Legislator Case Law & Legislation
ln_2024_283 MT

dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

13 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (13)

Statutory Text (13 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336, 29 ta’ Ottubru, 2024

A.L. 283 tal-2024

ATT DWAR IR-REGOLATUR GĦAS-SERVIZZI TAL-

ENERĠIJA U L-ILMA

(KAP. 545)

Regolamenti tal-2024 li jemendaw ir-Regolamenti

dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 37 tal-Att dwar ir-

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, il-Ministru responsabbli

għas-servizzi tal-enerġija u l-ilma, wara konsultazzjoni mar-Regolatur

għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, għamlet dawn ir-regolamenti li

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal- Titolu.

2024 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi u

dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw u jinftiehmu ħaġa waħda mar-

Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi, hawn aktar ’il quddiem L.S. 545.24.

imsejħa r-"regolamenti prinċipali".

(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fi żmien

xahrejn (2) mill-pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Is-subregolament (2) tar-regolament 2 tar-regolamenti Jemenda r-

regolament 2

prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

tar-regolamenti

prinċipali.

(a) minnufih wara t-tifsira "ħażna tal-enerġija" tiegħu

għandhom jiġu miżjuda t-tifsiriet ġodda li ġejjin

" "IET Wiring Regulations" tfisser ir-Requirements

for Electrical Installations issued by the Institution of

Engineering and Technology (I.E.T) - BS 7671 18th

Edition, esklussivament kif ippubblikati u applikabbli fl-1

ta’ Lulju 2018;

"inġinier tal-elettriku li jkollu warrant" tfisser

inġinier tal-elettriku li jkollu warrant sabiex jeżerċita l-

professjoni ta’ inġinier skont l-Att dwar l-Inġiniera

Iżda għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti,

kull fejn ikun hemm referenza għal inġinier tal-elettriku li

jkollu warrant, dak l-inġinier tal-elettriku li jkollu warrant

għandu jkun meħtieġ ukoll li jkun id-detentur ta’

Awtorizzazzjoni B wara t-30 ta’ Ġunju 2025;";

(b) it-tifsira "installazzjonijiet elettriċi" għandha tiġi

sostitwita bit-tifsira ġdida li ġejja

"installazzjoni elettrika" jew "installazzjonijiet

elettriċi" tfisser sistema ta’ wajers elettriċi u tagħmir bil-

għan li jgħaddi l-elettriku kif ukoll l-apparat li jiskonnettja

li jkun qiegħed fuq in-naħa tal-konsumatur tal-meter tas-

servizz elettriku;";

(ċ) it-tifsira "Regolamenti dwar l-I.E.E" tiegħu għandha

tiġi mħassra;

(d) minnufih wara t-tifsira "it-Trattat" għandha tiġi

miżjuda t-tifsira ġdida li ġejja

" A.L. 282 tal-

" "unità ta’ bini" għandu jkollha l-istess tifsira

2024. mogħti lilha fir-Regolamenti dwar il-Konnessjoni u l-

Provvista tal-Elettriku;"; u

(e) fil-verżjoni bl-Ingliż biss, fit-tifsira tiegħu "the

Treaty" il-kliem "European Community" għandhom jiġu

sostitwiti bil-kliem "European Union".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Il-paragrafu (b) tas-subregolament (1) tar-regolament 5 tar-

regolamenti prinċipali għandu jiġi sostitwit bil-paragrafu ġdid li ġej

"(b) Awtorizzazzjoni B għall-installazzjoni, tibdil,

estensjoni u ċertifikazzjoni ta’ installazzjonijiet elettriċi

single phase u installazzjonijiet elettriċi three phase

gradati inqas minn 300 Amps kull phase. Id-detentur ta’

Awtorizzazzjoni B jista’ wkoll iwettaq xogħol ta’

installazzjoni, tibdil, estensjoni fuq installazzjonijiet

elettriċi three phase gradati daqs jew aktar minn

300Amps kull phase iżda ma jistax jiċċertifika l-istess

installazzjonijiet elettriċi msemmija

Iżda tali detentur ta’ Awtorizzazzjoni B jista’

jiċċertifika biss tali xogħlijiet ta’ installazzjoni meta

jaġixxi taħt is-superviżjoni ta’ inġinier tal-elettriku li

jkollu warrant u li għandu wkoll japprova tali

ċertifikazzjoni

Iżda wkoll tali approvazzjoni ma għandhiex

tkun meħtieġa meta d-detentur tal-Awtorizzazzjoni B li

jiċċertifika l-installazzjoni jkun ukoll inġinier tal-elettriku

li jkollu warrant skont l-Att dwar l-Inġiniera.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Is-subregolament (1) tar-regolament 6 tar-regolamenti

prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej

(a) il-kliem "ir-Regolamenti fuq il-Provvista tal-

Elettriku" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "ir-Regolamenti

dwar il-Konnessjoni u l-Provvista tal-Elettriku";

(b) il-kliem "L.S. 545.01" għandhom jiġu sostitwiti bil-

kliem "A.L. 282 tal-2024".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Minnufih wara s-subregolament (5) tar-regolament 7 tar- Jemenda r-

regolamenti prinċipali għandu jiġi miżjud is-subregolament ġdid li ġej: regolament

tar-regolamenti

prinċipali.

"(6) Kwalunkwe persuna li tapplika għall-ħruġ ta’

awtorizzazzjoni skont dan ir-regolament għandha tidher għal

intervista quddiem il-Kumitat tekniku u għandha tiġi

rrakkomandata mill-Kumitat tekniku qabel ma ssir eliġibbli li

tinħarġilha l-awtorizzazzjoni li għaliha tkun saret l-

applikazzjoni. Fil-każ li l-applikant ma jkunx rakkomandat mill-

Kumitat tekniku wara l-imsemmija intervista, l-applikant jista’

jerġa’ japplika mill-ġdid sabiex joqgħod għal intervista oħra

wara li jgħaddu sitt (6) xhur mid-data tal-aħħar intervista.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Ir-regolament 8 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Jemenda r-

regolament 8

emendat kif ġej

tar-regolamenti

prinċipali.

(a) is-subregolament (3) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-

subregolament ġdid li ġej

"(3) Jekk kwalunkwe dritt ta’ awtorizzazzjoni

pagabbli skont is-subregolament (2) ma jitħallasx fi żmien

tletin (30) jum, għandu jkun dovut ukoll lir-Regolatur dritt

addizzjonali ta’ tnax-il euro (€12) bħala dritt ta’ ħlas tardiv

flimkien mad-dritt dovut.";

(b)

is-subregolament (4) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-

subregolament ġdid li ġej

"(4) Jekk id-dritt għall-awtorizzazzjoni jibqa’ ma

jitħallasx u ma tiġi sottomessa l-ebda dokumentazzjoni

meħtieġa għat-tiġdid, ir-Regolatur għandu jinforma,

permezz tal-posta reġistrata, lill-provditur awtorizzat

dwar l-imsemmi nuqqas ta’ ħlas tad-dritt u, jew sabiex

jipprovdi d-dokumenti meħtieġa. L-awtorizzazzjoni

għandha tiġi rrevokata jekk id-dritt tal-awtorizzazzjoni

jibqa’ ma jitħallasx u, jew id-dokumenti meħtieġa ma

jiġux sottomessi wara tletin (30) jum mid-data li fiha l-

komunikazzjoni tkun intbagħtet bil-posta reġistrata.

