Legislator Case Law & Legislation
ln_2024_227 MT

Reġistrazzjoni ta’ Persuni Sportivi

4 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Statutory Text (4 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 227 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,314 – 13.09.2024 — Reġistrazzjoni ta’ Persuni Sportivi

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,314, 13 ta’ Settembru, 2024

A.L. 227 tal-2024

ATT DWAR IL-GOVERNANZA SPORTIVA

U L-INTEGRITÀ FL-ISPORT

(KAP. 626)

Regolamenti tal-2024 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-

Reġistrazzjoni ta’ Persuni Sportivi

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 73 tal-Att dwar il-

Governanza Sportiva u l-Integrità fl-Isport, il-Ministru responsabbli

għall-isport, waqt li jaġixxi fuq il-parir tal-Awtorità għall-Integrità fl-

Isport Malti, għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin:-

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 227 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,314 – 13.09.2024 — Reġistrazzjoni ta’ Persuni Sportivi

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal-2024 Titolu.

li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Persuni Sportivi

u dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw u jinftiehmu ħaġa waħda L.S. 626.01.

mar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Persuni Sportivi, hawn

aktar ’il quddiem imsejħa r-"regolamenti prinċipali".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 227 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,314 – 13.09.2024 — Reġistrazzjoni ta’ Persuni Sportivi

Fis-subregolament (3) tar-regolament 4 tar-regolamenti Jemenda r-

prinċipali, il-kliem "mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023." regolament

tar-regolamenti

għandu jiġi sostitwit bil-kliem "mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru prinċipali.

2024.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 227 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,314 – 13.09.2024 — Reġistrazzjoni ta’ Persuni Sportivi

Is-subregolament (1) tar-regolament 7 tar-regolamenti Jemenda r-

regolament 7

prinċipali għandu jiġi sostitwit bis-subregolament ġdid li ġej

tar-regolamenti

prinċipali.

"(1) Ladarba persuna tissottometti reġistrazzjoni ġdida

skont ir-regolament 4(2) jew applikazzjoni mal-Awtorità skont

ir-regolament 4(3), u tali reġistrazzjoni titwettaq mill-Awtorità,

il-persuna reġistrata għandha minn hemm ’il quddiem fit-tmiem

ta’ kull sena finanzjarja, tissottometti lir-Reġistratur tal-Awtorità

sa mhux aktar tard minn disgħin (90) jum mit-tmiem tas-sena

finanzjarja, kopja tar-rapport finanzjarju għas-sena preċedenti,

rapport tal-awditur skont is-subregolament (2), rapport

amministrattiv u l-minuti tal-Laqgħa Ġenerali Annwali ffirmati

mis-Segretarju u fin-nuqqas tiegħu, mill-uffiċjal li jkollu r-

rappreżentanza legali tal-persuna rreġistrata.".

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →