dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Emenda Nru 2)
Statutory Text (4 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,314, 13 ta’ Settembru, 2024
A.L. 228 tal-2024
ATT DWAR TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD
(KAP. 406)
Regolamenti tal-2024 li jemendaw il-Ħames Skeda li tinsab mal-Att
dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Emenda Nru 2)
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 75 tal-Att dwar
Taxxa fuq il-Valur Miżjud, il-Ministru responsabbli għall-finanzi,
għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin:-
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal- Titolu u għan.
2024 li jemendaw il-Ħames Skeda li tinsab mal-Att dwar Taxxa fuq il-
Valur Miżjud (Emenda Nru 2) u dawn ir-regolamenti għandhom
jinqraw u jinftiehmu bħala ħaġa waħda mal-Ħames Skeda tal-Att dwar Kap. 406.
it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, hawn aktar ’il quddiem imsejħa l-
"Ħames Skeda".
(2) L-għan ta’ dawn ir-regolamenti huwa li jiddefinixxu l-
professjonijiet ta’ psikoterapija u konsulenza bħala professjonijiet
mediċi, skont ir-rekwiżit għall-Istati Membri li jiddefinixxu
professjonijiet mediċi u paramediċi skont l-Artikolu 132(1)(ċ) tad-
Direttiva tal-Kunsill 2006/112/EC tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-
sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għall-fini tal-
applikazzjoni tal-eżenzjoni li tinsab fl-imsemmi Artikolu, kif ukoll
sabiex jitwettqu aġġustamenti rilevanti oħra meħtieġa għall-
interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu fil-
partita 11 tat-Taqsima Tnejn tal-Ħames Skeda, kif ukoll emendi
meħtieġa sabiex jirriflettu aħjar id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-
Kunsill imsemmija qabel fir-rigward ta’ eżenzjonijiet relatati mal-kura
tas-saħħa.
Il-partita 11 tat-Taqsima Tnejn tal-Ħames Skeda għandha Jemenda l-
Ħames Skeda.
tiġi emendata kif ġej
(a) is-subpartita (1) tagħha għandha tiġi sostitwita bis-
subpartita ġdida li ġejja
"Saħħa u welfare
(1) Il-provvista ta’ kura medika minn persuna
fl-eżerċizzju ta’ kwalunkwe professjoni regolata bl-Att
dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kap. 464), bl-Att dwar il-
Professjoni tal-Psikoloġija (Kap. 471), bl-Att dwar il-
Professjoni tal-Counselling (Kap. 538), bl-Att dwar il-
Professjoni tal-Psikoterapija (Kap. 587), jew b’kwalunkwe
Att li jista’ jissostitwihom.";
(b) is-subpartita (2) tagħha għandha tiġi sostitwita bis-
subpartita ġdida li ġejja
"(2) Il-provvista ta’ kura fi sptar u kura medika
mwettqa minn kwalunkwe sptar jew istituzzjoni tal-gvern,
jew minn kwalunkwe sptar, istituzzjoni, jew ċentru ieħor
għal trattament jew dijanjożi medika approvata mill-
Ministru għall-finijiet ta’ din is-subpartita.";
(ċ) is-subpartita (3) tagħha għandha tiġi sostitwita bis-
subpartita ġdida li ġejja
"(3) Il-provvista ta’ servizzi minn tekniċi dentali fil-
kapaċità professjonali tagħhom u l-provvista ta’ protesi
dentali minn dentisti u tekniċi dentali.";
(d) is-subpartita (6) tagħha għandha tiġi sostitwita bis-
subpartita ġdida li ġejja
"(6) Il-provvista ta’ organi umani, demm uman u
ħalib uman.";
(e) minnufih wara s-subpartita (6) tagħha, kif emendata,
għandha tiġi miżjuda s-subpartita ġdida li ġejja
"(7) Il-provvista ta’ oġġetti u servizzi mill-istess
sptar, istituzzjoni, ċentru jew dar, skont il-każ, li jipprovdu
s-servizzi msemmija fis-subpartiti (2) u (4), u li huma
konnessi ma’, u essenzjali għall-provvista ta’ dawk is-
servizzi, iżda fejn din l-eżenzjoni x’aktarx li ma tkunx se
tikkaġuna distorsjoni tal-kompetizzjoni.".