Legislator Case Law & Legislation
sl_327.261 MT

Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

14 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (14)

Statutory Text (14 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE

- DIP. HEALTH SCIENCE - TAĦT IL-PATROĊINJU

TAL-FAKULTÀ TAX-XJENZI TAS-SAĦĦA

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.261

ORDINAMENTI GĦAD-DIPLOMA IN HEALTH

SCIENCE - DIP. HEALTH SCIENCE -

TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ

TAX-XJENZI TAS-SAĦĦA *

31 ta’ Mejju, 2005

L-AVVIŻ LEGALI 169 tal-2005, kif emendat bl-Avviżi Legali 351 tal-

2010, 292 tal-2011, 199 tal-2013, 230 u 342 tal-2014, u 99 tal-2015.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

(1) It-titolu ta’ dawn l-ordinamenti hu l-Ordinamenti għad-

Dip lom a i n Hea lth Sci ence - D ip. Hea lth Sci ence - t aħt il-

patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa.

(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

titlobx mod ieħor -

"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa;

"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Health Science - Dip. Health

Science;

"il-Fakultà" tfisser il-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa;

"il-kors" tfisser il-programm ta’ studji li jwassal għad-Diploma

in Health Science - Dip. Health Science; u

"ir-regolamenti prinċipali" tfisser ir-Regolamenti Ġenerali għar-

Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li

jibdew f’Ottubru 2016 jew wara.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

Biex ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors, l-

a p pl i ka n ti għ a n d h om i te m m u b ’suċ ċ e s s Ko r s P r e p a r a t o r ju ,

speċifikament relatat mal-qasam ta’ studju propost fid-Diploma, li

jkun mifrux fuq medda ta’ tliet semestri ta’ studju full-time. Jekk

sat-tmiem tal-Kors Preparatorju, l-istudenti ma jkunux temmew

b’suċċess it-taqsimiet studju kollha, għandhom jitħallew ikomplu

kondizzjonalment għall-ewwel semestru biss tal-Kors tad-Diploma,

u ma jkunux intitolati li jkomplu għat-tieni semestru sakemm ma

jkunux għaddew mit-taqsimiet studju kollha tal-Kors Preparatorju

qabel il-bidu tat-tieni semestru tal-Kors tad-Diploma.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

Ir-rekwiżiti għad-dħul u għat-tmiem b’suċċess tal-kors

preparatorju huma mniżżla fl-Appendiċi I.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

L-applikanti li jkunu eliġibbli biex jidħlu fil-kors skond l-

artikolu 6 ta’ l-Appendiċi I jistgħu jkunu evalwati biex ikun

aċċertat li huma kapaċi jsegwu l-qasam ta’ studju li għażlu.

*Dawn il-ordinamenti ġew imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022.

DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE

- DIP. HEALTH SCIENCE - TAĦT IL-PATROĊINJU

TAL-FAKULTÀ TAX-XJENZI TAS-SAĦĦA

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

Il-kors jinfirex fuq medda ta’ tliet semestri ta’ studju fuq

bażi full-time.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

Id-Diploma tista’ tingħata skont id-disposizzjonijiet ta’

dawn l-ordinamenti f’xi wieħed minn dawn l-oqsma ta’ studju

Environmental Health, Nursing Studies, jew f’xi qasam

ieħor relatat max-Xjenzi tas-Saħħa, wara l-approvazzjoni tas-Senat.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

L-oqsma ta’ studju offruti f’xi sena partikolari jkunu

ppubblikati mill-Bord qabel il-bidu ta’ kull kors.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

Is-Senat, fuq il-parir tal-Bord, jista’ jillimita l-għadd ta’

studenti li jistgħu jidħlu fil-kors f’xi qasam jew fl-oqsma ta’ studju

k ol l h a u g ħa nd u ja pp r o va o r d in a m e nt i d w a r l -g ħ a ż l a t a ’ l -

applikanti għall-kors fil-qasam/fl-oqsma fejn l-għadd ta’ studenti li

jistgħu jidħlu huwa limitat.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

Il-programm ta’ studju għal kull qasam ta’ studju għandu

żewġ komponenti distinti, għalkemm interdipendenti: wieħed

teoriku, u l-ieħor prattiku/kliniku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

Suġġett għal tibdiliet li l-Bord, bl-approvazzjoni tas-Senat,

jista’ ikun kostrett jagħmel, l-istudenti huma marbuta li jsegwu t-

taqsimiet studju u jiksbu l-kredti kif indikat fil-programm tal-kors

u fil-programm ta’ studju għall-qasam ta’ studju li huma qed

isegwu għad-Diploma

Sakemm li l-programmi tal-kors u l-programmi ta’ studju

jkunu mfassla skond id-disposizzjonijiet tar-regolamenti prinċipali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

(1) L-istudenti li jeħlu f’taqsima studju ta’ prattika klinika

jew f’taqsima studju li tinvolvi pjazzament prattiku jistgħu jkunu

meħtieġa jirrepetu t-taqsima studju matul ix-xhur tas-sajf qabel ma

jerġgħu jkunu evalwati, jew jekk jidher li arranġament bħal dan

mhux possibbli, jerġgħu jagħmlu t-taqsima studju f’sena żejda ta’

studju.

(2) Il-kondizzjonijiet għal valutazzjoni mill-ġdid ta’ taqsimiet

studju bħal dawn ikunu indikati fid-deskrizzjoni ta’ kull taqsima

studju li tkun ippubblikata fil-katalgu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.261 — Ordinamenti għad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa Imħassrin bl-Avviż Legali 185 tal-2022

(1) L-evaluazzjoni globali tal-livell milħuq minn kull

student fil-kors għall-għan tal-klassifikazzjoni tad-Diploma tkun

ibbażata fuq ir-riżultati miksuba f ’kull sena tal-kors, bil-kredti

kollha jingħataw piż ugwali.

(2) L-ismijiet tal-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tad-

Diploma għandhom ikunu ppubblikati f ’lista f ’ordni alfabetiku

kklassifikati kif ġej

Għadda b’Distinzjoni

Għadda b’Mertu

Għadda.

DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE

- DIP. HEALTH SCIENCE - TAĦT IL-PATROĊINJU

TAL-FAKULTÀ TAX-XJENZI TAS-SAĦĦA

APPENDIĊI I

Emendat

A.L. 351 tal-2010;

A.L. 292 tal-2011;

A.L. 199 tal-2013;

A.L. 230 tal-2014;

A.L. 342 tal-2014;

A.L. 99 tal-2015.

Il-Kors Preparatorju

1. Biex jidħlu fil-kors preparatorju relatat speċifikament ma’ wieħed mill-

oqsma ta’ studju fid-Diploma msemmija fl-ordinament 3, l-applikanti għandhom

jissodisfaw wieħed minn dawn li ġejjin

(a) għaddew fl-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni sekondarja f’sitt

suġġetti, li jinkludu l-Malti, l-ilsien ingliż, il-Matematika, u l-

Bijoloġija; jew

(b) l-MCAST-BTEC Extended Diploma in Health and Social Care (Health

Studies), jew l-ekwivalenti, sakemm li l-applikanti li jixtiequ jidħlu fil-

kors preparatorju li jwassal għad-dħul fil-kors għad-Diploma bin-

Nursing Studies bħala l-qasam ta’ studju jistgħu, minflok, jippreżentaw

is-Certificate in Nursing Practice mogħti mill-Institute of Health Care,

jew is-Certificate of Enrolled Nurse mogħti mid-Dipartiment tas-Saħħa.

2. Barra minn hekk l-applikanti għandu jkollhom mhux inqas minn 17-il sena

sa tliet xhur mid-data meta jibda l-kors preparatorju.

3. Qabel ma jirreġistraw għall-kors preparatorju, l-applikanti eliġibbli huma

meħtieġa wkoll jagħmlu test mediku kif mitlub mill-Bord biex jigi aċċertat li huma

kapaċi għad-dmirijiet relatati ma’ l-istudji proposti tagħhom.

4. Il-kors preparatorju għandu jikkonsisti minn għadd ta’ taqsimiet studju li

għalihom hemm assenjati 90 kredtu.

5. Suġġett għal tibdiliet li l-Bord, bl-approvazzjoni tas-Senat, jista’ ikun

kostrett jagħmel, l-istudenti huma marbuta li jsegwu t-taqsimiet studju u jiksbu l-

kredti kif indikat fil-programm ta’ studju għall-kors preparatorju li qed isegwu.

6. L-istudenti li ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju jkunu intitolati

għall-evalwazzjoni mill-ġdid fis-sessjoni supplimentari ta’ Settembru, jekk ikunu

eliġibbli li jagħmlu dan skont ir-Regolamenti Prinċipali.

7. Għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru 2013 jew wara, l-istudenti li jkomplu

kondizzjonalment għall-ewwel semestru tal-Kors tad-Diploma, u li wara l-

evalwazzjoni mill-ġdid ma jiksbux il-kretti għal kwalunkwe taqsima studju tal-kors

preparatorju, jitħallew jirrepetu t-taqsima/t-taqsimiet studju li weħlu fihom matul

sena addizzjonali ta’ studju, jekk eliġibbli li jagħmlu dan skont ir-regolamenti

prinċipali.

8. L-istudenti jkunu kkunsidrati li temmew b’suċċess il-kors preparatorju jekk

jiksbu l-kredti kif indikati fil-programm ta’ studju u jiksbu marka globali ta’ 55%.

9. Id-disposizzjonijiet għall-progress u għat-tmiem b’suċċess tal-kors

preparatorju, u xi disposizzjonijiet oħra mhux imnizzla f ’din l-Appendiċi jkunu

dawk stipulati fir-regolamenti prinċipali u għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →