Regolamenti tal-2024 dwar il-Kategorizzazzjoni tal-Bdiewa
Table of Provisions (7)
Statutory Text (7 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,250, 28 ta’ Mejju, 2024 B 733
A.L. 122 tal-2024
ATT DWAR L-AGRIKOLTURA
(KAP. 639)
Regolamenti tal-2024 dwar il-Kategorizzazzjoni tal-Bdiewa
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 7 tal-Att dwar l-
Agrikoltura, il-Ministru responsabbli għall-agrikoltura u affarijiet
rurali, għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin:-
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal- Titolu, għan u
bidu fis-seħħ.
2024 dwar il-Kategorizzazzjoni tal-Bdiewa.
(2) L-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu li joħolqu kategoriji ta’
azjendi agrikoli u jikkategorizzaw lill-bdiewa skont l-attività ekonomika
tagħhom.
(3) Dawn ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ f’dik id-
data jew dati li l-Ministru responsabbli għall-agrikoltura u affarijiet
rurali, jista’ b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi, u jistgħu jiġu hekk
stabbiliti dati differenti għal dispożizzjonijiet u, jew għanijiet
differenti ta’ dawn ir-regolamenti, liema dati ma għandhomx ikunu ta’
anqas minn xahrejn (2) mill-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.
(1) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal- Tifsir.
kliem ma teħtieġx xort’ oħra
"Att" tfisser l-Att dwar l-Agrikoltura;
"azjendi kummerċjali" tfisser azjendi agrikoli ġestiti minn
bidwi bi produzzjoni standard ta’ erbat elef euro (€4000) jew
aktar fis-sena
Iżda azjendi agrikoli bi produzzjoni standard ta’
anqas minn erbat elef euro (€4000) fis-sena ma għandhomx jiġu
kkunsidrati bħala azjendi kummerċjali;
"Bord" tfisser il-Bord ta’ Evalwazzjoni ta’ Azjenda kif
imwaqqaf bir-regolament 5;
"data" tfisser kwalunkwe data relatata mal-aspetti kollha
tal-produzzjoni u l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli inklużi iżda
mhux limitati għall-istruttura tal-azjenda agrikola, il-post, iż-
żamma tal-kotba, l-impjiegi u l-prattiki agrikoli u tal-
ipproċessar;
"dħul annwali" tfisser il-valur miżjud annwali għal kull
taqsima ta’ ħidma annwali ta’ azjenda kummerċjali;
"introjtu annwali derivat" tfisser l-introjtu annwali tal-
azjenda kummerċjali kkalkulat abbażi tad-daqs tal-azjenda
agrikola;
"Ministru"
tfisser
il-Ministru
responsabbli
għall-
agrikoltura;
"Ministeru" tfisser il-Ministeru għall-agrikoltura;
"Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika" tfisser l-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Istatistika kif imwaqqaf skont l-artikolu 9 tal-Att
dwar l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta, jew kwalunkwe korp
jew persuna oħra li tista’, minn żmien għal żmien, taqdi l-
funzjonijiet tagħha;
"produzzjoni standard" tfisser il-valur standard ta’
produzzjoni gross ta’ azjendi kummerċjali kif jista’ jiġi kkalkulat
skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’
Novembru 2009 li jistabbilixxi n-Network tad-Data dwar is-
Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli u, jew ippubblikat mill-
Eurostat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, kif fis-seħħ
minn żmien għal żmien;
(2) Kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’ oħra,
kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti li mhumiex imfissra f’dan
ir-regolament għandu jkollhom l-istess tifsira mogħtija lilhom fl-Att.
(1) Id-Direttur għandu, permezz ta’ avviż tal-Gvern fil-
Gazzetta, jippubblika f’tabelli l-parametri referenzjarji sabiex
jipprovdi għall-kategorizzazzjoni ta’ azjendi kummerċjali għal kull
kategorija ta’ attivitajiet adegwatament definiti u attribwibbli għal
azjendi kummerċjali, u dak l-avviż għandu jipprovdi wkoll parametri
referenzjarji sabiex jiġi stabbilit l-introjtu annwali derivat ta’ azjendi
kummerċjali skont il-produzzjoni standard applikabbli għalihom
Iżda meta jagħmel dan id-Direttur għandu japplika
metodoloġija adegwatament simplifikata sabiex jikkalkula l-introjtu
annwali derivat ta’ azjendi kummerċjali.
(2) L-istudji li jsejjsu d-determinazzjoni msemmija fis-
subregolament (1) għandhom jiġu aġġornati perjodikament fid-
diskrezzjoni tad-Direttur billi jintużaw għodod, strumenti u varjabbli
statistiċi adegwati
Iżda fid-diskrezzjoni tad-Direttur, l-avviż tal-Gvern għandu
jkollu wkoll informazzjoni rilevanti oħra konsistenti mal-metodoloġija
involuta, bħan-numru ta’ unitajiet ta’ bhejjem u ż-żona ta’ art agrikola
utilizzata
Iżda wkoll il-kategorizzazzjoni ta’ azjendi kummerċjali
msemmija f’dan ir-regolament għandha tiġi riveduta mill-inqas kull
ħames (5) snin.
