l-Immigrazzjoni
Table of Provisions (8)
Statutory Text (8 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,481, 5 ta’ Awwissu, 2025
A.L. 168 tal-2025
ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI
(KAP. 217)
Regolamenti tal-2025 dwar il-Proċedura tal-Bord tal-Appell dwar
l-Immigrazzjoni
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 36 tal-Att dwar l-
Immigrazzjoni, il-Ministru responsabbli għall-immigrazzjoni għamel
dawn ir-regolamenti li ġejjin:-
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal-2025 Titolu.
dwar il-Proċedura tal-Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni.
F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma Tifsir.
teħtieġx xort’oħra
"Att" tfisser l-Att dwar l-Immigrazzjoni;
"Bord" tfisser il-Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni
mwaqqaf bl-artikolu 25A tal-Att;
"Identità" tfisser l-Aġenzija Identità Malta mwaqqfa bl-
artikolu 3 tal-Ordni li jwaqqaf l-Aġenzija Identità Malta;
"Ministru"
tfisser
il-Ministru
responsabbli
għall-
immigrazzjoni;
"permess uniku" tfisser permess ta’ residenza maħruġ skont
ir-Regolamenti dwar Proċedura ta’ Applikazzjoni Unika għal L.S. 217.17.
Permess Uniku għal Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi biex Jirrisjedu u
Jaħdmu f’Malta u Ġabra Komuni ta’ Drittijiet għal Ħaddiema ta’
Pajjiżi Terzi li Jirrisjedu Legalment f’Malta.
"Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni" tfisser il-persuna
maħtura f’tali kariga skont l-artikolu 3 tal-Att;
"viża" tfisser viża għal soġġorn qasir jew viża għal soġġorn
twil.
Il-Bord għandu jkollu l-funzjoni li jisma’ u jiddeċiedi Funzjonijiet tal-
appelli bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-Att jew tar-regolamenti Bord.
magħmula taħtu.
(1) Ċittadin ta’ pajjiż terz li jħossu aggravat bid-deċiżjoni Appelli minn
tal-awtorità kompetenti fir-rigward ta’ permess uniku jew viża jista’ deċiżjonijiet
dwar permess
jippreżenta appell kontra l-imsemmija deċiżjoni quddiem il-Bord uniku u viża.
skont l-artikolu 25A tal-Att li għandu jkollu l-ġuriżdizzjoni li jisma’ u
jiddeċiedi tali appell
Iżda għall-finijiet ta’ dan ir-regolament "awtorità
kompetenti" għandha tfisser l-awtorità responsabbli għall-ħruġ tal-
permess ta’ residenza, viża jew kwalunkwe dokument ieħor, skont il-
każ.
(2) L-appellant jew ir-rappreżentant legali tiegħu għandu
jippreżenta s-sottomissjonijiet bil-miktub lill-Bord fi żmien għaxart (10)
ijiem ta’ xogħol mid-data minn meta jkun innotifika l-intenzjoni tiegħu
li jappella skont l-artikolu 25A(7) tal-Att.
(3) Hekk kif jirċievi s-sottomissjonijiet bil-miktub imsemmija
fis-subregolament (2), il-Bord għandu jinnotifika kopja tal-imsemmija
sottomissjonijiet lill-awtorità kompetenti li għandha tingħata perjodu
ta’ għaxart (10) ijiem ta’ xogħol min-notifika ta’ tali sottomissjonijiet
sabiex tippreżenta s-sottomissjonijiet tagħha lill-Bord.
(4) Il-Bord għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-
appellant jew lir-rappreżentant legali tiegħu u lill-awtorità kompetenti
fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data meta jirċievi s-
sottomissjonijiet tal-awtorità kompetenti skont is-subregolament (3)
Iżda f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, il-
Bord jista’ jestendi l-perjodu ta’ żmien għall-komunikazzjoni tad-
deċiżjoni tiegħu
Iżda wkoll il-perjodu għall-għeluq tal-proċedura kollha ma
għandux jeċċedi s-sittin (60) jum.
(1) Kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jħossu aggravat
b’deċiżjoni tal-awtorità kompetenti fir-rigward tad-determinazzjoni
tal-età li tirriżulta minn assessjar tal-età, jista’ jippreżenta appell
kontra l-imsemmija deċiżjoni quddiem il-Bord skont l-artikolu 25A
tal-Att
Iżda għall-finijiet ta’ dan ir-regolament "awtorità
kompetenti" għandha tfisser l-awtorità responsabbli għat-twettiq tal-
assessjar tal-età skont ir-Regolamenti dwar l-Aġenzija għal Ħarsien ta’
Persuni li jkunu qed ifittxu l-Asil.
(2) L-appellant jew ir-rappreżentant legali tiegħu għandu
jippreżenta s-sottomissjonijiet bil-miktub lill-Bord fi żmien għaxart (10)
ijiem ta’ xogħol mid-data minn meta jkun innotifika l-intenzjoni tieghu
li jappella skont l-artikolu 25A(7) tal-Att.
(3)
Hekk kif jirċievi s-sottomissjonijiet bil-miktub imsemmija
fis-subregolament (2), il-Bord għandu jinnotifika kopja tal-imsemmija
sottomissjonijiet lill-awtorità kompetenti li għandha tingħata perjodu
ta’ għaxart (10) ijiem ta’ xogħol min-notifika ta’ tali sottomissjonijiet
sabiex tippreżenta s-sottomissjonijiet tagħha lill-Bord.
(4) Il-Bord għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-
appellant jew lir-rappreżentant legali tiegħu u lill-awtorità kompetenti
fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data meta jirċievi s-
sottomissjonijiet tal-awtorità kompetenti skont is-subregolament (3)
Iżda f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, il-
Bord jista’ jestendi l-perjodu ta’ żmien għad-deċiżjoni tiegħu
Iżda wkoll il-perjodu għall-għeluq tal-proċedura kollha ma
għandux jeċċedi s-sittin (60) jum.
(5) Fejn l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet prima facie li l-
persuna kkonċernata hija adulta, mingħajr ma twettaq assessjar tal-età,
hija għandha tirreferi d-deċiżjoni tagħha għar-reviżjoni mill-Bord. Il-
Bord għandu jwettaq ir-reviżjoni fi żmien ħamest (5) ijiem ta’ xogħol
mid-data li fiha jkun irċieva tali deċiżjoni
Iżda jekk il-Bord ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-awtorità
kompetenti, huwa għandu jagħti struzzjonijiet lill-awtorità kompetenti
sabiex twettaq assessjar tal-età skont ir-Regolamenti dwar l-Aġenzija L.S. 217.11.
għal Ħarsien ta’ Persuni li jkunu qed ifittxu l-Asil.
(1) Kemm-il darba l-Att jew ir-regolamenti magħmula Appelli oħra.
taħtu ma jipprovdux xort’oħra, kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li
jħossu aggravat b’deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti jista’ jippreżenta
appell kontra l-imsemmija deċiżjoni lill-Bord u l-Bord għandu jkollu
ġurisdizzjoni li jisma’ u jiddeċiedi tali appell skont dan ir-regolament.
(2) L-appellant jew ir-rappreżentant legali tiegħu għandu
jippreżenta s-sottomissjonijiet bil-miktub lill-Bord fi żmien għaxart (10)
ijiem ta’ xogħol mid-data minn meta jkun innotifika l-intenzjoni tiegħu
li jappella skont l-artikolu 25A(7) tal-Att.
(3) Hekk kif jirċievi s-sottomissjonijiet bil-miktub imsemmija
fis-subregolament (2), il-Bord għandu jinnotifika kopja tal-imsemmija
sottomissjonijiet lill-awtorità kompetenti li għandha tingħata perjodu
ta’ għaxart (10) ijiem ta’ xogħol min-notifika ta’ tali sottomissjonijiet
sabiex tippreżenta s-sottomissjonijiet tagħha lill-Bord.
(4) Il-Bord għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-
appellant jew lir-rappreżentant legali tiegħu u lill-awtorità kompetenti
fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data meta jirċievi s-
sottomissjonijiet tal-awtorità kompetenti skont is-subregolament (3)
Iżda f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, il-
Bord jista’ jestendi l-perjodu ta’ żmien għad-deċiżjoni tiegħu
Iżda wkoll il-perjodu għall-għeluq tal-proċedura kollha ma
għandux jeċċedi d-disgħin (90) jum.
L-appell quddiem il-Bord għandu jitqies li ġie rtirat jekk l-
jiġi determinat li
(a) naqas milli jipprovdi, fil-perjodu ta’ żmien stabbilit
mill-Bord, informazzjoni u, jew dokumenti essenzjali għall-
appell tiegħu, sakemm l-appellant ma jurix, li n-nuqqas tiegħu
kien dovut għal ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu; u, jew
(b) naqas milli jikkonforma mad-dmirijiet ta’ rappurtar
lill-Bord jew obbligi oħra fi żmien tletin (30) jum minn talba
mill-Bord għall-istess.