Legislator Case Law & Legislation
ln_2024_98 MT

taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

10 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (10)

Statutory Text (10 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 98 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,230– 23.04.2024 — taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

B

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,230, 23 ta’ April, 2024

Taqsima B

A.L. 98 tal-2024

ATT DWAR L-EDUKAZZJONI

(KAP. 327)

L-Ordinamenti tal-2024 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2019

skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021

għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad

għall-Grad ta’ Master of Arts in International Hospitality and

Tourism Experience Management – M.A. –

taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikoli 74(5) u 75(6) tal-Att dwar

l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier tal-Università ta’ Malta ppromulga dawn

l-ordinamenti magħmulin mill-Bord tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u

l-Accountancy bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikolu 81(1)(ċ) ta’ dak

l-Att u li ġew approvati mis-Senat tal-Università ta’ Malta kif meħtieġ mill-artikolu

81(2) ta’ dak l-Att

It-Titlu

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 98 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,230– 23.04.2024 — taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala l-Ordinamenti tal-2024 biex

jemendaw l-Ordinamenti tal-2019 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021 għar-

Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad għall-grad ta’ Master of

Arts in International Hospitality and Tourism Experience Management – M.A.

- u għandhom jinqraw u jinftiehmu bħala ħaġa waħda mal-Ordinamenti tal-2019

skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’

wara l-Ewwel Grad għall-grad ta’ Master of Arts in International Hospitality and

Tourism Experience Management – M.A. - taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu,

l-Ivvjaġġar u l-Kultura, ippubblikati bħala Avviż Legali 286 tal-2019, li minn hawn

’il quddiem jissejħu “l-ordinamenti prinċipali”.

L-Applikabilità

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 98 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,230– 23.04.2024 — taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2024 ’il quddiem.

L-Emenda għat-titlu tal-ordinamenti prinċipali

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 98 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,230– 23.04.2024 — taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

Minflok it-titlu tal-ordinamenti prinċipali għandu jidħol dan li ġej

“L-Ordinamenti tal-2024 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021 għar-

Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta’ Master of Arts

in International Hospitality and Tourism Experience Management – M.A. - taħt il-

patroċinju tal-Fakultà ta l-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikoli 74(5) u 75(6) tal-Att dwar

l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier tal-Università ta’ Malta ppromulga dawn

l-ordinamenti magħmulin mill-Bord tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u

l-Accountancy bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikolu 81(1)(ċ) ta’ dak

l-Att u li ġew approvati mis-Senat tal-Università ta’ Malta kif meħtieġ mill-artikolu

81(2) ta’ dak l-Att:”

L-Emenda għall-ordinament 1 tal-ordinamenti prinċipali

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 98 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,230– 23.04.2024 — taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

Minflok l-ordinament 1 tal-ordinamenti prinċipali għandu jidħol dan li ġej

“It-Titlu u l-Interpretazzjoni

1. (1) Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala l-Ordinamenti tal-2024

skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara

l-Ewwel Grad għall-grad ta’ Master of Arts in International Hospitality and Tourism

Experience Management – M.A. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-

Management u l-Accountancy.

(2) F’d awn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx

mod ieħor –

“il-Bord” tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u

l-Accountancy;

“il-Bord tal-Istudji” tfisser il-Bord tal-Istudji maħtur mis-Senat għall-Kors, fuq

ir-rakkomandazzjoni tal-Bord;

“il-Grad” tfisser il-grad ta’ Master of Arts in International Hospitality and

Tourism Experience Management – M.A.;

“il-Kors” tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-grad ta’ Master of Arts

in International Hospitality and Tourism Experience Management – M.A.;

“il-Postgraduate Diploma” tfisser il-Postgraduate Diploma in International

Hospitality and Tourism Experience Management – P.G. Dip.; u

“ir-Regolamenti Prinċipali” tfisser ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021 għar-

Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad.”

It-Tħassir tal-ordinament 9 tal-ordinamenti prinċipali

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 98 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,230– 23.04.2024 — taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

L-ordinament 9 tal-ordinamenti prinċipali għandu jiġi mħassar.

In-Numerazzjoni mill-ġdid tal-ordinamenti 10 sa 13 tal-ordinamenti prinċipali

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 98 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,230– 23.04.2024 — taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

L-ordinamenti 10 sa 13 tal-ordinamenti prinċipali għandhom ikunu

nnumerati mill-ġdid bħala l-ordinamenti 9 sa 12.

L-Emendi għall-ordinament 9 tal-ordinamenti prinċipali

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 98 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,230– 23.04.2024 — taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

Minflok il-paragrafu (1) tal-ordinament 9 tal-ordinamenti prinċipali għandu

jidħol dan li ġej

“9. (1) L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni individwali ta’

madwar 20,000 kelma skont il-linji gwida maħruġin mill-Bord tal-Istudji.”

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 98 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,230– 23.04.2024 — taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

Minflok il-paragrafu (3) tal-ordinament 9 tal-ordinamenti prinċipali għandu

jidħol dan li ġej

“(3) It-titlu provviżorju għad-dissertazzjoni u l-proposta ta’ riċerka

dettaljata għandhom ikunu ppreżentati għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Istudji sad-

data indikata mill-Bord tal-Istudji.”

L-Emenda għall-ordinament 10 tal-ordinamenti prinċipali

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 98 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,230– 23.04.2024 — taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura

Minflok il-paragrafu (2) tal-ordinament 10 tal-ordinamenti prinċipali

għandu jidħol dan li ġej

“(2) Is-superviżuri għandhom jibgħatu lill-Bord tal-Istudji rapporti

dwar il-progress ta’ kull student taħt is-superviżjoni tagħhom fit-tmiem ta’ kull

semestru ta’ studji, kemm jekk l-istudent ikun qiegħed isegwi l-Kors fuq bażi full-time

u kemm jekk part-time. Dawn ir-rapporti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni li jew

(a) jittawwal il-perijodu ta’ studju biex l-istudent ikun jista’ jtemm id-dissertazzjoni;

jew (b) jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-superviżur jidhirlu li dan huwa xieraq

fiċ-ċirkostanzi, sakemm li

(i) l-estensjoni tal-perijodu ta’ studju msemmija f’(a) tkun skont

il-provvedimenti tar-Regolamenti Prinċipali; u

(ii) il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont (b)

jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent biex jiddefendi l-każ tiegħu.”

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →