Prosekuzzjoni ta’ Reati (Dispożizzjonijiet Tranżitorji)
Statutory Text (3 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,299, 9 ta’ Awwissu, 2024
A.L. 192 tal-2024
ORDINANZA DWAR L-AVUKAT ĠENERALI
(KAP. 90)
ATT DWAR L-AVUKAT TAL-ISTAT
(KAP. 603)
Regolamenti tal-2024 li jemendaw ir-Regolamenti dwar
Prosekuzzjoni ta’ Reati (Dispożizzjonijiet Tranżitorji)
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 3(ċ) tal-Ordinanza
dwar l-Avukat Ġenerali u bl-artikolu 1 tal-Att dwar l-Avukat tal-Istat,
il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja għamel dawn ir-regolamenti li
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal- Titolu u bidu
2024 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Prosekuzzjoni ta’ Reati fis-seħħ.
(Dispożizzjonijiet Tranżitorji) u dawn ir-regolamenti għandhom
jinqaraw u jinftiehmu ħaġa waħda mar-Regolamenti dwar L.S. 90.01.
Prosekuzzjoni ta’ Reati (Dispożizzjonijiet Tranżitorji) hawn aktar ’il L.S. 603.01.
quddiem imsejħa ir-"regolamenti prinċipali".
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’
Ottubru 2024.
L-Iskeda li tinsab mar-regolamenti prinċipali għandha tiġi Jemenda l-
Iskeda li tinsab
emendata b’dan li ġej
mar-regolamenti
prinċipali.
(a) minnufih wara l-partita 1Ċ tagħha, għandha tiġi
miżjuda din il-partita ġdida li ġejja
"1D. L-Avukat Ġenerali għandu jkollu s-setgħa li
jiddeċiedi jekk għandhiex tinbeda prosekuzzjoni jew le fil-
kategoriji ta’ reati li ġejjin meta l-akkużi għandhom jiġu
ppreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’
ġudikatura kriminali jew fil-Qorti tal-Maġistrati bħala
Qorti ta’ inkjesta kriminali fl-1 ta’ Ottubru 2024 jew wara
(a) reati kontra l-Ordinanza dwar il- Kap. 31.
Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom
x’jaqsmu magħha, fejn l-Avukat Ġenerali ordna li r-
reati jistgħu jitmexxew quddiem il-Qorti Kriminali
jew il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’ ġudikatura
kriminali, sakemm ir-reat ma jaqax taħt il-
ġurisdizzjoni oriġinali tal-Qorti tal-Maġistrati bħala
qorti ta’ ġudikatura kriminali;
(b) reati kontra l-Ordinanza dwar il-Mediċini
Perikolużi meta l-Avukat Ġenerali ordna li r-reati
jistgħu jitmexxew quddiem il-Qorti Kriminali jew il-
Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’ ġudikatura
kriminali, sakemm ir-reat ma jaqax taħt il-
ġurisdizzjoni oriġinali tal-Qorti tal-Maġistrati bħala
qorti ta’ ġudikatura kriminali;
(ċ) reati ta’ money laundering kif ipprovdut
fl-artikolu 3 tal-Att kontra Money Laundering inkluż
fejn dawk ir-reati jitmexxew flimkien ma’ reati
kontra l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi jew l-
Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-
Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha;
(d)
tentattivi ta’ jew konspirazzjoni għall-
għemil jew kompliċità fir-reati pprovduti fil-paragrafi
(a), (b) u (ċ)."; u
(b) minnufih wara s-subpartita (4) tal-partita 3 tagħha
għandha tiġi miżjuda din is-subpartita ġdida li ġejja
"(5) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet
tal-partita 2, il-Pulizija Eżekuttiva ma għandhiex fl-1 ta ’
Ottubru 2024 jew wara tistitwixxi jew tmexxi xi
prosekuzzjoni għar-reati elenkati fil-partita 1D fin-nuqqas
ta’ deċiżjoni ta’ prosekuzzjoni li tkun ittieħdet mill-Avukat
Ġenerali.".