Kwalunkwe persuna li jkollha l-awtorizzazzjoni revokata

u trid li tinħareġ mill-ġdid b’awtorizzazzjoni għandha

tkun meħtieġa li tissottometti applikazzjoni għal dan il-

għan u li tkun rakkomandata wara intervista quddiem il-

Kumitat tekniku. Filwaqt li jikkunsidra kwalunkwe tali

applikazzjoni, ir-Regolatur jista’ jieħu kont tan-nuqqas

preċedenti tal-applikant li jħallas id-dritt tal-

awtorizzazzjoni u, jew li jissottometti d-dokumenti ta’

tiġdid meħtieġa u ta’ kwalunkwe spjegazzjoni dwar dak

in-nuqqas li l-applikant jista’ jissottometti lir-Regolatur

Iżda għandu jkun id-dmir tal-provditur

awtorizzat li jpoġġi għad-dispożizzjoni tar-Regolatur id-

dettalji ta’ kuntatt korretti jew li jaċċetta jew li jiġbor il-

posta reġistrata. In-nuqqas li jipprovdi l-imsemmija

dettalji ta’ kuntatt korretti jew li jaċċetta jew li jiġbor il-

posta reġistrata għandu jeżenta lir-Regolatur milli

jikkuntattja lill-imsemmi provditur awtorizzat bil-posta

reġistrata. F’dawn il-każijiet, ir-Regolatur għandu

jippubblika fuq is-sit web tiegħu avviż dirett lill-provditur

awtorizzat minflok ma jagħmel użu mill-posta

reġistrata.";

(ċ)

is-subregolament (5) tiegħu għandu jiġi mħassar; u

(d) is-subregolament (6) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-

subregolament ġdid li ġej

"(6) Ir-Regolatur jista’ jippubblika fuq is-sit web

tiegħu avviż li jkun fih l-ismijiet u d-dettalji tal-provdituri

awtorizzati li l-awtorizzazzjoni tagħhom tkun ġiet

revokata.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Ir-regolament 11 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi

emendat kif ġej

(a)

is-subregolament (1) tiegħu għandu jiġi emendat kif

(i) il-kliem "jissospendi l-awtorizzazzjoni għal

perjodu ta’ żmien għall-kontravenzjonijiet li ġejjin"

għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "jirrevoka l-

awtorizzazzjoni jew jista’ jissospendi l-awtorizzazzjoni

għal perjodu ta’ żmien determinat għal kwalunkwe mill-

ksur segwenti:";

(ii) il-paragrafu (d) tiegħu għandu jiġi sostitwit bil-

paragrafu ġdid li ġej

"(d) nuqqas ta’ rettifika ta’ kwalunkwe nuqqas

ta’ konformità ta’ installazzjoni elettrika jew tagħmir

elettriku wara li tkun ingħatat twissija bil-miktub

maħruġa mir-Regolatur, jew minn kwalunkwe

awtorità oħra jew minn operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni;"; u

(iii) il-paragrafu (e) tiegħu għandu jiġi sostitwit bil-

paragrafu ġdid li ġej

"(e) nuqqas ta’ ħlas ta’ kwalunkwe dritt dovut

skont dawn ir-regolamenti;";

(iv) minnufih wara l-paragrafu (e), kif sostitwit,

għandu jiġi miżjud il-paragrafu ġdid li ġej

"(f) nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe

direzzjoni maħruġa mir-Regolatur."; u

(b) minnufih wara s-subregolament (2) tiegħu għandu

jiġi miżjud is-subregolament ġdid li ġej

"(3) Persuna li l-awtorizzazzjoni tagħha tkun ġiet

revokata għandha tkun meħtieġa li tapplika mill-ġdid

għall-awtorizzazzjoni u tersaq għal intervista sabiex tkun

rakkomandata mill-Kumitat tekniku sabiex tinħarġilha

mill-ġdid awtorizzazzjoni

Iżda applikazzjoni mill-ġdid għall-ħruġ ta’

awtorizzazzjoni wara revoka skont dan ir-regolament

tista’ ssir biss wara li jgħaddu sitt (6) xhur mid-data tar-

revoka tal-awtorizzazzjoni mir-Regolatur.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Ir-regolament 13 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Jemenda r-

regolament 13

emendat kif ġej

tar-regolamenti

prinċipali.

(a) fil-paragrafu (a) tas-subregolament (1) tiegħu, il-

kliem "fir-Regolamenti tal-I.E.E. - BS 7671 l-aħħar edizzjoni;"

għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "fl-IET Wiring Regulations;";

u

(b) is-subregolament (2) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-

subregolament ġdid li ġej

"(2) Kemm-il

darba

r-regolamenti

ma

jispeċifikawx xort’oħra, l-installazzjonijiet elettriċi

għandhom jikkonformaw mal-IET Wiring Regulations, u

ma’ prinċipji ġeneralment aċċettati ta’ disinn tajjeb u

prattiki sikuri

Iżda l-installazzjoni ta’ Surge Protection

Devices (SPDs) ma għandhiex tkun obbligatorja.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Ir-regolament 15 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi

sostitwit bir-regolament ġdid li ġej

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Id-disinn ta’ installazzjoni elettrika gradata

"Installazzjoni

għal

Amps kull phase jew aktar u l-approvazzjoni

gradata għal

300 Amps għal

kull phase jew finali

taċ-ċertifikazzjoni mat-tlestija tal-imsemmija

installazzjoni elettrika għandhom jitwettqu minn inġinier

tal-elettriku li jkollu warrant.".

10. Ir-regolament 20 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi

emendat kif ġej

(a) fil-verżjoni bl-Ingliż biss, il-kliem "should be graded"

għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "shall be graded";

(b) is-subregolament (4) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-

subregolament ġdid li ġej

"(4) Apparat protettiv għall-overvoltage sabiex isib u

jipproteġi kontra overvoltage sostnut għandu jiġi installat

minnufih wara l-main switch fuse jew circuit breaker

Iżda fil-każ ta’ faċilità għal bosta konsumaturi

għandu jkun aċċettabbli li jiġi installat apparat protettiv għall-

overvoltage fil-punt tat-teħid tal-provvista fil-fond tal-

konsumatur

Iżda wkoll kwalunkwe circuits li jiġu fornuti

upstream mill-apparat protettiv għall-overvoltage għandhom

jiġu protetti wkoll mill-apparat protettiv għall-overvoltage.";

(ċ)

is-subregolament (5) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-

subregolament ġdid li ġej

"(5) Għandhom jiġu installati apparat wieħed (1)

jew aktar tar-residual current tat-tip xieraq, għall-

protezzjoni

separata

tas-sub-circuits

individwali,

b’kunsiderazzjoni

għall-preżenza

ta’

kwalunkwe

komponenti ta’ leakage ta’ kurrent dirett u għall-kobor

tagħhom b’mezzi għal spezzjoni perjodika u bi tripping

current ta’ 30mA mal-earth, minnufih wara l-apparat

protettiv għall-overvoltage

Iżda fil-każ ta’ faċilità għal bosta konsumaturi

għandu jkun aċċettabbli li jiġi installat apparat tar-residual

current tat-tip xieraq, b’kunsiderazzjoni għall-preżenza ta’

kwalunkwe komponenti ta’ leakage ta’ kurrent dirett u

għall-kobor tagħhom, bi tripping current ta’ mhux aktar

minn 100mA, jew bi tripping current ta’ 30mA b’time

discrimination, ħdejn il-metering point, segwit minn

apparat jew aktar tar-residual current protection tat-tip

xieraq, b’kunsiderazzjoni għall-preżenza ta’ kwalunkwe

komponenti ta’ leakage ta’ kurrent dirett u għall-kobor

tagħhom li jipproteġu s-sub-circuits individwali

separatament bi tripping current ta’ 30mA fil-punt tad-dħul

tal-provvista fil-fond tal-klijent jew circuits paralleli

fornuti mill-istess meter tal-klijent

Iżda wkoll fejn fil-fehma tal-provditur

awtorizzat l-interruzzjoni mhux intenzjonata tal-provvista

tagħti lok għal riskji akbar, bħat-tneħħija tal-enerġija ta’

tagħmir ta’ appoġġ għall-ħajja u ta’ emerġenza, tali

provditur awtorizzat jista’ jagħmel arranġamenti

alternattivi għas-sub-circuits li jfornu tali tagħmir

Iżda wkoll fil-każ ta’ loads speċifiċi għal

circuit b’kurrenti għolja ta’ earth leakage, bħal fil-każ ta’

circuits li jfornu tagħmir elettroniku, li jistgħu jikkawżaw

interruzzjonijiet mhux intenzjonati tal-provvista, jista’

jintuża apparat ta’ residual current protection tat-tip

xieraq, b’kunsiderazzjoni għall-preżenza ta’ kwalunkwe

komponenti ta’ leakage ta’ kurrent dirett u għall-kobor

tagħhom u jekk ikun meħtieġ bi tripping current ogħla

minn 30mA, kif rakkomandat mill-manifattur, li

madankollu ma għandux jeċċedi t-300mA, jistgħu

jintużaw fil-punt tad-dħul tal-provvista wara l-protezzjoni

tal-overvoltage għall-protezzjoni unika ta’ dik il-load

speċifika, bi kwalunkwe sub-circuits paralleli u, jew

downstream oħrajn, inkluż il-partijiet komuni b’mod

partikolari, dawk is-circuits li jfornu loads elettriċi

aċċessibbli għall-utenti li għandhom jiġu protetti

b’apparat ta’ residual current wieħed (1) jew aktar bi

tripping current ta’ 30mA

Iżda wkoll cables li jfornu loads speċifiċi

protetti minn apparat tar-residual current tat-tip xieraq,

b’kunsiderazzjoni għall-preżenza ta’ kwalunkwe

komponenti ta’ leakage ta’ kurrent dirett u l-kobor

tagħhom bi tripping current li jeċċedi t-30mA, għandhom

jitqiegħdu f’conduit protettiv jew f’kanali li jipprovu

protezzjoni mekkanika xierqa. Jista’ wkoll jintuża cable

miksi bil-metall bħala alternattiva għall-arranġament

imsemmi hawn fuq

Iżda wkoll il-provditur awtorizzat għandu

jiżgura li tiġi provduta tabella ta’ twissija xierqa li tindika

li t-tagħmir huwa protett b’apparat tar-residual current bi

tripping current ogħla minn 30mA.";

(d) is-subregolament (6) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-

subregolament ġdid li ġej

"(6) Fil-każ

ta’

installazzjonijiet

elettriċi

f’faċilitajiet għal bosta konsumaturi msemmija fis-

subregolament (5), is-circuit bejn il-fuse tal-main switch

jew circuit breaker u l-fond tal-klijent individwali għandu

jikkonsisti f’main supply cables li jgħaddu f’conduit

protettiv separat u individwali jew f’sistema ta’ kanali

individwali ddedikata għal wajers tal-provvista tal-

elettriku, għall-bini tal-klijent individwali. Jista’ wkoll

jintuża cable miksi bil-metall li jkun separat u indipendenti

bħala alternattiva għall-arranġament imsemmi hawn fuq.";

u

(e) fis-subregolament (7) tiegħu, il-kelma

"non-

hydroscopic" għandha tiġi sostitwita bil-kelma

"non-

hygroscopic".

11. Ir-regolament 21 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Jemenda r-

regolament 21

emendat kif ġej

tar-regolamenti

prinċipali.

(a) is-subregolament (2) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-

subregolament ġdid li ġej

"(2) It-teħid tal-provvista għandu jkun prottett

b’mod adegwat mill-inqas permezz ta’

(a) apparat għall-over current;

(b) earth fault protection device."; u

(b) minnufih wara s-subregolament (2) tiegħu għandhom

jiġu miżjuda s-subregolamenti ġodda li ġejjin

"(3) Fuses u apparati ta’ circuit breaker għandhom

jiġu gradati sabiex jipprovdu over current discrimination

bil-fuses provduti mis-servizz tal-provvista tal-elettriku.

(4) Il-main switch fuse jew circuit breaker għandu

jkun marbut mekkanikament sabiex jikkaġuna

skonnessjoni simultanja tal-kondutturi kollha li huma live

phase u newtrali.

(5) Apparat jew apparati protettivi għall-

overvoltage sabiex isibu u jipproteġu kontra overvoltage

sostnut jistgħu jiġu installati mad-downstream

subcircuits.

(6) Għandhom jiġu installati apparat jew apparati

ta’ residual current tat-tip xieraq, b’kunsiderazzjoni għall-

preżenza ta’ kwalunkwe komponenti ta’ leakage ta’

kurrent dirett u l-kobor tagħhom, bi tripping current ta’

30mA, fuq downstream subcircuits li jfornu loads elettriċi

aċċessibbli għall-utenti

Iżda fejn fil-fehma tal-provditur awtorizzat l-

interruzzjoni mhux intenzjonata tal-provvista twassal għal

riskji akbar, bħat-tneħħija tal-enerġija ta’ tagħmir ta’

appoġġ għall-ħajja u ta’ emerġenza, tali provditur

awtorizzat jista’ jagħmel arranġamenti alternattivi għas-

sub-circuits li jfornu tali tagħmir

Iżda wkoll fil-każ ta’ loads speċifiċi għall-

circuits b’kurrenti għolja ta’ earth leakage, bħal fil-każ ta’

circuits li jfornu tagħmir elettroniku, li jistgħu jikkawżaw

interruzzjonijiet mhux intenzjonati tal-provvista, jista’

jintuża apparat ta’ residual current protection tat-tip

xieraq, b’kunsiderazzjoni għall-preżenza ta’ kwalunkwe

komponenti ta’ leakage ta’ kurrent dirett u għall-kobor

tagħhom u jekk xieraq bi tripping current ogħla minn

30mA, kif rakkomandat mill-manifattur, jista’ jintuża għall-

protezzjoni unika ta’ dik il-load speċifika

Iżda wkoll cables li jfornu loads speċifiċi

protetti minn apparat tar-residual current tat-tip xieraq,

b’kunsiderazzjoni

għall-preżenza

ta’

kwalunkwe

komponenti ta’ leakage ta’ kurrent dirett u għall-kobor

tagħhom bi tripping current li jeċċedi t-30mA, għandhom

jitqiegħdu f’conduit protettiv jew f’kanali li jipprovdu

protezzjoni mekkanika xierqa. Jista’ wkoll jintuża cable

miksi bil-metall bħala alternattiva għall-arranġament

imsemmi hawn fuq

Iżda wkoll il-provditur awtorizzat għandu

jiżgura li tiġi provduta tabella ta’ twissija xierqa li tindika li

t-tagħmir huwa protett b’apparat tar-residual current bi

tripping current ogħla minn 30mA.".

12. Il-paragrafu (a) tar-regolament 22 tar-regolamenti

prinċipali għandu jiġi sostitwit bil-paragrafu ġdid li ġej

"(a) jipprovdi konnessjoni indipendenti għall-earth minn

ġo earth electrode waħda (1) jew aktar kif meqjus adatt,

installata u ttestjata adegwatament, konnessa b’mod sod permezz

ta’ cable konduttur tar-ram insulat u protett mekkanikament, li

jkollu cross-sectional area adegwata, mal-main earthing

terminal li miegħu għandu jkun imqabbad il-konduttur protettiv

tal-installazzjoni elettrika;".

13. Minnufih wara r-regolament 22 tar-regolamenti prinċipali

għandu jiġi miżjud ir-regolament ġdid li ġej

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

Fejn l-estensjoni tal-installazzjoni elettrika

minn unità ta’ bini tkun estiża barra mill-konfini ta’ unità

ta’ bini u fejn dan huwa permess skont ir-Regolamenti

dwar il-Konnessjoni u l-Provvista tal-Elettriku, il-

provditur awtorizzat għandu jiżgura li

2024. (a) fejn

l-estensjoni

tal-installazzjoni

elettrika minn unità ta’ bini tintuża sabiex tforni

garaxx privat, għandu jiġi pprovdut mezz

mekkaniku manwali ta’ iżolament tal-phases kollha

u l-wajer newtrali għandu jiġi provdut f’pożizzjoni

aċċessibbli u minnufih wara d-daħla tal-garaxx. Il-

wiring tal-estensjoni li jwassal għall-garaxx għandu

jgħaddi biss miż-żoni komuni;