(3) It-tabelli msemmija f’dan ir-regolament għandhom
jikkategorizzaw l-introjtu annwali derivat mill-azjenda agrikola
f’erba’ (4) klassijiet li jinkludu l-azjendi kummerċjali kollha fil-meded
li ġejjin
(a) inqas minn jew daqs il-paga minima skont il-liġijiet
applikabbli;
(b) aktar mill-paga minima u anqas jew daqs il-punt tan-
nofs bejn il-paga minima u l-paga bażika medja għall-impjegati
kif irrappurtat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika;
(ċ) aktar mill-punt tan-nofs bejn il-paga minima u l-paga
bażika medja għall-impjegati kif irrappurtat mill-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Istatistika, u inqas minn jew daqs il-paga bażika
medja għall-impjegati kif irrappurtat mill-Uffiċċju Nazzjonali
tal-Istatistika; u
(d) aktar mill-paga bażika medja għall-impjegati kif
irrappurtat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
(4) Il-kategoriji ta’ attivitajiet għandhom jiddifferenzjaw bejn
l-azjendi
tal-bhejjem
u
tal-uċuħ
tar-raba’,
u
jinkludu
razzjonalizzazzjonijiet sabiex jitqiesu sitwazzjonijiet ta’ azjendi ta’
attivitajiet imħallta, skont avviż ippubblikat mid-Direttur fil-Gazzetta.
(1) Sal-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena d-Direttur għandu Kategorizzazz-
jikkategorizza kull azjenda kummerċjali f’waħda mill-erba’ (4) joni
kummerċjali.
kategoriji ta’ introjtu derivat mir-razzett skont id-data tal-produzzjoni
standard ta’ tali azjenda kummerċjali kif disponibbli għall-Ministeru.
(2) Il-kategorizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq id-data tas-
snin ta’ qabel u għandha tqis iċ-ċikli li fihom il-prodott agrikolu
partikolari jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni tas-suq matul is-sena.
(3) Id-Direttur għandu jikkategorizza l-azjenda kummerċjali
billi jattribwixxi l-kategorizzazzjoni bbażata fuq il-produzzjoni
standard tas-sena ta’ qabel u billi jattribwixxi l-produzzjoni standard
tal-medja tat-tliet (3) snin ta’ qabel is-sena ta’ kategorizzazzjoni.
(4) Bidwi jista’ jitlob rikategorizzazzjoni billi jagħmel
dikjarazzjoni lill-Bord, li tipprova kif xieraq il-produzzjoni standard
tal-azjenda agrikola, permezz tas-sottomissjoni ta’ talba lill-Bord bid-
dokumentazzjoni ta’ sostenn li hija kollha meħtieġa, kif ġej
(a) id-dokumentazzjoni kollha pprovduta lill-awtoritajiet
fiskali fir-rigward tal-attivitajiet agrikoli tal-azjenda agrikola;
(b) pjanti tas-sit tal-biċċiet ta’ art li jkunu qed jiġu
kkultivati mill-azjenda agrikola;
(ċ) prova li l-azjenda agrikola qed tiġi ġestita mill-bidwi
li qed jitlob ir-rikategorizzazzjoni;
(d) pjanijiet tal-uċuħ tar-raba’ mill-azjenda agrikola u
kwalunkwe ftehim relatat mal-azjenda agrikola; u
(e) kwalunkwe dokumentazzjoni oħra li tista’ tintalab
mill-Bord, minn żmien għal żmien
Iżda azjendi li l-informazzjoni tagħhom il-bidwi ma
jkunx għamel disponibbli għall-Ministeru ma għandhomx jiġu
kkunsidrati
Iżda wkoll bdiewa li jagħżlu li jitolbu għar-
rikategorizzazzjoni għandhom jipprovdu s-sottomissjonijiet
kollha tagħhom sa mhux aktar tard minn Ġunju tal-istess sena.
(1) Il-Ministru għandu jaħtar Bord li għandu jkun
responsabbli sabiex jevalwa t-talba magħmula skont ir-regolament
(2)
Il-Bord għandu jkun magħmul minn
(a) President, li għandu jkun uffiċjal pubbliku li jkollu
grad sostantiv ta’ skala ħamsa (5) jew ogħla fi ħdan is-servizz
pubbliku u li jservi fi ħdan il-Ministeru;
(b) espert agronomiku li jkun uffiċjal pubbliku fi ħdan il-
Ministeru; u
(ċ) uffiċjal tal-ekonomija li jkun uffiċjal pubbliku fi ħdan
il-Ministeru.
(3) Uffiċjal tad-Direttorat għandu wkoll jinħatar mid-Direttur
sabiex jaġixxi ta’ segretarju tal-Bord.
(4)
Il-Bord għandu joħroġ id-deċiżjonijiet tiegħu lill-bdiewa
bil-miktub sa mhux aktar tard minn disgħin (90) jum minn meta l-
bdiewa li jitolbu għar-rikategorizzazzjoni jipprovdu s-sottomissjonijiet
tagħhom, iżda jekk l-aħħar jum ta’ dak it-terminu ma jkunx jum ta’
xogħol id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata lill-bdiewa mhux aktar
tard mill-jum ta’ xogħol sussegwenti
Iżda d-deċiżjoni tad-Direttur għandha inter alia tinkludi l-
kategorizzazzjoni attribwita lill-azjenda kummerċjali.
Bidwi jista’ jikkontesta deċiżjoni skont ir-regolament 5(4) Kontestazzjoni
billi jippreżenta rikors quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni quddiem
Tribunal ta’
Amministrattiva imwaqqaf skont l-artikolu 5(1) tal-Att dwar il- Reviżjoni
Amministrattiva.
Ġustizzja Amministrattiva fi żmien tletin (30) jum mid-data tan- Kap. 490.
notifika lill-bidwi bid-deċiżjoni tal-Bord.