Legislator Case Law & Legislation
ln_2024_107 MT

Jwaqqaf l-Aġenzija Residenza Malta

4 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Statutory Text (4 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 107 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,236– 03.05.2024 — Jwaqqaf l-Aġenzija Residenza Malta

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,236, 3 ta’ Mejju, 2024

A.L. 107 tal-2024

ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA

(KAP. 595)

Ordni tal-2024 li jemenda l-Ordni li

Jwaqqaf l-Aġenzija Residenza Malta

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikoli 26(4)(b) u 39 tal-

Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, il-Prim Ministru għamel dan l-

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 107 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,236– 03.05.2024 — Jwaqqaf l-Aġenzija Residenza Malta

It-titolu ta’ dan l-ordni hu l-Ordni tal-2024 li jemenda l- Titolu.

Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzija Residenza Malta u dan l-ordni għandu

jinqara u jinftiehem ħaġa waħda mal-Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzija L.S. 595.40.

Residenza Malta, hawn aktar ’il quddiem imsejjaħ l-"ordni prinċipali".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 107 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,236– 03.05.2024 — Jwaqqaf l-Aġenzija Residenza Malta

L-artikolu 3 tal-ordni prinċipali għandu jiġi sostitwit b’dan Jissostitwixxi l-

l-artikolu ġdid li ġej

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2024 107 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,236– 03.05.2024 — Jwaqqaf l-Aġenzija Residenza Malta

Għandha tkun imwaqqfa Aġenzija, li tkun

magħrufa bħala l-Aġenzija Residenza Malta, li għandha

twettaq funzjonijiet u dmirijiet ta’ amministrazzjoni

pubblika fil-materji li ġejjin

(a) tamministra

l-proċess

ta’

applikazzjonijiet għall-għoti ta’ residenza skont ir-

Regolamenti dwar il-Programm ta’ Residenza

Permanenti f’Malta u l-proċessi l-oħra kollha

meħtieġa

sabiex

jiġu

implimentati

d-

dispożizzjonijiet tal-istess regolamenti, toħroġ

ċertifikati ta’ residenza b’investiment relatati ma’

applikazzjonijiet minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li

japplikaw sabiex joqogħdu jew jgħixu b’mod

indefinit f’Malta jew f’Għawdex, inkluż l-

implimentazzjoni u l-amministrazzjoni ġenerali tal-

Programm għall-għoti ta’ drittijiet ta’ residenza

permanenti abbażi ta’ investiment, u sabiex tordna

l-waqfien tal-benefiċċji mogħtija minn ċertifikati

ta’ residenza b’investiment;

(b) tamministra

l-proċess

ta’

applikazzjonijiet għall-għoti ta’ drittijiet ta’

residenza temporanja lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi

hekk kif il-Gvern jista’ jistabbilixxi u jordna lill-

Aġenzija sabiex tamministra minn żmien għal

żmien, inkluż il-Permess ta’ Residenza Nomadu

għal persuni li jridu jaħdmu minn Malta għal

perjodu ta’ żmien temporanju u l-Programm ta’

Residenza Startup għal persuni li jinvestu f’Malta

permezz ta’ intrapriża start-up, u tali permessi oħra

għall-għoti ta’ drittijiet ta’ residenza temporanja li

l-Gvern jista’ jistabbilixxi u jordna lill-Aġenzija

sabiex tamministra minn żmien għal żmien, skont

il-kundizzjonijiet ġenerali u l-politika stabbilita

mill-Gvern għall-għoti ta’ tali permessi ta’

residenza, sabiex timplimenta u tamministra l-

imsemmija permessi, u sabiex tordna t-twaqqif tal-

benefiċċji mogħtija mill-istess permessi;

(ċ) twettaq kontrolli ta’ diliġenza dovuta

fuq l-applikanti kollha li jkunu ssottomettew

applikazzjoni għall-għoti ta’ drittijiet ta’ residenza

skont il-Programm jew kwalunkwe permess ta’

residenza ieħor amministrat mill-Aġenzija;

(d) tiżgura li l-applikanti jissodisfaw il-

kundizzjonijiet u r-rekwiżiti kollha imposti mill-

Programm jew skont kwalunkwe permess li jagħti

drittijiet ta’ residenza amministrati mill-Aġenzija;

(e) timplimenta u żżomm proċeduri

operattivi standard interni;

(f) tagħti pariri lill-Ministru dwar il-materji

kollha li jikkonċernaw il-funzjonijiet tal-Aġenzija;

(g) taħdem u tikkollabora mal-Aġenzija

Identità Malta fir-rigward tal-ħruġ ta’ permessi ta’

residenza b’investiment jew permessi ta’ residenza

oħra, u fir-rigward tal-ġbir ta’ data bijometrika;

(h) twettaq jew tamministra kontrolli u

proċessi ta’ diliġenza dovuta għal entitajiet,

aġenziji jew awtoritajiet oħra tal-gvern;

(i) taħdem u tikkollabora mal-awtorità

kompetenti fir-rigward ta’ aġenti debitament

liċenzjati skont ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-

Aġenti; u

(j) il-materji l-oħra kollha li huma anċillari,

inċidentali jew konsegwenzjali għall-materji

stipulati f’dan l-artikolu, kif il-Ministru jista’

jiddetermina minn żmien għal żmien

Iżda meta tali materji msemmija f’dan l-ordni

jikkonsistu fi jew jinkludu l-amministrazzjoni ta’ fondi,

il-Ministru għandu jaġixxi bi qbil tal-Ministru

responsabbli għall-finanzi meta jiddeċiedi fir-rigward

tagħhom.".

3. Minnufih wara s-subartikolu (2) tal-artikolu 12 tal-ordni Jemenda l-

prinċipali għandu jiġi miżjud dan is-subartikolu ġdid li ġej

"(3) L-impjegati tal-Aġenzija għandhom jittrattaw

kwalunkwe informazzjoni miksuba fit-twettiq tad-dmirijiet

tagħhom bħala kunfidenzjali, kemm matul kif ukoll wara t-

tmiem tal-impjieg tagħhom, u jistgħu jkunu meħtieġa jieħdu

ġurament li jikkonferma l-konformità tagħhom mal-imsemmi

obbligu.".

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →