Legislator Case Law & Legislation
ln_2026_100 MT

jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

10 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (10)

Statutory Text (10 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 100 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,625 – 17.04.2026 — jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,625, 17 ta’ April, 2026 B 1051

A.L. 100 tal-2026

ATT DWAR ARTIJIET TAL-GVERN

(KAP. 573)

Regolamenti tal-2026 li jemendaw ir-Regolamenti dwar it-

Trasferiment Dirett ta’ Siti Residwali ta’ Proprjetà tal-Gvern li

jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 31(g)(L) tal-Att

dwar Artijiet tal-Gvern, il-Ministru responsabbli għall-Awtorità tal-

Artijiet għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin:-

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 100 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,625 – 17.04.2026 — jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal-2026 Titolu.

li jemendaw ir-Regolamenti dwar it-Trasferiment Dirett ta’ Siti

Residwali ta’ Proprjetà tal-Gvern li jiffurmaw parti minn Żvilupp

Akbar u dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw u jinftiehmu ħaġa

waħda mar-Regolamenti dwar it-Trasferiment Dirett ta’ Siti Residwali L.S. 573.14.

ta’ Proprjetà tal-Gvern li jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar, hawn

aktar ’il quddiem imsejħa r-"regolamenti prinċipali".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 100 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,625 – 17.04.2026 — jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

Ir-regolament 2 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Jissostitwixxi r-

regolament 2

sostitwit bir-regolament ġdid li ġej

tar-regolamenti

prinċipali.

"2. L-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu li l-Awtorità tal-

Artijiet tkun tista’ tittrasferixxi siti residwi ta’ proprjetà tal-

Gvern lil sidien ta’ żvilupp akbar li s-sit residwu diġa’ jifforma

parti minnu, jew lil sidien ta’ sit adjaċenti kif imfisser f’dawn ir-

regolamenti.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 100 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,625 – 17.04.2026 — jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

Ir-regolament 3 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Jemenda r-

regolament 3

emendat kif ġej

tar-regolamenti

prinċipali.

(a)

minnufih wara t-tifsira " "Awtorità" jew "awtorità

kompetenti" " għandha tiġi miżjuda t-tifsira ġdida li ġejja

" "sit adjaċenti" tfisser kwalunkwe proprjetà

immobbli, li hija tal-applikant, li tinsab fiż-żona tal-

iżvilupp kif determinat

(a) mill-allinjament

uffiċjali

maħruġ

mill-Awtorità tal-Ippjanar;

(b) minn pjan ta’ żvilupp approvat, jew

jitqies bħala żvilupp legali bl-approvazzjoni ta’

permess ta’ żvilupp, kemm jekk żviluppat kif

ukoll xort’oħra;";

(b) t-tifsira "sit residwu" għandha tiġi sostitwita bit-

tifsira ġdida li ġejja

" "sit residwu" tfisser sit li bħalissa huwa tal-Gvern, li

fl-intier tiegħu mhuwiex akbar minn ħamsin metru kwadru

(50m 2 )

Iżda sit residwu għandu jkun sit li

(a)

għandu jkun imiss ma’ sit adjaċenti; jew

(b)

jifforma parti minn żvilupp akbar; u

(ċ)

jinsab f’żona ta’ żvilupp kif determinat

(i) minn allinjament uffiċjali maħruġ

mill-Awtorità tal-Ippjanar;

(ii) minn pjan ta’ żvilupp approvat, jew

jitqies bħala żvilupp legali bl-approvazzjoni ta’

permess ta’ żvilupp, kemm jekk żviluppat jew

xort’oħra

Iżda wkoll sit residwu għandu jitqies bħala tali

kemm jekk ikun diġa żviluppat kif ukoll xort’oħra,

irrispettivament mit-tip u l-klassi ta’ użu ta’ żvilupp fis-sit

Iżda wkoll għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti,

sit li jkun akbar minn ħamsin metru kwadru (50m 2 ) sa

massimu ta’ mija u ħamsin metru kwadru (150m 2 ) għandu

wkoll jitqies bħala sit residwu, diment li jissodisfa l-kriterji

kollha f’din it-tifsira u ma jitqiesx li jista’ jiġi żviluppat

indipendentement mis-sit adjaċenti, u lanqas li jifforma parti

minn sit adjaċenti li jappartjeni lil partijiet terzi jew lill-

Gvern.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 100 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,625 – 17.04.2026 — jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

Ir-regolament 4 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi

sostitwit bir-regolament ġdid li ġej

4. (1) Kwalunkwe persuna tista’ tapplika

"Applikazzjoni

mal-Awtorità sabiex takkwista sit residwu b’titolu

validu

Iżda applikazzjoni ma għandhiex tiġi

kkunsidrata mill-Awtorità sakemm l-applikant ma

jkunx is-sid b’titolu validu fil-liġi tas-sit adjaċenti, salv

każijiet kif spjegat fis-subregolamenti (4) u (5), fejn l-

applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa minn persuna waħda

(1) bil-kunsens tas-sidien kollha.

(2) Meta l-applikant ikollu titolu ta’ utile

dominium perpetwu fuq is-sit adjaċenti, l-Awtorità

għandha tittrasferixxi s-sit residwu liberu u frank.

(3) Meta l-applikant ikollu titolu ta’ utile

dominium temporanju fis-sit adjaċenti, fejn is-sid ikun

il-Gvern, l-Awtorità għandha tittrasferixxi s-sit residwu

b’ titolu ta’ enfitewsi temporanja li tiskadi fl-istess data

tal-enfitewsi temporanja tas-sit adjaċenti.

(4) F’każijiet fejn l-okkupazzjoni ta’ sit residwu

diġà teżisti fuq livelli multipli pro indiviso, l-Awtorità

għandha tittrasferihom b’titoli separati, wara eżerċizzju

xieraq ta’ distribuzzjoni skont it-titoli relattivi ta’

sjieda.

(5) Fil-każ ta’ okkupazzjonijiet multipli ta’ sit

residwu pro indiviso, bħall-partijiet komuni ta’

condominium, l-Awtorità għandha tittrasferixxi s-sit

residwu pro indiviso, u l-ispejjeż li jirriżultaw

għandhom jitqassmu fost l-applikanti eliġibbli, skont it-

titoli ta’ sjieda korrispondenti.

(6) L-applikazzjonijiet kollha għandhom ikunu

soġġetti għal dritt ta’ sottomissjoni inizjali u mhux

rimborżabbli ta’ elf euro (€1,000). Fil-każ ta’

okkupazzjonijiet

multipli

kif

stabbiliti

fis-

subregolamenti (4) u (5), id-dritt ta’ sottomissjoni

għandu jiżdied b’ ħames mitt euro (€500) għal kull dritt

ta’ sjieda relattiv.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 100 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,625 – 17.04.2026 — jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

Ir-regolament 5 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Jissostitwixxi r-

regolament 5

sostitwit bir-regolament ġdid li ġej

tar-regolamenti

prinċipali.

5. (1) Ir-rati standard għat-trasferiment tas-

sit residwu għandhom jkunu ta’ mitejn euro (€200) għal

kull metru kwadru abbażi tad-daqs tal-plot tas-sit in

kwistjoni għal żvilupp residenzjali, u ta’ erba’ mitt euro

(€400) għal kull metru kwadru għal kull klassi ta’ użu

ieħor. F’każijiet li jinkludu livelli multipli, ir-rati

msemmija għandhom ikunu mqassma skont in-numru

ta’ livelli

Iżda l-Ministru b’konsultazzjoni mal-Awtorità

jista’ jistabbilixxi rati differenti għal postijiet speċifiċi.

(2) F’każijiet fejn livelli multipli jinkludu użu

differenti, ir-rati għandhom jiġu applikati u mqassma

skont l-użu.

(3) Għal dawk il-każijiet fejn l-Awtorità tkun

qed tittrasferixxi s-sit hawn fuq imsemmi b’titolu ta’

enfitewsi temporanja, ir-rata annwali ta’ ċens għandha

tkun ekwivalenti għal tnejn fil-mija (2%) tar-rati

indikati fis-subregolament (1)

Iżda f’kwalunkwe każ, ir-rata annwali ta’

ċens ma għandhiex tkun inqas minn euro (€1.00) fis-

sena.

(4) Fil-każ ta’ siti residwi li huma akbar minn

ħamsin metru kwadru (50m 2 ), ir-rati standard

applikabbli għandhom ikunu skont l-Iskeda.

(5) L-ebda ħlasijiet oħra ma għandhom jiġu

imposti mill-Awtorità għall-okkupazzjoni ta’ sit

residwu mingħajr titolu validu.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 100 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,625 – 17.04.2026 — jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

Ir-regolament 6 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi mħassar.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 100 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,625 – 17.04.2026 — jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

Fir-regolament 8 tar-regolamenti prinċipali l-kliem

"magħmula skont dawn ir-regolamenti huma mħallsa mill-applikant."

għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem ", inkluż iżda mhux limitat għat-

tariffa inizjali għas-sottomissjoni, huma mħallsa mill-applikant.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 100 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,625 – 17.04.2026 — jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

Ir-regolament 9 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi

sostitwit bir-regolament ġdid li ġej

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2026 100 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,625 – 17.04.2026 — jiffurmaw parti minn Żvilupp Akbar

(1) L-Awtorità għandha d-dritt assolut u

uniku li tirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni magħmula

taħt dawn ir-regolamenti. Ir-rifjut għandu jkun bil-

miktub u għandu jkun hemm raġunijiet dettaljati għad-

deċiżjoni tiegħu.

(2) L-Awtorità tirriserva d-dritt li tirrifjuta

kwalunkwe applikazzjoni f’dak il-każ fejn l-Awtorità

jidhrilha li jkun aktar vantaġġjuż li tittrasferixxi s-sit kif

mitlub waħdu jew bħala parti minn sit akbar.

(3) Fil-każ ta’ sit residwu li jista’ jitqies bħala

tali b’aktar minn sit wieħed adjaċenti, l-Awtorità

tirriżerva d-dritt li tiddisponi mis-sit residwu fit-termini

tal-artikolu 31 tal-Att.

(4) L-Awtorità tirriserva d-dritt li ttemm il-

proċess ta’ applikazzjoni magħmul skont dawn ir-

regolamenti f’kwalunkwe stadju u, jew li tirrifjuta li

taċċetta kwalunkwe applikazzjoni, jekk fil-fehma

tagħha, il-proprjetà tkun tinsab f’post ta’ importanza

nazzjonali li jinkludi, iżda mhux limitatament,

proprjetajiet skedati skont l-Att dwar il-Patrimonju

Kulturali, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent u l-Att

dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp.

(5) Ma għandux ikun hemm dritt ta’ azzjoni

kontra l-Awtorità għall-ebda pretensjoni ta’ danni u,

jew deċiżjoni għal kumpens li tirriżulta mill-eżerċizzju

tal-funzjonijiet tagħha skont dan ir-regolament,

sakemm l-Awtorità tkun aġixxiet in bona fide.".

9. Minnufih wara l-artikolu 10 tar-regolamenti prinċipali Iżid Skeda

ġdida mar-

għandha tiġi miżjuda l-Iskeda l-ġdida li ġejja

regolamenti

prinċipali.

"SKEDA

Kejl (m.k.)

1-50

51-100

101-150

(€)/m 2

(€)/m 2

(€)/m 2

(inklużi

garaxxijiet

residenzjali/spazji ta’ parkeġġ)

Kummerċjali/Mhux Residenzjali)

(i) Ir-rati għandhom jintalbu fi skala inkrementali sekwenzjali.

Eżempju: għal sit residenzjali ta’ 65 m 2 għandu jintalab ħlas ta’ €200/ m 2 għall-

ewwel 50 m 2 u €400/ m 2 għall-bqija tal-15 m 2 .".

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →