Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Doctor of Medicine and Surgery - M.D.
Table of Provisions (18)
Statutory Text (18 Articles)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.135
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’
DOCTOR OF MEDICINE AND SURGERY - M.D.
4 ta’ Ottubru, 2013
L-AVVIŻ LEGALI 310 tal-2013, kif emendat bl-Avviżi Legali 414 tal-
2013, 40, 99, 326 tal-2014, 43 tal-2015, 87, 188 tal-2016, 58 tal-2017, 308
tal-2017, 34, 371, 425 tal-2018, 201, 261 tal-2019, 350 tal-2021, 219 tal-
2023, 100 tal-2024 u 66 tal-2026.
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal-
Kors għall-Grad ta’ Doctor of Medicine and Surgery - M.D.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx mod ieħor –
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;
"il-Bord tal-Istudji" tfisser il-Bord tal-Istudji maħtur mis-Senat
għall-Kors, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord;
"il-Fakultà" tfisser il-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Doctor of Medicine and Surgery -
M.D.; u
"il-Grad ta’ Bachelor" tfisser il-Grad ta’ Bachelor of Science
(Honours) in Medical Sciences – B.Sc. (Hons);
"il-Kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’
Doctor of Medicine and Surgery – M.D u l-Grad ta’ Bachelor of Science
(Honours) in Medical Sciences – B.Sc. (Hons) - skont il-każ;
Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’15 ta’ Settembru, 2019 jew wara.
* Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad u tal-Grad ta’
Bachelor, l-istudenti jridu jkunu
(a) irreġistrati bħala studenti regolari fil-Kors skont ir-
Regolamenti għad-Dħul tal-Università;
(b) issodisfaw ir-Rekwiżiti Speċjali għall-Kors skont ir-
regolament 4;
(ċ) temmew il-kors tal-istudji, ikkwalifikaw fl-eżamijiet u
issodisfaw kull rekwiżit ieħor kif preskritt f’dawn ir-
*Japplikaw minn Ottubru 2018.
regolamenti; u
(d) issodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’xi statuti u
regolamenti rilevanti oħra tal-Università.
* (1) Skont id-dispożizzjonijiet tar-regolament 16(1) tar-
Regolamenti għad-Dħul, l-applikanti li japplikaw għad-dħul fil-Kors
fit-Tielet Sena, jistgħu jiddaħlu direttament fil-Parti Klinika tal-Kors,
ċioè it-Tielet Sena, mill-Bord tad-Dħul, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Kumitat tal-Dħul tal-Fakultà, suġġett għal dawk il-kundizzjonijiet li l-
Bord jista’ jimponi.
(2) L-applikanti li japplikaw għad-dħul fil-Kors fl-Ewwel Sena
għandhom, barra li jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul bħala
studenti regolari skont ir-Regolamenti għad-Dħul, jissodisfaw ir-
Rekwiżiti Speċjali għall-kors li ġejjin
(a) għaddew bi Grad B jew aħjar fil-Livell Avanzat tal-
Eżami tal-Matrikola fil-Bijoloġija u fil-Kimika; u
(b) għaddew bi Grad B jew aħjar fil-Livell Intermedju tal-
Eżami tal-Matrikola fi kwalunkwe suġġett ħlief fix-
Xjenza Ambjentali u fl-Oqsma tal-Għerf
diment li r-riżultati kollha f’dawn ir-Rekwiżiti Speċjali
għall-Kors ikunu miksuba flimkien f’sessjoni waħda
tal-eżamijiet (jiġifieri f’seduta waħda) u jkunu
miksuba minn bordijiet tal-eżamijiet rikonoxxuti mill-
istess pajjiż, u
(ċ)
(i)l-applikanti Maltin li, skont ir-regolament 13 tar-
Regolamenti għad-Dħul, 2016, huma eżentati milli
jkollhom iċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja fil-
Malti bi Grad 5 jew ogħla jew fil-livell 3 tas-SEC,
huma meħtieġa jippreżentaw iċ-Ċertifikat ta’
Kompetenza fil-Malti Mediku mogħti mill-Università
ta’ Malta, jew grad ta’ għadda fil-livell 3 tas-SEC fil-
Malti bħala Lingwa Barranija qabel il-bidu tal-Kors;
(ii) l-applikanti mhux Maltin li, skont ir-regolament 13
tar-Regolamenti għad-Dħul, 2016, huma eżentati milli
jkollhom grad ta’ għadda fil-livell 3 tas-SEC fil-Malti
bħala Lingwa Barranija, huma meħtieġa li
jippreżentaw iċ-Ċertifikat ta’ Kompetenza fil-Malti
Mediku mogħti mill-Università ta’ Malta, jew li
jgħaddu mit-taqsima-studju fil-Malti Mediku bħala
parti mill-Kors għas-Certificate in Foundation Studies
(Medical, Dental and Health Sciences), qabel il-bidu
tal-Kors, diment li l-applikanti li jippreżentaw
kwalifiki barranin u jew ikunu għaddew mill-Eżami
għaċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja fil-Malti
bi Grad 5 jew aħjar jew fil-livell 3 tas-SEC, jew
jippreżentaw grad ta’ għadda fil-livell 3 tas-SEC fil-
Malti bħala Lingwa Barranija, għandhom ikunu
eżentati
milli
jippreżentaw
iċ-Ċertifikat
ta’
Kompetenza fil-Malti Mediku; u
*Japplikaw minn Ottubru 2026
(iii) iċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja li juri li għaddew
fil-Malti bi Grad 5 jew ogħla jew fil-livell 3 tas-SEC, huwa
meħtieġ kemm għad-dħul fl-Ewwel Sena, kif ukoll għad-
dħul fit-Tielet Sena tal-Kors, diment li l-applikanti li,
skont ir-regolament 13 tar-Regolamenti għad-Dħul, 2016,
huma eżentati minn dan ir-rekwiżit, huma meħtieġa li
jippreżentaw grad ta’ għadda fil-livell 3 tas-SEC fil-Malti
bħala Lingwa Barranija, jew iċ-Ċertifikat ta’ Kompetenza
fil-Malti Mediku.
(3) Għall-għan tas-subregolament (2), ir-riżultat ta’ għadda
miksub f’sessjoni tal-eżamijiet li ssir wara li r-riżultati tas-sessjoni
ta’ qabel ikunu ppubblikati, għandu jitqies li hu riżultat ta’ għadda
miksub f ’sessjoni li hi distinta minn dik ta’ qabilha. Dan ir-
regolament għandu japplika wkoll għat-tieni sessjoni tal-Eżami tal-
Matrikola offrut mill-Bord tal-MATSEC tal-Università ta’ Malta
skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Eżami għaċ-
Ċertifikat tal-Matrikola u dan minkejja kwalunnkwe regolament
ieħor dwar l-għoti taċ-Ċertifikat tal-Matrikola.
(4) * (i) L-applikanti li għandhom wieħed minn dawn il-gradi
miksuba mill-Università ta’ Malta u għandhom iċ-Ċertifikat tal-
Edukazzjoni Sekondarja fil-Malti bi Grad 5 jew aħjar jew fil-livell
3 tas-SEC, jistgħu japplikaw ukoll
(a) il-grad ta’ Bachelor of Science ikklassifikat
f’Kategorija II jew aħjar jew il-grad ta’ Bachelor of
Science (Honours) ikklassifikat fit-Tieni Klassi bl-
Unuri jew aħjar, fiż-żewġ każijiet bil-Biology u l-
Chemistry bħala l-oqsma prinċipali, jew grad ta’
Bachelor of Science (Honours) ikklassifikat fit-Tieni
Klassi bl-Unuri jew aħjar jew fil-Biology jew fil-
Chemistry jew fil-Chemistry with Materials; jew
(b) il-grad ta’ Bachelor of Science (Honours) ikklassifikat
fit-Tieni Klassi bl-Unuri jew aħjar f’wieħed minn
dawn li ġejjin: Applied Biomedical Science (jew
Medical Laboratory Science), Applied Food and
Nutritional Sciences,
Community Nursing,
Community Midwifery, Communication Therapy or
Speech Language Pathology (jekk mogħti minn
Ottubru 2028 ’il quddiem), Health Science, Mental
Health Nursing, Midwifery, Nursing, Occupational
Therapy, Physiotherapy, Podiatry, u Radiography; jew
(ċ) il-grad ta’ Bachelor of Pharmacy (Honours)
ikklassifikat fit-Tieni Klassi bl-Unuri jew aħjar; jew
(d) il-grad ta’ Bachelor of Science (Honours) in
Pharmaceutical Science ikklassifikat fit-Tieni Klassi
bl-Unuri jew aħjar; jew
(e) il-grad ta’ Bachelor of Dental Surgery ikklassifikat fit-
