Avviż tal-2024 dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Income
Statutory Text (1 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,206, 12 ta’ Marzu, 2024
A.L. 62 tal-2024
ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME
(KAP. 123)
Avviż tal-2024 dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Income
(Xogħol Filantropiku)
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu bl-artikolu 12(1)(e) tal-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income, il-Ministru għall-finanzi semma lill-
organizzazzjonijiet imniżżlin hawn taħt bħala li qegħdin jagħmlu
xogħol filantropiku, u b’hekk eżenti mit-taxxa fuq l-income
Aditus Foundation
Fondazzjoni Dar il-Hena
Foodbank Lifeline Foundation Malta
KENUP Foundation
LifeCycle Malta Foundation
TAMA
Youth Alive Foundation
u jirrikonoxxi li l-organizzazzjoni O.A.S.I.- (Organisation for
Anti-Drug Solidarity and Initiative - Gozo) li tidher fil-lista ta’
organizzazzjonijiet filantropiċi bidlet isimha għal OASI Foundation.