(b) fejn

l-estensjoni

tal-installazzjoni

elettrika tkun estiża barra mill-konfini tal-unità ta’

bini sabiex tforni faċilitajiet jew tagħmir ta’ barra,

għandu jiġi installat mezz mekkaniku manwali ta’

iżolament tal-phases kollha u għandu jiġi installat

wajer newtrali fuq il-ħajt ta’ barra tal-unità ta’ bini

fil-viċinanza immedjata taż-żona jew tat-tagħmir

fejn jingħata s-servizz. Il-mezz ta’ iżolament ma

għandux ikun tat-tip imħaddem elettrikament mill-

bogħod

Iżda l-wajers tal-estensjoni għandhom

(i) jiġu fornuti permezz ta’ circuit

iddedikat ipprovdut bil-protezzjoni meħtieġa;

(ii) ikunu pprovduti bil-protezzjoni

mekkanika xierqa;

(iii) bl-ebda mod ma jkunu ta’ xkiel; u

(iv) ikunu indikati b’mod ċar u

dokumentati jekk midfuna

Iżda wkoll l-earthing system ta’ kwalunkwe

struttura konduttiva jew għamara tat-triq li tinsab f’żewġ

metri (2) miż-żona jew tagħmir li qiegħed jiġi fornut mill-

bini għandha tkun marbuta mal-earthing system tal-

imsemmi bini. L-ittestjar tal-irbit tal-earthing system

għandu jkun parti mill-ittestjar ta’ rutina tal-installazzjoni

elettrika tal-bini, inkluża l-estensjoni;

(ċ) fejn

l-estensjoni

tal-installazzjoni

elettrika minn unità ta’ bini li tifforma parti minn

blokka ta’ bini hija estiża sabiex tqabbad tagħmir

elettriku fuq is-saqaf tal-istess blokka ta’ bini li fiha

l-unità ta’ bini tinsab fiżikament iżda mhux

internament u fiżikament interkonnessa mas-saqaf

(i) l-imsemmija estensjoni għandha

tkun fornuta permezz ta’ circuit iddedikat

ipprovdut bil-protezzjoni meħtieġa;

(ii) l-imsemmija estensjoni għandha

tkun fornuta b’mezz mekkaniku manwali ta’

iżolament tal-phases kollha u wajer newtrali

pprovdut fiż-żona komuni li jwassal għas-saqaf

u li jinsab ħdejn il-meters tas-servizz elettriku

li jfornu l-unitajiet fil-blokka. Il-mezz ta’

iżolament ma għandux ikun tat-tip imħaddem

elettrikament mill-bogħod;

(iii) l-earthing system tal-unità ta’ bini li

mhix fiżikament interkonnessa maż-żona

komuni tal-blokka ta’ bini għandha tkun

konnessa mal-earthing system tal-blokka. L-

ittestjar tal-irbit tal-earthing system għandu

jkun parti mill-ittestjar ta’ rutina tal-

installazzjonijiet elettriċi li jinsabu fiżikament

fil-blokka; u

(iv) il-mezz ta’ iżolament għandu jkun

immarkat u dokumentat kif xieraq sabiex

jindika s-sorsi tal-provvista u l-post tat-tagħmir

elettriku li qiegħed jingħatha service. L-irbit

tal-earthing system għandu jkun immarkat u

dokumentat kif xieraq.".

14. Ir-regolament 23 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi

sostitwit bir-regolament ġdid li ġej

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 283 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,336– 29.10.2024 — dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi

(1) Il-provditur awtorizzat għandu jiżgura li

motor loads. l-motor loads ’il fuq minn 1.5kW ikunu konformi mar-

Regolamenti dwar il-Konnessjoni u l-Provvista tal-

Elettriku.

2024. (2) Apparat li jinibixxi l-istartjar mill-ġdid

awtomatiku tal-muturi għandu jiġi pprovdut kull fejn fl-

opinjoni tal-provditur awtorizzat l-imsemmi startjar mill-

ġdid jista’ jikkawża periklu jew ħsara lit-tagħmir.

(3) It-tagħmir b’muturi three phase għandu jkun

ipprovdut b’phase failure protection u b’incorrect phase

sequence protection fejn fl-opinjoni tal-provditur

awtorizzat incorrect phase sequence tista’ tikkawża

periklu jew ħsara lit-tagħmir.".

15. Minnufih wara s-subregolament (4) tar-regolament 24 tar- Jemenda r-

regolamenti prinċipali għandu jiġi miżjud is-subregolament ġdid li ġej: regolament

tar-regolamenti

prinċipali.

"(5) Jekk jirriżulta mill-ispezzjoni u, jew mill-ittestjar tal-

installazzjoni elettrika, kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’

dawn ir-regolamenti jew nuqqas professjonali, l-ispejjeż

imġarrba mir-Regolatur għat-twettiq tal-ispezzjoni u, jew tal-

ittestjar għandhom jitħallsu mill-provditur awtorizzat jew mill-

inġinier li jkollu warrant, skont il-każ, li għandhom ikunu dovuti

bħala dejn ċivili lir-Regolatur.".

16. Ir-regolament 26 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Jemenda r-

regolament 26

emendat kif ġej

tar-regolamenti

prinċipali.

(a) is-subregolament (1) tiegħu għandu jiġi sostitwit bis-

subregolament ġdid li ġej

"(1) Ir-Regolatur għandu jżomm reġistru tal-

awtorizzazzjonijiet, li għandu jiġireż pubbliku parzjament

jew fl-intier tiegħu u li għandu jinkludi rekords tal-

awtorizzazzjonijiet kollha mogħtija skont dawn ir-

regolamenti."; u

(b) il-paragrafu (a) tas-subregolament (2) tiegħu għandu

jiġi sostitwit bil-paragrafu ġdid li ġej

"(a) l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-

identità jew in-numru tad-dokument tal-identità jew in-

numru tal-passaport tal-provditur awtorizzat;".

17. Fl-Ewwel Skeda li tinsab mar-regolamenti prinċipali, il- Jemenda l-

kliem "Fil-każ tal-Awtorizzazzjoni B, it-testimonjanza trid tiġi Ewwel

tinsab mar-

ffirmata minn persuna li jkollha tal-anqas l-Awtorizzazzjoni B, jew regolamenti

prinċipali.

minn inġinier tal-elettriku li jkollu warrant" għandhom jiġu sostitwiti

bil-kliem "Fil-każ ta’ Awtorizzazzjoni B, it-testimonjanzi dwar l-

esperjenzi għandhom jiġu approvati jew minn detentur ta’

Awtorizzazzjoni B jew minn inġinier tal-elettriku li jkollu warrant

Iżda l-inġiniera tal-elettriku li jkollhom warrant li

japplikaw għal Awtorizzazzjoni B b’mill-inqas ħmistax (15)-il sena

esperjenza f’xogħlijiet ta’ installazzjoni elettrika lokali jistgħu

jipprovdu awtodikjarazzjoni minflok dawn it-testimonjanzi.".

18. It-Tieni Skeda li tinsab mar-regolamenti prinċipali għandha

tiġi emendata kif ġej

(a) il-kelma "I.E.E", kull fejn tokkorri, għandha tiġi

sostitwita bil-kliem "IET Wiring Regulations"; u

(b) il-partita (d) tagħha għandha tiġi sostitwita bil-partita

ġdida li ġejja

"(d) Kif jista’ jkun xort’oħra meħtieġ mir-

Regolamenti dwar il-Konnessjoni u l-Provvista tal-

2024. Elettriku u l-kodiċi tan-network fir-rigward tar-

rekwiżiti magħmula fuq installazzjonijiet elettriċi

qabel il-konnessjoni tagħhom man-network tal-

operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni kif emendat u

approvat mir-Regolatur minn żmien għal żmien".

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →