għal Ħarsien ta’ Perunsi li jkunu qed ifittxu l-Asil
Statutory Text (4 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,481, 5 ta’ Awwissu, 2025
A.L. 170 tal-2025
ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI
(KAP. 217)
Regolamenti tal-2025 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Aġenzija
għal Ħarsien ta’ Perunsi li jkunu qed ifittxu l-Asil
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 36 tal-Att dwar l-
Immigrazzjoni, il-Ministru responsabbli għall-immigrazzjoni għamel
dawn ir-regolamenti li ġejjin:-
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal-2025 Titolu.
li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Aġenzija għal Ħarsien ta’ Persuni
li jkunu qed ifittxu l-Asil u dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw u
jinftiehmu bħala ħaġa waħda mar-Regolamenti dwar l-Aġenzija għal L.S. 217.11.
Ħarsien ta’ Persuni li jkunu qed ifittxu l-Asil, hawn aktar ’il quddiem
imsejħa r-"regolamenti prinċipali".
Minnufih wara r-regolament 6 tar-regolamenti prinċipali Iżid regolament
għandu jiġi miżjud ir-regolament ġdid li ġej
Bla ħsara għall-Att dwar il-Protezzjoni
"Assessjar tal-
età.
Internazzjonali u kwalunkwe leġiżlazzjoni sussidjarja
magħmula taħtu, l-Aġenzija għandha, mill-aktar fis
possibbli, twettaq valutazzjoni tal-età kull meta jkun
hemm inċertezza dwar jekk persuna li taqa’ taħt waħda
mill-kategoriji li ġejjin hijiex minuri
(a) persuni
żbarkati
f’Malta
wara
operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ;
(b) applikanti għal, u benefiċjarji ta’
protezzjoni internazzjonali rilokati f’Malta;
(ċ) persuni li jkunu daħlu, jew li qegħdin
jiġu kkunsidrati għad-dħul f’Malta skont ir-
risistemazzjoni jew l-ammissjoni umanitarja; u
(d) applikanti għall-protezzjoni internazz-
jonali.".