Legislator Case Law & Legislation
ln_2025_104 MT

Regolamenti tal-2025 dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol

4 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Statutory Text (4 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2025 104 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,454 – 13.06.2025 — Regolamenti tal-2025 dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,454, 13 ta’ Ġunju, 2025 B 985

A.L. 104 tal-2025

ATT DWAR IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ FUQ IX-XOGĦOL

(KAP. 646)

Regolamenti tal-2025 dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol

(Pubblikazzjoni ta’ Penali Amministrattivi u ta’ Multi ta’

Kompromess)

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 45 tal-Att dwar is-

Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol, il-Ministru responsabbli għas-saħħa

u s-sigurtà fuq ix-xogħol għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin:-

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2025 104 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,454 – 13.06.2025 — Regolamenti tal-2025 dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol

(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal- Titolu, għan u

2025 dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol (Pubblikazzjoni ta’ bidu fis-seħħ.

Penali Amministrattivi u ta’ Multi ta’ Kompromess).

(2) L-għan ta’ dawn ir-regolamenti huwa li jistabbilixxu

parametri skont l-artikolu 28(1) tal-Att dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq Kap. 646.

ix-Xogħol, għal pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi li jkunu ġew

determinati finalment u multi ta’ kompromess li jkunu tħallsu.

(3) Dawn ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ f’dik id-

data li l-Ministru responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol

jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta u jistgħu jiġu hekk stabbiliti

dati differenti għal dispożizzjonijiet u, jew għanijiet differenti ta’ dawn

ir-regolamenti.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2025 104 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,454 – 13.06.2025 — Regolamenti tal-2025 dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma Tifsir.

teħtieġx xort’oħra

"Att" tfisser l-Att dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol; Kap. 646.

"Awtorità" tfisser l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-

Post tax-Xogħol imwaqqfa bl-artikolu 4 tal-Att;

"penali amministrattiva" tfisser il-penali amministrattiva

maħruġa skont id-dispożizzjonijiet tal-Att u b’mod partikolari

tar-Regolamenti dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol L.S. 646.26.

(Proċeduri fir-rigward tal-Ħruġ ta’ Penali Amministrattivi);

"multa ta’ kompromess" tfisser il-multa ta’ kompromess

maħruġa skont id-dispożizzjonijiet tal-Att u b’mod partikolari

skont il-proċedura speċjali ta’ kompromess stipulata fl-artikolu

27 tal-Att.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2025 104 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,454 – 13.06.2025 — Regolamenti tal-2025 dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol

(1) Informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe penali

amministrattiva li tkun ġiet determinata b’mod finali u kwalunkwe

multa ta’ kompromess li tkun ġiet imħallsa għas-saldu b’rabta ma’

inċident uniku għal ammont li jeċċedi ħamest elef euro (€5,000),

għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità skont l-

artikolu 28(1) tal-Att, u tali pubblikazzjoni għandha tinkludi l-

informazzjoni speċifikata fl-artikolu 28(3) tal-Att.

(2) Informazzjoni

relatata

ma’

kwalunkwe

penali

amministrattiva li tkun ġiet determinata b’mod finali u kwalunkwe

multa ta’ kompromess li tkun ġiet imħallsa għas-saldu b’rabta ma’

inċident uniku għal ammont li ma jeċċedix ħamest elef euro (€5,000),

għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità skont l-

artikolu 28(1) tal-Att, u tali pubblikazzjoni għandha tinkludi biss

sommarju tal-ksur jew tar-reat imwettaq, u għandha tiġi ppubblikata

fuq bażi anonima

Iżda jekk matul il-perjodu li fih tiġi ppubblikata

informazzjoni relatata ma’ penali amministrattiva jew inkella multa ta’

kompromess skont is-subregolament (1), jew inkella skont is-

subregolament (2) b’mod anonimu, persuna tkun saret responsabbli li

tħallas penali amministrattiva oħra abbażi ta’ determinazzjoni b’mod

finali jew inkella tkun ħallset multa oħra ta’ kompromess, tali

pubblikazzjoni sussegwenti ma għandhiex tkun fuq bażi anonima u d-

dettalji kollha skont l-artikolu 28(3) tal-Att għandhom jiġu ppubblikati

għall-perjodu speċifikat skont is-subregolament (3).

(3) Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata ma’ penali

amministrattivi li jkunu ġew determinati b’mod finali u multi ta’

kompromess li jkunu tħallsu għandha tibqa’ aċċessibbli fuq is-sit

elettroniku tal-Awtorità għal perjodu ta’ sitt (6) xhur mid-data tad-

determinazzjoni b’mod finali jew tal-ħlas.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →