-Kors, skont ir-
riżorsi disponibbli. In-numru ta’ postijiet disponibbli jiġi mħabbar
fiż-żmien tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
(4) Jekk in-numru tal-applikanti eliġibbli jaqbeż in-numru ta’
postijiet disponibbli, l-applikanti jiġu magħżula skont il-kriterji li
ġejjin, imwieżna kif ġej
(a) it-test fil-ħiliet tal-lingwa, tat-traduzzjoni u tal-aspetti
tematiċi – 70%;
(b) il-livell milħuq waqt l-intervista – 30%.
(5) Il-bord tal-intervisti maħtur mill-Bord għandu jkun magħmul
għall-anqas minn tliet membri.
(6) Il-bord tal-intervisti jista’ juża mezzi ta’ komunikazzjoni
elettroniċi biex isiru l-intervisti mal-applikanti.
(7) Għall-għan tal-għażla, l-applikanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti
kollha għad-dħul fil-Kors sal-31 ta’ Awwissu ta’ qabel ma jibda l-
Kors għandhom jitqiesu l-ewwel u dawk li għalihom hemm il-
postijiet disponibbli jiġu aċċettati u infurmati b’dan. Jekk jibqa’ xi
postijiet vakanti, l-applikanti li jiksbu l-kwalifiki kollha neċessarji
wara l-31 ta’ Awissu u qabel it-30 ta’ Settembru jiġu kkunsidrati
għall-postijiet li jkun fadal.
Il-kors għandu jinfirex fuq tliet semestri ta’ studju fuq bażi
full-time jew l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time.
(1) Il-programm ta’ studju għandu jikkonsisti minn żewġ
partijiet, jiġifieri
(a) l-Ewwel Parti li tkopri numru ta’ taqsimiet studju
mgħallma li għalihom hemm assenjati 60 kredtu; u
STUDIES TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-ARTI
(b) it-Tieni Parti li tikkonsisti minn xogħol ta’ riċerka u l-
kitba ta’ dissertazzjoni li għalihom hemm assenjati 30
kredtu.
(2) Il-lista tal-lingwi offruti fil-program ta’ studju tkun
ippubblikata qabel il-bidu ta’ kull kors.
(1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma
għandha tkun kompluta sa l-aħħar tas-semestru li fih ikun sar it-
tagħlim tat-taqsima studju.
(2) L-istudenti li f’xi sena akkademika jeħlu fil-valutazzjoni
ta’ mhux aktar minn 20 kredtu, jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors
full-time, jew mhux aktar minn 10 kredti jekk ikunu qegħdin
isegwu l-kors part-time, jingħataw l-opportunità li joqogħdu għall-
valutazzjoni mill-ġdid fit-taqsimiet studju li weħlu minnhom fis-
sessjoni ta’ l-eżamijiet supplimentari ta’ Settembru.
(3) L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ kredti permess
skond il-paragrafu (2), jew l-istudenti li wara valutazzjoni mill-
ġdid ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju, jkunu meħtieġa
jirtiraw mill-kors.
(1) L-istudenti li jtemmu b’suċċess is-60 krettu assenjati
għat-taqsimiet studju mgħallma li huma inklużi fl-Ewwel Parti tal-
Kors b’marka medja ta’ mill-anqas 50%, iżda jagħżlu li jissoktawx
għat-Tieni Parti tal-Kors, jew għalkemm komplew ma jtemmux
b’suċċess il-Kors, ikunu eliġibbli għall-għoti ta’ Postgraduate
Diploma fil-qasam ta’ studju rilevanti.
(2) L-istudenti li jiksbu għall-anqas 30 krettu assenjati għat-
taqsimiet studju mgħallma b’marka medja ta’ mill-anqas 50% u ma
jissoktawx il-Kors, jew għalkemm komplew ma jtemmux il-Kors
b’suċċess, ikunu eliġibbli għall-għoti ta’ Postgraduate Certificate fil-
qasam ta’ studju rilevanti.
(1) L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni
individwali ta’ madwar 25,000 kelma skond il-linji gwida dwar il-
format maħruġin mill-Bord. Il-Bord jista’ jeħtieġ tul differenti jekk
in-natura tar-riċerka hekk titlob. Id-dissertazzjoni trid tissodisfa
wkoll il-Bord fir-rigward tal-kontenut, il-lingwa u l-preżentazzjoni.
(2) Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni għandu jsir waqt it-tielet
semestru tal-kors. Kull student ikun assenjat superviżur li għandu
jipprovdi gwida u pariri fuq bażi regolari waqt il-perjodu ta’ studju.
(3) It-titlu provviżorju tad-dissertazzjoni u l-proposta ta’
riċerka dettaljata għandhom ikunu mressqa għall-approvazzjoni tal-
Bord sal-bidu tat-tieni semestru.
(4) L-istudenti għandhom iżommu kuntatt regolari mas-
superviżur tagħhom, li għandu jibgħat lill-Bord rapport dwar il-
progress ta’ l-istudenti taħt is-superviżjoni tiegħu sa mhux aktar
tard minn tliet ġimgħat qabel id-data tas-sottomissjoni. Ir-rapport
jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet biex jew (a) il-perjodu ta’
studju ikun imtawwal biex l-istudent ikun jista’ jispiċċa d-
dissertazzjoni; jew (b) jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-
superviżur iqis li dan hu xieraq fiċ-ċirkostanzi, sakemm li
STUDIES TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-ARTI
(i)
l-estensjoni tal-perjodu ta’ studju msemmija f’(a) tkun
skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Prinċipali;
u
(ii) il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skond
(b) jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent li
jiddefendi l-każ tiegħu.
Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop tal-
klassifikazzjoni tal-Postgraduate Diploma u tal-Grad għandha tkun
ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fil-komponenti kollha tal-
programm ta’ studju, bil-kredti kollha jingħataw piż indaqs.
Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ordinamenti preċedenti għandhom
japplikaw mutatis mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi part-
time, u suġġett għal dawk it-tibdiliet li jistgħu raġonevolment
jitqiesu mill-Bord bħala neċessarji minħabba fin-natura part-time
tal-kors.