Tieni Klassi bl-Unuri jew aħjar li jkun mogħti minn
Lulju 2009 ’il quddiem; jew
(f)
il-grad ta’ Master of Dental Surgery mogħti minn
*Applikabbli għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru 2026 jew wara
Lulju 2018 ’il quddiem; jew
(g) il-grad ta’ Bachelor of Science (Honours) in Medical
Biochemistry ikklassifikat fit-Tieni Klassi bl-
Unurijew aħjar mogħti minn Lulju 2020 ’il quddiem;
jew
(h) il-grad ta’ Master of Pharmacy ikklassifikat Għadda
b’Mertu jew aħjar; jew
(i)
il-grad ta’ Bachelor of Science (Honours) in
Pharmaceutical Technology ikklassifikat fit-Tieni
Klassi bl-Unuri jew aħjar; jew
(j)
il-grad ta’ Bachelor of Science (Honours) in
Pharmacology ikklassifikat fit-Tieni Klassi bl-Unuri
jew aħjar mogħti minn Lulju 2024 ’il quddiem; jew
(k) il-Grad ta’ Bachelor of Science (Honours) ikklassifikat
fit-Tieni Klassi bl-Unuri jew aħjar fil-Physics,
Medical Physics and Radiation Protection; u
(ii) l-applikanti Maltin li, skont ir-regolament 13 tar-
Regolamenti għad-Dħul, 2016 huma eżentati milli jkollhom iċ-
Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja fil-Malti bi Grad 5 jew aħjar
jew fil-livell 3 tas-SEC, huma meħtieġa jippreżentaw iċ-Ċertifikat
ta’ Kompetenza fil-Malti Mediku mogħti mill-Università ta’ Malta
jew grad ta’ għadda fil-livell 3 tas-SEC f ’Il-Malti bħala Lingwa
Barranija mogħti mill-Università ta’ Malta qabel il-bidu tal-Kors;
(iii) l-applikanti mhux Maltin li, skont ir-regolament 13 tar-
Regolamenti għad-Dħul, 2016 eżentati milli jkollhom grad ta’
għadda fil-livell 3 tas-SEC fil-Malti bħala Lingwa Barranija, huma
meħtieġa li jippreżentaw iċ-Ċertifikat ta’ Kompetenza fil-Malti
Mediku mogħti mill-Università ta’ Malta, jew li jgħaddu mit-
taqsima-studju fil-Malti Mediku bħala parti mill-Kors għas-
Certificate in Foundation Studies (Medical, Dental and Health
Sciences), qabel il-bidu tal-Kors, diment li jekk dawn l-applikanti
ikunu jew għaddew mill-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni
Sekondarja fil-Malti bi Grad 5 jew aħjar jew fil-livell 3 tas-SEC
fil-Malti bħala Lingwa Barranija, għandhom ikunu eżentati milli
jippreżentaw iċ-Ċertifikat ta’ Kompetenza fil-Malti Mediku; u
(iv) iċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja fil-Malti bi Grad 5 jew
aħjar jew fil-livell 3 tas-SEC, huwa meħtieġ kemm għad-dħul fl-Ewwel
Sena, kif ukoll għad-dħul fit-Tielet Sena tal-Kors, diment li l-
applikanti li skont ir-regolament 13 tar-Regolamenti għad-Dħul, 2016,
huma eliġibbli biex jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit, ikunu meħtieġa
jippreżentaw grad ta’ għadda fil-livell 3 tas-SEC fil-Malti bħala Lingwa
Barranija, jew iċ-Ċertifikat ta’ Kompetenza fil-Malti Mediku..
(5) L-applikanti li għandhom kwalifiki oħra miksuba minn
istituzzjonijiet rikonoxxuti minbarra l-Università ta’ Malta jkunu
kkunsidrati mill-Kumitat għad-Dħul tal-Fakultà u jitħallew jidħlu fil-
Kors jekk ikun aċċertat li l-kwalifiki tagħhom huma komparabbli għall-
kwalifiki msemmija fil-paragrafi (2), (3) u (4) ta’ dan ir-regolament.
(6) L-applikanti jistgħu jkunu meħtieġa jattendu għal
intervista u/jew eżami. Il-Bord/Bordijiet tal-Intervisti għandu/
għandhom ikun/u magħmul/a mid-Dekan jew id-delegat tiegħu,
tliet membri oħra maħtura mill-Bord, li wieħed minnhom għandu
jkun minn barra l-Fakultà, u membru ieħor maħtur mis-Senat. Sa
tliet Bordijiet tal-Intervisti għandhom ikunu maħtura kull darba li
jiftaħ il-kors li jkun se jibda kif determinat mill-Bord.
(7) L-applikanti kollha li jkunu aċċettati biex jidħlu fl-Ewwel jew
fit-Tielet sena tal-Kors huma meħtieġa joqogħodu għall-occupational
health assessment kif dettaljat fl-Occupational Health Protocol
approvat mill-Bord, biex ikun aċċertat li huma tajbin għad-dmirijiet
relatati mal-istudju tagħhom. L-istudenti li ma jissodisfawx dan ir-
rekwiżit jistgħu ma jitħallewx ikomplu bl-istudji tagħhom. In-nuqqas li
tiżvela informazzjoni dwar problema ta’ saħħa fiżika jew mentali li tista’
taffettwa s-sigurta’ ta’ pazjent hija kkunsidrata bħala ksur serju tal-
Fitness to Practise Policy tal-Università.
(8) L-applikanti li jiġu aċċettati jistgħu jiddiferixxu d-dħul
tagħhom għas-sena ta’ studju ta’ wara sakemm ma jkunx hemm
tibdil fir-rekwiżiti għad-dħul applikabbli għas-sena ta’ wara.
(1) Il-Kors għall-Grad għandu jinfirex fuq perijodu ta’
ħames snin u huwa maqsum f’żewġ partijiet: il-Parti ta’ Qabel il-
Klinika, li tieħu sentejn, jiġifieri l-Ewwel u t-Tieni Sena, u l-Parti
Klinika, li tieħu tlett snin, jiġifieri, it-Tielet, ir-Raba’ u l-Hames
sena.
(2) Il-Kors għall-Grad ta’ Bachelor għandu jinfirex fuq
perijodu ta’ tliet snin u jinkludi l-ewwel sentejn tal-Grad (il-Parti
ta’ Qabel il-Klinika) u sena oħra (sena intercalated) li normalment
tkun iddedikata prinċipalment għall-metodoloġija tar-riċerka
medika.
(3) Il-Kors għall-Grad għal studenti li jiddeċiedu jwaqqfu l-
Kors biex isegwu s-sena intercalated qabel ma jkomplu bil-Grad
għandu jinfirex fuq sitt snin.
(4) Il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti jirrepetu sena darba biss
f’kull waħda miż-żewġ partijiet tal-Kors għall-Grad u jissospendu
l-istudji tagħhom għall-perijodu massimu ta’ tnax-il xahar darba
biss f’kull waħda miż-żewġ partijiet tal-Kors għall-Grad.
(5) L-istudenti li jagħżlu li jsegwu l-Grad ta’ Bachelor
jitħallew jirrepetu sena darba biss u jitħallew jissospendu l-istudji
tagħhom għall-perijodu massimu ta’ tnax-il xahar darba biss fil-
programm ta’ tliet snin.
(6) Il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti jagħmlu sena addizzjonali
ta’ studju darba biss matul il-Kors.
Il-Bord jippubblika l-programm ta’ studju, li jinkludi t-
taqsimiet studju mgħallma kollha f ’kull sena tal-kors, is-sillabu
tagħhom u l-metodu ta’ valutazzjoni wara l-approvazzjoni tas-
Senat, normalment mhux anqas minn tmien xhur qabel il-bidu tal-
kors. Suġġett għall-approvazzjoni tas-Senat, il-Bord jista’ jagħmel
it-tibdiliet neċessarji fil-programm ta’ studju kif meħtieġ.
Il-programm ta’ studju għal kull sena tal-kors għandu
jinkludi taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati 60 kredtu
ECTS u jistgħu jinkludu pjazzamenti prattiċi, fil-laboratorju u
kliniċi kif spjegat fid-deskrizzjoni ta’ kull taqsima studju offruta
matul is-sena.
(1) Fi tmiem it-2 Sena tal-Kors biss, l-istudenti li jtemmu
b’suċċess it-taqsimiet-studju kollha tal-ewwel sentejn tal-Kors (il-Parti
Preklinika) b’marka medja ta’ mill-inqas 70% f’kull waħda mill-ewwel
sentejn tal-Kors, ikunu eliġibbli biex japplikaw biex jidħlu fil-Kors li
jwassal għall-Grad tal-Baċellerat. L-istudenti li jonqsu milli jtemmu
taqsima/taqsimiet-studju li tista’/jistgħu tiġi/jiġu assessjata/i biss matul
is-sena akkademika, u għalhekk l-ebda sessjoni supplimentari ma tkun
possibbli, jew l-istudenti li ma jkunux jistgħu jiġu assessjati f’din it-
taqsima/taqsimiet-studju għal raġuni li s-Senat iqis bħala valida
għandhom jitħallew ikomplu kondizzjonalment għall-Grad tal-
Baċellerat. Dawn l-istudenti jkunu meħtieġa li jtemmu b’suċċess
kwalunkwe taqsima/taqsimiet-studju li tkun/ikunu ġiet/ġew riferuta/i
matul is-sena intercalated.
(2)
Is-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord, għandu
jiddetermina l-għadd ta’ applikanti li jistgħu jitħallew jirreġistraw
għall-Grad ta’ Bachelor, skont id-disponibbiltà ta’ riżorsi. In-
numru ta’ postijiet disponibbli għandu jkun mħabbar fiż-żmien tas-
sejħa għall-applikazzjonijiet.
(3) Meta l-għadd ta’ applikanti li jistgħu jidħlu fil-Grad ta’
Bachelor ikun limitat skont il-paragrafu (2) ta’ dan ir-regolament, u
l-għadd ta’ applikanti eliġibbli jaqbeż in-numru ta’ postijiiet
disponibbli, l-applikanti jkunu magħżula skont l-ogħla livell
globali milħuq fl-ewwel sentejn tal-Kors għall-Grad.
(4) Fil-każ ta’ żewġ applikanti li jkollhom l-istess marki medji
fl-ewwel sentejn tal-Kors għall-Grad, l-għażla tkun ibbażata fuq
intervista.
(5) Wara l-għażla skont il-paragrafi (3) u (4) ta’ dan ir-
regolament, il-Bord tal-Istudji għall-Grad ta’ Bachelor għandu
jintervista lill-istudenti biex jassenja l-proġetti ta’ riċerka.
(6) L-istudenti li jieqfu mill-Kors għall-Grad fl-aħħar tal-Parti
ta’ Qabel il-Klinika u jtemmu b’suċċess is-60 krettu ECTS assenjati
għas-sena intercalated, ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad ta’
Bachelor. Dawn l-istudenti jistgħu mbagħad ikomplu għat-tielet
sena tal-Kors għall-Grad jew itemmu l-istudji tagħhom.
(7) L-istudenti li ma jiksbux is-60 krettu ECTS assenjati għas-
sena miżjuda ma jkunux eliġibbli għall-għoti tal-Grad ta’ Bachelor
iżda jistgħu jitħallew ikomplu għat-tielet sena tal-Kors għall-Grad.
L-istudenti m’għandhomx jitħallew jirreferu kwalunkwe taqsimiet
studju nieqsa mis-sena intercalated għat-tielet sena tal-Kors għall-
Grad.
Matul il-kors, ir-riżultat ta’ kull taqsima studju għandu jkun
ippubblikat skont dawn il-marki u l-gradi li ġejjin f’ordni li jibda mill-
ogħla mertu
Medda tal-Marki
Grad
90% - 100%
A+
80% - 89%
A
75% - 79%
B+
70% - 74%
B
60% - 69%
C+
55% - 59%
C
50% - 54%
D+
45% - 49%
D
0% - 44%
F.
(1) Il-metodu tal-valutazzjoni għal kull taqsima-studju
għandu jkun indikat fid-deskrizzjoni tat-taqsima-studju u
ppubblikat fil-katalgu tat-taqsimiet-studju. Ir-riżultat ta’ kull
taqsima-studju għandu jqis il-komponenti kollha tal-valutazzjoni
ta’ dik it-taqsima-studju.
(2) L-istudenti jkunu intitolati għal erba’ valutazzjonijiet biex
jiksbu grad li għaddew fil-valutazzjoni ta’ taqsima-studju, ħlief fil-
każ ta' taqsimiet-studju li l-valutazzjonijiet tagħhom huma indikati
li ma jistgħux isiru fis-sessjoni tal-valutazzjoni supplimentari u
b’hekk l-istudenti jkunu intitolati għal żewġ valutazzjonijiet biss.
(3) Fi kwalunkwe sena akkademika, l-istudenti li jeħlu
f ’taqsimiet-studju għandhom jitħallew jagħmlu valutazzjoni
supplimentari f’Settembru tal-istess sena.
(4) L-istudenti li wara s-sessjoni supplimentari jeħlu
f’taqsimiet-studju li għalihom hemm assenjati 10 kretti ECTS jew
anqas, wara parir akkademiku mid-Dekan u/jew mill-Kap tad-
Dipartiment ikkonċernat, jistgħu jingħataw l-għażla mill-Bord, li
jew
(a) suġġett għall-paragrafu (6) ta’ dan ir-regolament,
jirreferu t-taqsima/taqsimiet-studju li weħlu fiha/fihom
għas-sena ta’ wara u jsegwuha/jsegwuhom flimkien
mat-taqsimiet-studju indikati għal dik is-sena; jew
(b) suġġett għall-paragrafu (6) tar-regolament 5 u għall-
paragrafu (6) (a) ta’ dan ir-regolament, jirreferu t-
taqsima/taqsimiet-studju li weħlu fiha/fihom għal sena
addizzjonali ta’ studju, jekk l-istudent ikun fil-5 Sena
tal-Kors; jew
(ċ) suġġett għall-paragrafi (4) u (5) tar-regolament 5
ta’dawn ir-regolamenti, jirrepetu s-sena.
(5) L-istudenti msemmija fis-sotto-paragrafu (a) tal-paragrafu
(4) ta’ dan ir-regolament li jagħżlu li jirreferu t-taqsimiet-studju li
weħlu fihom għas-sena ta’ wara tal-Kors għandhom jitqiesu li
komplew għas-sena ta’ wara kondizzjonalment u m’għandhomx
jitħallew ikomplu l-Kors jekk, wara s-sessjoni supplimentari ta’ dik
is-sena, jerġgħu ma jgħaddux fit-taqsima/taqsimiet-studju li
rriferew.
(6) (a) L-għażla li l-istudenti jirreferu taqsimiet-studju għas-
sena ta’ wara għandha tkun disponibbli darba biss matul il-Kors,
ħlief fil-każ tat-taqsimiet-studju msemmija fil-paragrafu (8) ta’ dan
ir-regolament, diment li studenti tat-2 Sena m’għandhomx jitħallew
jirreferu kwalunkwe taqsima-studju oħra għas-sena ta’ wara.
(b) L-istudenti tat-2 Sena li ma jkunux eliġibbli biex
ikomplu għat-3 Sena tal-Kors ikunu meħtieġa
jtemmu b’suċċess it-taqsima/taqsimiet-studju li
jkunu weħlu fiha/fihom matul sena ta’ studju
addizzjonali, jew li jirrepetu s-sena, fiż-żewġ kazijiet
jekk ikunu eliġibbli skont il-paragrafi (4), (5) u (6)
tar-regolament 5 ta’ dawn ir-regolamenti.
(7) (a) Jekk student ma jkunx jista’, għal raġuni kkunsidrata
valida mis-Senat, milli jiġi evalwat fl-ewwel valutazzjoni u/jew fil-
valutazzjoni supplimentari ta’ taqsima/taqsimiet-studju li għaliha/
għalihom hemm assenjati 10 kretti ECTS jew anqas, l-istudent ikun
meħtieġ itemm dawn it-taqsimiet-studju fis-sena ta’ wara u jsiru
minbarra t-taqsimiet-studju indikati għal dik is-sena.
(b) Jekk student ma jkunx jista’, għal raġuni kkunsidrata
valida mis-Senat, jiġi evalwat fl-ewwel valutazzjoni u/
jew fil-valutazzjoni supplimentari ta’ taqsima/
taqsimiet-studju li għaliha/għalihom hemm assenjati
aktar minn 10 kretti ECTS, l-istudent ikun meħtieġ
itemm dawn it-taqsimiet-studju f’sena addizzjonali ta’
studju, jekk ikun eliġibbli skont il-provvedimenti tal-
paragrafu (6) tar-regolament 5 ta’ dawn ir-regolamenti.
(ċ) Jekk student ma jkunx jista’, għal raġuni kkunsidrata
valida mis-Senat, jiġi evalwat f’taqsimiet-studju
riferuti, l-istudent ikun meħtieġ itemm r-rekwiżiti tas-
sena ta’ qabel f’sena addizzjonali ta’ studju, jekk ikun
eliġibbli skont il-paragrafu (6) tar-regolament 5. Fl-
ebda ċirkostanza, m’għandu student jitħalla jkompli
għas-sena ta’ wara jekk ir-rekwiżiti tas-sena ta’ qabel
dik kurrenti ma jkunux ġew sodisfatti.
(d) Jekk ma tkunx ippreżentata raġuni valida għan-nuqqas
ta’attendenza għall-valutazzjoni għall-konsiderazzjoni
tas-Senat jew jekk l-istudenti ma jġibux provi li huma
ma setgħux joqogħdu għal valutazzjoni minħabba
ċirkostanzi mhux fil-kontroll tagħhom, dawn jitqiesu li
użaw dik il-valutazzjoni.
(8) Fil-każ ta’ valutazzjonijiet li jistgħu jsiru darba biss matul
sena akkademika u għalhekk sessjoni supplimentari ma tkunx
possibbli, l-istudenti li jeħlu f’dawn il-valutazzjonijiet jew li ma
jkunux jistgħu jiġu evalwati għal xi raġuni kkunsidrata valida mis-
Senat jitħallew ikomplu kondizzjonalment għas-sena ta’ wara tal-
Kors, sakemm li huma jgħaddu minn dawn il-valutazzjonijiet f’dik
is-sena.
(9)
L-istudenti
li
wara
s-sessjoni
supplimentari
jeħlu
f’taqsimiet-studju li għalihom hemm assenjati aktar minn 10 kretti
ECTS ma jitħallewx ikomplu għas-sena ta’ wara tal-Kors, iżda
jkunu meħtieġa jirrepetu s-sena jekk eliġibbli skont il-paragrafi (4)
u (5) tar-regolament 5 ta’ dawn ir-regolamenti.
(10) F’sena ta’ ripetizzjoni, l-istudenti jkunu meħtieġa jsegwu u
jkunu evalwati fit-taqsimiet-studju kollha tal-programm ta’ studju
għal dik is-sena, ukoll f ’dawk li setgħu kienu għaddew minnhom
qabel. Kwalunkwe marka/grad tista’ tingħata fis-sena ta’
ripetizzjoni u din għandha tissostitwixxi l-marki/gradi li kienu
miksuba fis-sena ta’qabel.
(11) L-istudenti li jkunu qagħdu għall-valutazzjonijiet kollha
wara s-sessjoni supplimentari ta’ sena ta’ ripetizzjoni jew ta’ sena
addizzjonali, u ma jiksbux grad li għaddew f’xi taqsima-studju ma
jkunux jistgħu jkomplu l-Kors. Jekk ikunu eliġibbli, dawn l-
istudenti jistgħu jitolbu li jingħataw għotja skont ir-regolament 14
ta’dawn ir-regolamenti.
(12) Il-marka/grad massima/u li tista’ tingħata għal taqsima-
studju riferuta, irrispettivament minn jekk it-taqsima-studju tkunx
ġiet evalwata f ’sessjoni tal-eżamijiet regolari jew supplimentari,
hija ta’ 45%, grad D.
(13) L-attendenza għall-lekċers, laqgħat tutorjali, seminars,
pjazzamenti prattiċi, fil-laboratorju u kliniċi, u għal kwalunkwe
sessjoni ta’ tagħlim b’liema mod tkun ofruta hija obbligatorja.
Wara konsultazzjoni mal-Kap tad-Dipartiment, il-lekċerers jistgħu
ma jħallux student li l-attendenza tiegħu għal xi taqsima-studju ma
tkunx sodisfaċenti li jiġi evalwat għal dik it-taqsima-studju.
F ’d a w n i l -k a ż ij i e t , i l -m a r ka t a ’ 0 u l - gr a d ta ’ F g ħa nd ho m
jingħataw u jiġu reġistrati.
(1) Fis-Sena Finali (il-5 Sena) tal-kors, il-valutazzjoni tat-
taqsimiet studju eżaminati b’karta/karti bil-miktub għandhom isiru
fis-sessjoni tal-eżamijiet ta’ Jannar. L-eżami għat-taqsima studju
klinika għandha ssir fis-sessjoni tal-eżamijiet ta’ Ġunju.
(2) Qabel ma jitħallew joqogħdu għal kwalunkwe eżami tas-Sena
Finali (il-5 sena) tal-Kors, l-istudenti għandhom jippreżentaw ċertifikat
lid-Dekan, iffirmat mill-kapijiet tad-dipartimenti konċernati, li juri li
huma temmew b’mod sodisfaċenti l-iskeda tal-pjazzamenti kliniċi
preskritti għall-Kors. Barra minn hekk, l-istudenti għandhom ukoll
jipprovdu ċertifikat li juri li huma attendew mill-inqas 80% tax-
"shadowing programme" (perijodu kif jista’ jiġi definit minn żmien għal
żmien mill-Fakultà, fejn l-istudenti tal-mediċina jkunu assenjati ma’
tabib tal-Foundation Year u l-istudenti jkunu mistennija jippratikaw
ħiliet kliniċi u amministrattivi taħt is-supervizjoni tiegħu/tagħha) sabiex
ikunu eliġibbli biex joqogħdu għall-eżami tal-Essential Core
Competences.
L-istudenti ma jitħallewx joqogħdu (bħala l-ewwel valutazzjoni
jew il-valutazzjoni mill-ġdid) għal kwalunkwe eżami kliniku jew għall-
Paediatrics Objective Structured Clinical Examination (OSCE) matul is-
sessjoni ta’ Settembru tas-Sena Finali (il-5 Sena) jekk ma jkunux
attendew mill-inqas 80% mill-istudji addizzjonali li l-Bord tal-
Eżaminaturi jista’ jiddetermina f’kull każ.
(1) Il-klassifikazzjoni tal-Grad u tal-Grad ta’ Bachelor
għandhom ikunu determinati mill-Bord għall-Klassifikazzjoni tal-
Grad magħmul kif ġej
Id-Dekan bħala ċ-Chairman; u
Il-Kapijiet tad-Dipartimenti involuti fit-tagħlim tal-programm.
(2) * (a) Il-klassifikazzjoni tal-Grad u tal-Grad ta’ Bachelor
għandha tkun ibbażata fuq it-tul tal-Kors rispettiv, bit-taqsimiet-
studju kollha jingħataw piż ugwali.
(b) Għall-istudenti li jidħlu dirett fit-Tielet Sena tal-Kors, il-
klassifikazzjoni tal-Grad għandha tkun ibbażata fuq ir-
riżultati miksuba fl-aħħar tliet snin tal-Kors, bit-taqsimiet-
studju kollha jingħataw piż ugwali.
(3) Il-Bord għall-Klassifikazzjoni tal-Grad għandu jikkonsulta
l-linji gwida li ġejjin meta jiddeċiedi fuq il-klassifikazzjoni finali
tal-Grad
Marka Medja Finali Mwieżna
Klassifikazzjoni
80 – 100%
Għadda b’Distinzzjoni
70 – 79%
Għadda b’Mertu
45 – 69%
Għadda
(4) Il-Bord għall-Klassifikazzjoni tal-Grad għandu jikkonsulta
l-linji gwida li ġejjin meta jiddeċiedi fuq il-klassifikazzjoni finali
tal-Grad ta’ Bachelor
Marka Medja Finali Mwieżna
Klassifikazzjoni
80 – 100%
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
70 – 79%
It-Tieni Klassi ta’ Fuq bl-Unuri
55 – 69%
It-Tieni Klassi ta’ Taħt bl-
Unuri
45 – 54%
It-Tielet Klassi bl-Unuri.
Meta student jirtira mill-kors b’għażla tiegħu jew għax
majkunx eliġibbli biex jipproċedi aktar skont dawn ir-regolamenti,
l-istudent jista’ jitlob biex jingħata
(a) id-Diploma in General Studies (Dip. Gen. St.) jekk mill-
anqas 60 krettu ECTS ikunu nkisbu; jew
(b) il-Higher Diploma in General Studies (H.Dip. Gen. St.)
jekk mill-anqas 120 krettu ECTS ikunu nkisbu; jew
(ċ) il-grad ta’ Bachelor in General Studies (B.Gen.St.) jekk
*Japplikaw minn Ottubru 2025
mill-anqas 180 krettu ECTS ikunu nkisbu.
Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-grad ta’ Bachelor in
General Studies (B.Gen.St.) għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati
miksuba, bit-taqsimiet studju kollha mwieżna ndaqs u għandhom
ikunu kklassifikati kif ġej
Marka Medja Finali Mwieżna
Klassifikazzjoni
80 - 100%
Kategorija I
70 - 79%
Kategorija IIA
55 - 69%
Kategorija IIB
45 - 68%
Kategorija III
L-istudenti li temmew il-programm tal-Grad parzjalment
qabel is-sena akkademika 2010/11 u li jissodisfaw ir-regolament 13
għandhom id-dritt li jitolbu, meta jidħol fi-seħħ dan ir-regolament,
biex jingħataw il-grad ta’ Bachelor in General Studies (B.Gen.St.)
11. mingħajr preġudizzju u ex gratia sakemm li dan il-grad ma
jingħatax retroattivament. F’dawn il-każijiet, dan il-grad ma jkunx
ikklassifikat.
Għal materji li m’hemmx dispożizzjonijiet dwarhom
f ’d a w n i r- r e g ol a m e nt i , i l- B or d g ħ a n du j k un ig g wi da t m i d-
dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti
Universitarji sal-Ewwel Grad, kif applikabbli.