u l-Użu tad-Data)
Table of Provisions (6)
Statutory Text (6 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,519, 10 ta’ Ottubru, 2025
A.L. 223 tal-2025
ATT DWAR IL-PROTEZZJONI U L-PRIVATEZZA TAD-DATA
(KAP. 586)
Regolamenti tal-2025 dwar il-Protezzjoni ta’ Data (Aċċess Ġust għal
u l-Użu tad-Data)
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 33(i) tal-Att dwar
il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, il-Ministru responsabbli għall-
protezzjoni u l-privatezza tad-data, wara konsultazzjoni mal-
Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, għamel
dwar ir-regolament li ġejjin:-
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal- Titolu u għan.
2025 dwar il-Protezzjoni ta’ Data (Aċċess Ġust għal u l-Użu tad-
Data).
(2) L-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu li jimplimenta r-
rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar regoli armonizzati dwar l-
aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE)
2017/2394 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data).
F’dawn ir-regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma Tifsir .
teħtieġx xort’oħra
"Att" tfisser l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad- Kap. 586.
Data;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju għall-Informazzjoni
u l-Protezzjoni tad-Data maħtur skont l-artikolu 11 tal-Att;
"Regolament (UE) 2016/679" tfisser Regolament (UE)
2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April
2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-
ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali
data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali
dwar il-Protezzjoni tad-Data);
"Regolament (UE) 2023/2854" tfisser Regolament (UE)
2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’
Diċembru 2023 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-
data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u
d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data).
(1) Il-Kummissarju għandu, skont l-Artikolu 37(3) tar-
Regolament (UE) 2023/2854, ikun l-awtorità kompetenti responsabbli
għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/2854 sa
fejn hija kkonċernata l-protezzjoni tad-data personali.
(2) Il-kompiti u s-setgħat tal-Kummissarju kif stipulati fir-
Regolament (UE) 2016/679 u l-Att, inkluż ir-regolamenti magħmula
taħtu, għandhom jiġu eżerċitati fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data
personali.
(3) Il-Kummissarju għandu jkollu biżżejjed riżorsi tekniċi u
umani b’għarfien espert rilevanti sabiex iwettaq b’mod effettiv il-
kompiti tiegħu bħala awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE)
2023/2854.
Bla ħsara għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew
ġudizzjarju ieħor, kull suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jressaq
ilment quddiem il-Kummissarju skont l-Artikoli 77(1) jew 80(1) tar-
Regolament (UE) 2016/679 jekk iqis li l-ipproċessar tad-data
personali tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2023/2854 jikser id-
dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679.
(1) Il-Kummissarju jista’ fl-ambitu tal-kompetenza
tiegħu u skont l-Artikolu 40(4) tar-Regolament (UE) 2023/2854,
jimponi multi amministrattivi skont l-Artikolu 83 tar-Regolament
(UE) 2016/679 u sa l-ammont imsemmi fl-Artikolu 83(5) ta’ tali
Regolament, għal ksur tal-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu II, III u V tar-
Regolament (UE) 2023/2854.
(2) Kwalunkwe persuna li tkun ġiet indirizzata lilha deċiżjoni
legali vinkolanti tal-Kummissarju, għandu jkollha d-dritt li tappella
bil-miktub lit-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-
Protezzjoni tad-Data u d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima VII tal-Att
għandhom japplikaw mutatis mutandis.