Legislator Case Law & Legislation
sl_117.45 MT

Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

12 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (12)

Statutory Text (12 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 117.45

REGOLAMENTI DWAR IL-KUNSILL KONSULTATTIV

DWAR L-AGRIKOLTURA *

11 ta’ Ottubru, 2022

L-AVVIŻ LEGALI 248 tal-2022.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar

il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem

ma teħtieġx xort’oħra

"Att" tfisser l-Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi;

"bidwi żagħżugħ" tfisser persuna fiżika taħt l-età ta’

erbgħin (40) sena li jkollha t-taħriġ xieraq jew il-ħiliet meħtieġa

u li hija rikonoxxuta bħala l-kap tal-azjenda;

"Chairperson"

tfisser

iċ-Chairperson

tal-Kunsill

Konsultattiv dwar l-Agrikoltura, u tinkludi, fiċ-ċirkostanzi

msemmija fir-regolament 4, il-Viċi Chairperson jew

kwalunkwe persuna oħra appuntata sabiex taġixxi bħala

Chairperson;

"impriza" tfisser l-unitajiet kollha wżati għal attivitajiet

agrikoli u ġestiti minn bidwi;

"Kunsill" tfisser il-Kunsill Konsultattiv

dwar

l-

Agrikoltura stabbilit skont ir-regolament 3;

"Ministru"

tfisser

il-Ministru

responsabbli

għall-

agrikoltura; u

"rappreżentant ewlieni settorjali" tfisser il-membru

maħtur skont ir-regolament 4 sabiex jirrappreżenta s-settur

agrikolu individwali fil-Kunsill u jmexxi l-kumitat ad hoc u,

jew is-settur l-aktar relatat mill-qrib mal-materja jew kwistjoni

li tkun qed tiġi diskussa mill-kumitat.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

Għandu jkun hemm stabbilit Kunsill li jkun magħruf

bħala l-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura, li għandu jkun korp

konsultattiv sabiex iservi ta’ forum għall-konsultazzjoni u djalogu bejn

ir-rappreżentanti tas-setturi varji tal-agrikoltura u l-Gvern, u jagħti

pariri lill-Gvern permezz tal-Ministru fuq kwistjonijiet li għandhom

x’jaqsmu ma’

*Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap.639, Ara L.S. 639.02. Ara Att XXXIII

tal-2023.

KUNSILL KONSULTATTIV DWAR L-AGRIKOLTURA

(a)

agrikoltura, ortikoltura, florikultura u vitikultura;

(b)

trobbija u tkabbir tal-bhejjem;

(ċ)

tkabbir tan-naħal;

(d)

l-iproċessar tal-prodotti akrikoli; u

(e)

it-twaqqif u l-implementazzjoni ta’ politiki dwar

agrikoltura sostenibbli.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

(1)

Il-Kunsill għandu jkun magħmul mill-membri li

ġejjin

(a)

Chairperson b’għarfien, kompetenza u esperjenza

profiċjenti fis-settur agrikolu, maħtur mill-Ministru;

(b)

id-Direttur tal-Agrikoltura, ex officio;

(ċ)

persuna waħda (1) li tirrappreżenta lis-Segretarju

Permanenti fi ħdan il-Ministeru responsabbli għall-agrikoltura,

ex officio;

(d)

għaxar (10) persuni, li għandhom ikunu r-

rappreżentanti ewlenija settorjali, kull waħda bi kwalifiki

professjonali jew għarfien espert tekniku, għarfien u, jew

b’esperjenza f’setturi agrikoli individwali differenti, maħtura

mill-Ministru kif ġej

(i)

rappreżentant wieħed (1) tas-settur tal-

bhejjem għall-ħalib;

(ii)

rappreżentant wieħed (1) tas-settur tal-

ħnieżer;

(iii) rappreżentant wieħed (1) tas-settur tan-

nagħaġ u tal-mogħoż;

(iv)

rappreżentant wieħed (1) tas-settur tat-tjur;

(v)

rappreżentant wieħed (1) tas-settur tal-

fniek;

(vi)

rappreżentant wieħed (1) tas-settur tal-

apikultura;

(vii)

rappreżentant wieħed (1) tas-settur tad-

dwieli;

(viii) rappreżentant wieħed (1) tas-settur tal-

iproċessar tat-tadam;

(ix) rappreżentant wieħed (1) tas-settur tal-frott

u l-ħaxix; u

(x)

rappreżentant wieħed (1) tas-settur tal-

kultivazzjoni intensiva (serrer)

Iżda li mill-inqas żewġ (2) membri maħtura skont dan is-

subparagrafu għandhom ikunu bdiewa żgħażagħ

Iżda ukoll li tnejn (2) oħra mill-membri maħtura skont

dan is-subparagrafu għandhom ikunu tas-sess femminili.

(2)

Il-membri msemmija fis-subregolamenti (1)(a) u (d)

għandhom jibqgħu fil-kariga għal perjodu ta’ tliet (3) snin, liema

perjodu jista’ jiġġedded kull sena jekk ikun ingħata kontribut

sodisfaċenti. Il-membri hekk maħtura għandhom ikunu eliġibbli li

jerġgħu jiġu maħtura għal terminu ieħor jew termini oħra meta jiskadi

l-mandat tagħhom

Iżda li l-membri, bl-esklużjoni ta’ dawk maħtura ex

officio, ma għandhomx jerġgħu jinħatru għal aktar minn tliet (3)

termini konsekuttivi.

(3)

Il-Chairperson maħtur skont is-subregolament 1(a)

għandu wkoll jippreżenta n-nomina tiegħu sabiex jiġi elett bħala

membru tal-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili li jirrappreżenta s-settur tal-

agrikoltura, rurali u tas-sajd skont ir-regolament 3(2)(g) tar-

Regolamenti dwar l-Att dwar il-Kunsill Malta għall-Iżvilupp

Ekonomiku u Soċjali (Kumitat tas-Soċjetà Ċivili).

(4)

Il-Ministru jista’ jaħtar wieħed (1) mill-membri bħala

Viċi Chairperson, u l-membru maħtur għandu jkollu s-setgħat kollha u

jwettaq il-funzjonijiet kollha taċ-Chairperson waqt l-assenza tiegħu,

fin-nuqqas tal-kapaċità li jaġixxi bħala Chairperson, jew waqt li ċ-

Chairperson ikun fuq vaganza jew fil-perjodu li l-kariga taċ-

Chairperson tkun vakanti

Iżda li, meta l-assenza taċ-Chairperson tkun waħda

permanenti jew tkun tali li l-funzjonament tal-Kunsill jiġi affettwat, il-

Ministru jista’ jaħtar kwalunkwe persuna oħra bħala Chairperson u

f’dak il-każ id-dispożizzjonijiet preċedenti għandhom japplikaw fir-

rigward ta’ dik il-persuna.

(5)

Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, il-

kariga ta’ membru tal-Kunsill għandha ssir vakanti

(a)

meta jiskadi l-mandat tal-membru; jew

(b)

meta membru jirriżenja; jew

(ċ)

fejn, għal kwalunkwe raġuni oħra, il-membru

KUNSILL KONSULTATTIV DWAR L-AGRIKOLTURA

jieqaf jokkupa l-kariga, jew jekk ikun membru magħżul

minħabba l-istat rappreżentattiv tiegħu, il-membru ma jibqax

iżomm dak l-istat rappreżentattiv; jew

(d)

meta jkun hemm assenza mhux ġustifikata għal

tliet (3) laqgħat konsekuttivi mingħajr ma jingħata avviż bil-

miktub bir-raġunijiet għal tali assenza liċ-Chairperson qabel,

jew malajr kemm jista’ ikun wara l-laqgħa. Assenzi mhux

ġustifikati għal tliet (3) laqgħat konsekuttivi għandhom jiġu

kkomunikati lill-Ministru miċ-Chairperson.

(6)

Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni maċ-Chairperson,

skont il-każ, ineħħi kwalunkwe membru mill-kariga għal raġunijiet ta’

kondotta ħażina, prova ta’ mard tal-moħħ jew tal-ġisem, jew nuqqas ta’

ħila li jaqdi l-funzjonijiet ta’ membru tal-Kunsill.

(7)

Fil-każ li membru jitneħħa mill-kariga tiegħu, jew fejn il-

kariga ta’ membru tkun battala għal raġuni oħra, jew fejn il-membru

ma jkunx jista’ jwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu għal kwalunkwe

raġuni, il-Ministru jista’ jaħtar persuna bi kwalifiki professjonali jew

għarfien espert tekniku, għarfien u, jew esperjenza f’setturi agrikoli

individwali differenti bħala membru temporanju tal-Kunsill

Iżda li l-membru temporanju ma għandux jibqa’ jżomm

tali kariga meta persuna tkun ġiet maħtura sabiex timla l-post vakanti

jew fejn il-membru li ma setax iwettaq il-funzjonijiet tal-kariga tiegħu

jerga’ jiġi istitwit dawk il-funzjonijiet.

(8) Id-Direttur tal-Agrikoltura għandu jaħtar uffiċjal fis-

servizz pubbliku sabiex iservi bħala Segretarju għall-Kunsill.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

(1)

Il-funzjonijiet tal-Kunsill għandhom ikunu

(a)

li jippromwovi l-parteċipazzjoni u d-djalogu bejn

il-partijiet interessati kollha fuq ħwejjeġ relatati ma’ jew li

għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp sostenibbli tal-agrikoltura u

tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem;

(b)

li jtejjeb u jsaħħaħ il-komunikazzjoni bejn il-

partijiet interessati tas-setturi agrikoli u tat-trobbija tal-bhejjem

u l-Gvern;

(ċ)

li jidentifika kwistjonijiet li jaffettwaw lill-partijiet

interessati tas-settur agrikolu u jipproponi strateġiji lill-Gvern

sabiex jindirizzawhom;

(d)

li jipproponi proġetti sostenibbli u vijabbli tal-

oġġettivi tal-politika tal-Gvern fis-setturi tal-agrikoltura u tat-

trobbija tal-bhejjem u jagħti rakkomandazzjonijiet dwar miżuri

li jiffaċilitaw u javvanzaw il-kisbiet ta’ kwalunkwe miri

stabbiliti;

(e)

fuq talba tal-Gvern, li jfassal, jeżamina u jagħmel

rakkomandazzjonijiet dwar proposti leġislattivi relatati mal-

objettivi tal-Kunsill;

(f)

fuq

talba

tal-Ministru,

li

jagħti

rakkomandazzjonijiet u jissottometti opinjonijiet dwar

kwalunkwe materja li għandha x’taqsam mal-funzjonijiet tal-

Ministeru responsabbli għall-agrikoltura;

(g)

li jagħti rakkomandazzjonijiet lill-Gvern dwar il-

politiki relatati mas-settur agrikolu u l-iżvilupp rurali; u

(h)

li jwettaq kwalunkwe funzjoni oħra li tista’ tiġi

assenjata lilu mill-Ministru skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn

ir-regolamenti jew ta’ kwalunkwe liġi oħra.

(2)

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-

subregolament (1), fit-twettiq tal-għanijiet u l-funzjonijiet tiegħu, il-

Kunsill għandu jagixxi fuq perspettivi u strateġiji nazzjonali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

(1)

Il-Kunsill jista’ jaġixxi u jwettaq il-funzjonijiet

tiegħu minkejja kwalunkwe assenza jew post vakanti fost il-membri

tiegħu, iżda li jkun hemm kworum ta’ mill-inqas sitt (6) membri tal-

Kunsill

Iżda li ma jkunx meqjus li ntlaħaq kworum fin-nuqqas

taċ-Chairperson jew tal-Viċi Chairperson maħtur.

(2)

Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu u, jew fid-

deliberazzjonijiet tiegħu dwar kwistjonijiet jew każijiet speċifiċi, il-

Kunsill jista’ jitlob l-intervent ta’ persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku

u, jew entitajiet pubbliċi. Il-Kunsill jista’ ukoll jitlob l-għarfien espert

xieraq mingħand, jew kollaborazzjoni ma’ terzi partijiet, kif jidhirlu

xieraq.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

(1)

Il-Kunsill għandu jaħtar kumitati ad hoc sabiex

iservu bħala pjattaformi għal diversi setturi fl-agrikoltura li permezz

tagħhom jistgħu jqajmu kwalunkwe kwistjonijiet, tħassib jew

suġġerimenti li jistgħu jiġu diskussi mill-Kunsill matul il-laqgħat

tiegħu.

(2)

Il-Kunsill għandu jinforma lill-Ministru bil-ħatra ta’ kull

kumitat ad hoc.

(3)

Il-Kunsill jista’, meta jqis li jkun meħtieġ, jinforma lill-

Ministru dwar il-kwistjonijiet imqajma mill-kumitati maħtura.

(4)

Iċ-chairperson ta’ kull kumitat għandu jkun ir-

rappreżentant settorjali ewlieni l-aktar relevanti jew l-aktar relatat

KUNSILL KONSULTATTIV DWAR L-AGRIKOLTURA

mill-qrib mal-kwistjoni li għandha tiġi diskussa mill-kumitat. Fejn il-

materja jew kwistjoni li trid tiġi diskussa taffettwa aktar minn settur

agrikolu wieħed (1), il-Kunsill għandu jiddetermina liema

rappreżentant ewlieni settorjali għandu jippresjedi il-kumitat

partikolari.

(5)

Iċ-chairperson ta’ kull kumitat għandu jsejjaħ l-ewwel

laqgħa sa mhux aktar tard minn xahar (1) wara d-data tal-ħatra tal-

kumitat skont is-subregolament (1).

(6)

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti,

il-kumitati għandhom jirregolaw il-proċeduri tagħhom stess

Iżda li l-kumitati jistgħu jaġixxu minkejja kwalunkwe

post vakanti fost il-membri tagħhom.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

(1)

Is-Segretarju għall-Kunsill maħtur skont ir-

regolament 4(8) għandu jżomm il-kariga għal perijodu ta’ tliet (3) snin,

taħt dawk it-termini u kondizzjonijiet li l-Kunsill, bl-approvazzjoni tal-

Ministru, jista’ jistabbilixxi.

(2)

Is-Segretarju għandu, inter alia, ikun responsabbli sabiex

(a)

isejjaħ il-laqgħat tal-Kunsill u jżomm il-minuti tal-

laqgħat tiegħu;

(b)

iżomm ir-rekords tal-membri preżenti waqt il-

laqgħa, u l-membri assenti u l-membri skużati;

(ċ)

jipprovdi

għas-servizzi

amministrattivi

u

segretarjali li jistgħu jkunu meħtieġa mill-Kunsill u minn

kwalunkwe kumitati ad hoc;

(d)

jiżgura li l-informazzjoni kollha li tista’ tkun

meħtieġa mill-Kunsill u minn kwalunkwe kumitati ad hoc

sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod effettiv tkun

disponibbli għalihom;

(e)

jagħti informazzjoni u twettaq xogħol preparatorju

għar-rapporti tal-Kunsill u kwalunkwe kumitati ad hoc;

(f)

jiżgura li s-servizzi tal-uffiċċju jiġu pprovduti

sabiex il-Kunsill u kwalunkwe kumitati ad hoc ikunu jistgħu

joperaw; u

(g)

jassumi kwalunkwe responsabbiltà oħra li tista’

tiġi ddelegata miċ-Chairpersons rispettivi f’isem il-Kunsill u

kwalunkwe kumitati ad hoc.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

(1)

Il-Kunsill għandu jiltaqa’ fuq bażi regolari kif iċ-

Chairperson jista’ iqis neċessarju, iżda li l-Kunsill għandu jiltaqa’

mhux inqas minn darba (1) kull tliet (3) xhur f’kull sena kalendarja.

(2)

Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mal-Ministru mhux inqas minn

darba (1) kull tliet (3) xhur f’kull sena kalendarja.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

Il-Kunsill għandu, sa mhux aktar tard minn sitt (6)

ġimgħat wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja jew fuq struzzjonijiet

tal-Ministru, jippreżenta rapport annwali lill-Ministru dwar l-

attivitajiet kollha tal-Kunsill u kwalunkwe kumitat ad hoc maħtura

skont ir-regolament 7 mwettqa tul dik is-sena kalendarja. Dan ir-

rapport għandu inter alia jinkludi rapport ġenerali dwar il-proċeduri u

l-għanijiet milħuqa mill-Kunsill u kwalunkwe kumitati ad hoc dwar

materji li jaqgħu taħt il-funzjonijiet tal-Kunsill fil-perjodu li għalih

jirreferi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.45 — Regolamenti dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Agrikoltura Dawn ir-regolamenti ġew trasposti għall-Kap. 639 - ara L.S. 639.02

Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, jagħti direttivi

lill-Kunsill bil-miktub kif jista’ jidhirlu xieraq, liema direttivi jkunu

konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u

kwalunkwe regolamenti oħra magħmula taħt l-Att, sabiex jagħtu effett

ghad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u, jew għat-twettiq

aħjar ta’ kwalunkwe mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti. Il-

Kunsill għandu, hekk kif ikun prattikament possibbli, jagħti effett għal

dawk id-direttivi kollha u jmexxi l-affarijiet tiegħu skont tali direttivi.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →