Legislator Case Law & Legislation
ln_2026_13 MT

taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

10 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (10)

Statutory Text (10 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 13 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,574 – 21.01.2026 — taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

B

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,574, 21 ta’ Jannar, 2026

Taqsima B

A.L. 13 tal-2026

ATT DWAR L-EDUKAZZJONI

(KAP. 327)

L-Ordinamenti tal-2026 skont ir-Regolamenti Ġenerali

għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2019

għad-Diploma in Construction Management

taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikoli 74(5) u 75(6) tal-Att dwar

l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier tal-Università ta’ Malta ppromulga dawn

l-ordinamenti magħmulin mill-Bord tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni bis-saħħa tas-

setgħat mogħtija lilu skont l-artikolu 81(1)(ċ) ta’ dak l-Att u li ġew approvati mis-

Senat tal-Università ta’ Malta kif jirrikjedi l-artikolu 81(2) ta’ dak l-Att

Titolu u Interpretazzjoni

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 13 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,574 – 21.01.2026 — taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

(1) Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala l-Ordinamenti tal-2026

skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad,

2019 għad-Diploma in Construction Management taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-

Ambjent Mibni.

(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma jeħtieġx

mod ieħor -

“il-Bord” tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni;

“iċ-Ċertifikat” tfisser is-Certificate in Construction Management;

“id-Diploma” tfisser id-Diploma in Construction Management;

“il-Kors” tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għad-Diploma in

Construction Management; u

“ir-Regolamenti Prinċipali” tfisser ir-Regolamenti

Ġenerali

għar-

Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2019.

L-Applikabilità

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 13 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,574 – 21.01.2026 — taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru

2025 jew wara.

Ir-Rekwiżiti għad-Dħul

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 13 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,574 – 21.01.2026 — taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

(1) Il-Kors ikun miftuħ għall-applikanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali

għad-dħul kif speċifikati fir-Regolamenti għad-Dħul tal-Università.

(2) L-applikanti li jidħlu bħala “Studenti Adulti” skont il-paragrafu (ċ)

tar-regolament 6 tar-Regolamenti għad-Dħul għandu jkollhom dawk il-kwalifiki u

l-esperjenza li jissodissfaw lill-Bord, permezz ta’ intervista, li jkunu laħqu l-livell

akkademiku meħtieġ biex isegwu l-Kors bi profitt. Dawn l-applikanti jkunu

meħtieġa jissottomettu mal-applikazzjoni tagħhom ittra miktuba bl-Ingliż fejn jagħtu

l-motivazzjoni tagħhom biex jidħlu fil-Kors flimkien ma’ kopja tal-Curriculum Vitae

(C.V.) tagħhom.

(3) Il-bord tal-intervisti maħtur mill-Bord għandu jkun magħmul minn

għall-anqas tliet membri.

It-Tul tal-Kors

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 13 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,574 – 21.01.2026 — taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

Il-Kors jinfirex fuq perijodu ta’ żewġ semestri ta’ studju full-time jew

l-ekwivalenti ta’ studju part-time.

Il-Programm ta’ Studju

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 13 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,574 – 21.01.2026 — taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

Il-programm ta’ studju għandu jikkonsisti minn għadd ta’ taqsimiet-studju

li għalihom hemm assenjati 60 krettu ECTS.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 13 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,574 – 21.01.2026 — taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

Il-Bord għandu jippubblika l-programm ta’ studju mfassal skont il-

provvedimenti relevanti tar-Regolamenti Prinċipali u approvati mis-Senat. Suġġett

għal tibdiliet li l-Bord, bl-approvazzjoni tas-Senat, ikun kostrett li jagħmel, l-istudenti

huma marbuta li jsegwu t-taqsimiet-studji u jiksbu kretti kif indikat fil-programm ta’

studju.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 13 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,574 – 21.01.2026 — taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

L-istudenti li jtemmu b’suċċess taqsimiet-studju li għalihom hemm assenjati

30 krettu ECTS u jagħżlu li ma jkomplux il-Kors, jew wara li jkunu komplew ma

jtemmux il-Kors b’suċċess, ikunu ntitolati għall-għoti taċ-Ċertifikat.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 13 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,574 – 21.01.2026 — taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

L-istudenti jkunu eliġġibli għall-għoti tad-Diploma jekk jiksbu s-60 krettu

ECTS kif imniżżel fil-programm ta’ studju għall-Kors.

Il-Klassifikazzjoni tar-Rikonoxximent

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 13 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,574 – 21.01.2026 — taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni

(1) Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop tal-klassifikazzjoni tad-

Diploma għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati miksuba waqt il-Kors, bil-kretti

kollha jingħataw piż indaqs.

(2) L-ismijiet tal-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tad-Diploma

għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku kklassifikati kif ġej

Għadda b’Distinzjoni

Għadda b’Mertu

Għadda.

(3) L-għotja taċ-Ċertifikat ma tkunx ikklassifikata.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →