P.G. Dip. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni
Table of Provisions (7)
Statutory Text (7 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,250, 28 ta’ Mejju, 2024
Taqsima B
A.L. 121 tal-2024
ATT DWAR L-EDUKAZZJONI
(KAP. 327)
L-Ordinamenti tal-2024 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021
għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad
għall-Postgraduate Diploma in Real Estate Valuations and Investments –
P.G. Dip. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikoli 74(5) u 75(6) tal-Att dwar
l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier tal-Università ta’ Malta ppromulga dawn
l-ordinamenti magħmulin mill-Bord tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni bis-saħħa tas-
setgħat mogħtija lilu skont l-artikolu 81(1)(ċ) ta’ dak l-Att u li ġew approvati mis-
Senat tal-Università ta’ Malta kif jirrikjedi l-artikolu 81(2) ta’ dak l-Att
It-Titlu u l-Interpretazzjoni
(1) Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala l-Ordinamenti tal-2024
skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara
l-Ewwel Grad għall-Postgraduate Diploma in Real Estate Valuations and Investments
– P.G. Dip. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
mod ieħor –
“il-Bord” tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni;
“il-Fakultà” tfisser il-Fakultà tal-Ambjent Mibni;
“il-Kors” tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-Postgraduate Diploma
in Real Estate Valuations and Investments – P.G. Dip.;
“il-Postgraduate Certificate” tfisser il-Postgraduate Certificate in Real Estate
Valuations and Investments – P.G. Cert.;
“il-Postgraduate Diploma” tfisser il-Postgraduate Diploma in Real Estate
Valuations and Investments – P.G. Dip.; u
“ir-Regolamenti Prinċipali” tfisser ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021 għar-
Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad.
L-Applikabilità
Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru
2024 jew wara.
Ir-Rekwiżiti għad-Dħul
Il-Kors ikun miftuħ għall-applikanti li għandhom
(a) grad fil-livell 7 tal-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki Maltin (QNKM)
f’dixxiplina relatata mal-ambjent mibni, l-arkitettura, jew l-inġinerija ċivili/
strutturali; jew
(b) warrant ta’ Perit maħruġ skont l-Att tal-Periti, Kapitlu 622 tal-Liġijiet ta’
Malta; jew
(c) kwalifika meqjusa mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord, bħala
ekwivalenti għall-kwalifika msemmija f’paragrafu (a) ta’ dan l-ordinament.
It-Tul tal-Kors
Il-Kors għandu jinfirex fuq żewġ semestri ta’ studju fuq bażi full-time jew
l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time.
Il-Programm ta’ Studju
(1) Il-programm ta’ studju għandu jkun magħmul minn taqsimiet-studju li
għalihom hemm assenjati total ta’ 60 krettu ECTS.
(2) Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat wara l-approvazzjoni
tas-Senat, normalment mhux anqas minn tmien xhur qabel il-bidu tal-Kors.
(3) L-istudenti li jiksbu t-30 krettu ECTS assenjati għat-taqsimiet-studju
mgħallma b’marka medja ta’ mill-inqas 50% u li ma jkomplux il-Kors, jew jekk
komplew ma jkunux spiċċaw il-Kors b’suċċess, jkunu eliġibbli għall-għoti tal-
Postgraduate Certificate.
(4) L-istudenti jkunu eliġibbli għall-għoti tal-Postgraduate Diploma kemm-
il darba jiksbu s-60 krettu ECTS kif imniżżel fil-programm ta’ studju għall-Kors
b’medja ta’ mill-anqas 50%.
Il-Klassifikazzjoni tar-Rikonoxximenti
(1) Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop tal-klassifikazzjoni tal-
Postgraduate Diploma għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fil-komponenti
kollha tal-programm ta’ studju, bil-kretti kollha jingħataw piż indaqs.
(2) Il-Postgraduate Certificate għandu jingħata mingħajr klassifikazzjoni.