taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni
Table of Provisions (11)
Statutory Text (11 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,250, 28 ta’ Mejju, 2024
Taqsima B
A.L. 120 tal-2024
ATT DWAR L-EDUKAZZJONI
(KAP. 327)
L-Ordinamenti tal-2024 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021
għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad
għall-Grad ta’ Master of Conservation – M.Cons. -
taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikoli 74(5) u 75(6) tal-Att dwar
l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier tal-Università ta’ Malta ppromulga dawn
l-ordinamenti magħmulin mill-Bord tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni bis-saħħa tas-
setgħat mogħtija lilu skont l-artikolu 81(1)(ċ) ta’ dak l-Att u li ġew approvati mis-
Senat tal-Università ta’ Malta kif jirrikjedi l-artikolu 81(2) ta’ dak l-Att
It-Titlu u l-Interpretazzjoni
(1) Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala l-Ordinamenti tal-2024
skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara
l-Ewwel Grad għall-grad ta’ Master of Conservation – M.Cons. - taħt il-patroċinju
tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
mod ieħor –
“il-Bord” tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni;
“il-Grad” tfisser il-grad ta’ Master of Conservation – M.Cons.;
“il-Kors” tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-grad ta’ Master of
Conservation – M.Cons.;
“il-Postgraduate Diploma” tfisser il-Postgraduate Diploma in Heritage Studies
– P.G. Dip.; u
“ir-Regolamenti Prinċipali” tfisser ir-Regolamenti Ġenerali tal-2021 għar-
Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad.
L-Applikabilità
Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru
2024 jew wara.
L-Oqsma ta’ Speċjalizzazzjoni
Suġġett għall-approvazzjoni tas-Senat u għad-disponibbiltà tar-riżorsi,
il-Kors jkun offrut fi kwalunkwe qasam ta’ speċjalizzazzjoni fil-Konservazzjoni li
jaqa’ taħt ir-responsabbilità akkademika tal-Bord. Il-Bord għandu jħabbar l-oqsma
ta’ speċjalizzazzjoni fiż-żmien tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Ir-Rekwiżiti għad-Dħul
(1) Il-Kors ikun miftuħ għall-applikanti li għandhom
(a) grad ta’ Baċellerat fil-Conservation Studies minn din l-Università miksub
mill-anqas fit-Tieni Klassi (bl-Unuri); jew
(b) grad ta’ Baċellerat li jinkludi mhux anqas minn 180 krettu ECTS u miksub
mill-anqas fit-Tieni Klassi (bl-Unuri) jew f’Kategorija II f’dixxiplina relatata mal-
Arkeoloġija, l-Arkitettura, il-Bijoloġija, il-Fine Arts, il-Fiżika, l-Inġinerija, l-Istorja
tal-Arti, il-Kimika jew il-Konservazzjoni u r-Restorazzjoni; jew
(ċ) kwalifiki meqjusa mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord, bħala
komparabbli għall-kwalifika msemmija fil-paragrafu (a) ta’ dan l-ordinament.
(2) L-applikanti li jidħlu fil-Kors skont il-paragrafu (b) u, jekk neċessarju,
(ċ) tal-paragrafu (1) ta’ dan l-ordinament ikunu meħtieġa jtemmu b’suċċess programm
preparatorju li jinkludi 60 krettu ECTS, b’marka medja globali ta’ 65% jew aħjar,
qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom bħala studenti regolari fil-Kors. Qabel ma jiġu
aċċettati fil-programm preparatorju dawn l-applikanti għandhom jiksbu wkoll marka
ta’ mill-anqas 60% f’test/testijiet kif stabbilit mill-Bord. It-test/testijiet għandhom
isiru mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-Kors.
It-Tul tal-Kors
Il-Kors għandu jinfirex fuq erba’ semestri ta’ studju fuq bażi full-time
jew l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time, inkluż żewġ stadji ta’ esperjenza fil-
konservazzjoni li għandhom isiru matul iż-żewġ perijodi tas-sajf.
Il-Programm ta’ Studju
(1) Il-programm ta’ studju għandu jkun magħmul minn t aqsimiet-studju
li għalihom hemm assenjati total ta’ 120 krettu ECTS, li minnhom 80 krettu ECTS
ikunu assenjati għal taqsimiet-studju mgħallma u prattiċi, 10 kretti ECTS ikunu
assenjati għaż-żewġ esperjenzi prattiċi fil-konservazzjoni u 30 krettu ECTS ikunu
assenjati għat-taqsima-studju tad-dissertazzjoni.
(2) L-istudenti li jiksbu minimu ta’ 60 krettu ECTS assenjati għat-taqsimiet-
studju mgħallma u prattiċi b’marka medja ta’ mill-inqas 50% u li ma jkomplux il-
Kors, jew jekk ikomplu ma jtemmux b’suċċess il-Kors, jkunu eliġibbli għall-għoti
tal-Postgraduate Diploma.
(3) Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat wara l-approvazzjoni
tas-Senat, normalment mhux anqas minn tmien xhur qabel il-bidu tal-Kors.
Id-Dissertazzjoni
(1) L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni individwali sa
20,000 kelma skont il-linji gwida maħruġin mill-Bord.
(2) Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni għandu jsir matul it-tielet u r-raba’
semestri tal-Kors. Kull student għandu jkun assenjat superviżur, u ko-superviżur jekk
is-suġġett tar-riċerka jkun jeħieġ dan, li jipprovdu gwida u pariri fuq bażi regolari
waqt il-perijodu ta’ studju.
(3) It-titlu provviżorju tad-dissertazzjoni u l-proposta ta’ riċerka dettaljata
għandhom ikunu mressqa għall-approvazzjoni tal-Bord sal-aħħar tat-tieni semestru
tal-Kors.
(1) L-istudenti huma meħtieġa jkollhom kuntatt regolari mas-superviżur/i
tagħhom, mhux inqas minn darba fix-xahar.
(2) Is-superviżuri għandhom jibgħatu lill-Bord rapporti dwar il-progress
ta’ kull student taħt is-superviżjoni tagħhom fit-tmiem ta’ kull semestru ta’ studji,
kemm jekk l-istudent ikun qiegħed isegwi l-Kors fuq bażi full-time u kemm jekk
part-time. Dawn ir-rapporti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni li jew (a) jittawwal
il-perijodu ta’ studju biex l-istudent ikun jista’ jtemm id-dissertazzjoni; jew (b)
jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-superviżur jidhirlu li dan huwa xieraq fiċ-
ċirkostanzi, sakemm li
(i) l-estensjoni tal-perijodu ta’ studju msemmija f’(a) tkun skont il-
provvedimenti tar-Regolamenti Prinċipali; u
(ii) il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont (b) jekk qabel ma
jkunx ta opportunità lill-istudent sabiex jiddefendi l-każ tiegħu.
Il-Klassifikazzjoni tar-Rikonoxximenti
Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop tal-klassifikazzjoni tal-
Postgraduate Diploma u tal-Grad għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fil-
komponenti kollha tal-programm ta’ studju li jingħataw marka/grad, b’dawn il-kretti
kollha jingħataw piż indaqs.
Il-Provvedimenti Speċjali għall-Korsijiet fuq Bażi Part-Time
(1) Il-Bord jista’, minn żmien għal żmien, joffri lill-istudenti l-opportunità
li jsegwu l-Kors fuq bażi part-time.
(2) Il-provvedimenti tal-ordinamenti preċedenti għandhom japplikaw
mutatis mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi part-time, u suġġett għal dawk it-
tibdiliet li jistgħu raġonevolment jitqiesu mill-Bord bħala neċessarji minħabba
n-natura part-time tal-Kors.