Ordni tal-2023 li jwaqqaf Riżorsi Agrikoli Malta bħala Aġenzija
Table of Provisions (11)
Statutory Text (11 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,162, 7 ta’ Diċembru, 2023
A.L. 284 tal-2023
ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA
(KAP. 595)
Ordni tal-2023 li jwaqqaf Riżorsi Agrikoli Malta bħala Aġenzija
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 26 tal-Att dwar l-
Amministrazzjoni Pubblika, il-Prim Ministru għamel dan l-ordni li
ġej:-
It-titolu ta’ dan l-ordni hu l-Ordni tal-2023 li jwaqqaf Titolu.
Riżorsi Agrikoli Malta bħala Aġenzija.
F’dan l-ordni, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx Tifsir.
xort’oħra
"Aġenzija" tfisser Riżorsi Agrikoli Malta;
"Att" tfisser l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika;
"ftehim" tfisser il-ftehim dwar il-prestazzjoni tal-Aġenzija
kif provdut fl-artikolu 6;
"Ministru"
tfisser
il-Ministru
responsabbli
għall-
agrikoltura;
"Segretarju Permanenti" tfisser is-Segretarju Permanenti
responsabbli għall-agrikoltura.
(1) Għandu jkun hemm Aġenzija, li għandha tkun Twaqqif tal-
magħrufa bħala Riżorsi Agrikoli Malta, li għandha tirregola, Aġenzija.
tamministra u tipprovdi servizzi relatati mar-riżorsi agrikoli.
(2) L-Aġenzija għandha tkun korp ġuridiku b’personalità legali
separata u distinta u tkun kapaċi li tagħmel kuntratti, li timpjega
persunal, li takkwista, iżżomm u tiddisponi minn kull xorta ta’
proprjetà għall-għanijiet tal-operat tagħha, u li tħarrek u li tiġi
mħarrka, li tagħmel dawk l-affarijiet kollha u tidħol fit-tranżazzjonijiet
kollha bħal dawn li huma inċidentali jew li jwasslu għall-eżerċizzju
jew it-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-ordni, u kwalunkwe
funzjoni jew operazzjoni oħra tal-Gvern li jistgħu jingħatawlha taħt
din il-liġi jew xi liġi oħra.
(3) Ir-rappreżentanza legali u ġuridika tal-Aġenzija għandha
tkun vestita fl-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tagħha jew f’dak l-uffiċjal tal-
Aġenzija li l-Ministru responsabbli għaliha jista’ minn żmien għal
żmien jaħtar b’avviż fil-Gazzetta.
(1) Fl-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-Aġenzija
għandu jkollha r-responsabbiltajiet li ġejjin
(a) tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli tas-settur agrikolu
f’Malta permezz ta’ aċċess u protezzjoni tar-riżorsi agrikoli;
(b) timplimenta regolamenti u politiki tal-Gvern dwar ir-
riżorsi agrikoli u tamministra u timmaniġġja b’mod sostenibbli r-
riżorsi u l-assi assenjati lilha;
(ċ) tiżgura governanza responsabbli tal-pussess tal-art
agrikola permezz ta’ sistema effettiva ta’ ġestjoni tal-art
agrikola;
(d) timplimenta proġetti u tamministra skemi relatati
mal-iżvilupp u l-ġestjoni tal-art agrikola u r-riżorsi tal-ilma;
(e) tagħti pariri lill-Ministru u tappoġġja l-politika tal-
Gvern fir-regolamentazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi agrikoli;
(f) taġġorna, tikkoordina u timplimenta l-Pjan għall-
Ġestjoni tal-Iskart Agrikolu prevalenti f’dak iż-żmien u
tirreġistra u timmaniġġja b’mod sostenibbli l-bijoriżorsi agrikoli
b’mod li tappoġġja s-settur agrikolu f’Malta; u
(g) teżerċita kwalunkwe funzjoni li tista’ tiġi assenjata
lilha mill-Ministru responsabbli.
(2)
L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li
(a) tikkollabora ma’ aġenziji oħra, korporazzjonijiet,
awtoritajiet, entitajiet governattivi u mhux governattivi u persuni
oħra għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha;
(b) tidħol f’arranġamenti ma’ korpi pubbliċi, awtoritajiet
pubbliċi, dipartimenti tal-gvern u korporazzjonijiet pubbliċi fit-
twettiq tal-funzjonijiet tagħha;
(ċ)
timmaniġġja l-finanzi tagħha stess;
(d)
tistabbilixxi drittijiet għas-servizzi li tipprovdi;
(e)
takkwista, tbigħ u, jew tikri art agrikola;
(f)
toħloq influss ta’ dħul mis-servizzi provduti; u
(g)
bil-kunsens tal-Ministru, tidħol f’impriżi konġunti
jew sħubijiet jew arranġamenti oħra sabiex twettaq kwalunkwe
waħda mill-funzjonijiet tagħha.
(1) Il-Ministru responsabbli għall-Aġenzija għandu jkun Ministru
il-Ministru responsabbli għall-agrikoltura jew dak il-Ministru ieħor li responsabbli
għall-Aġenzija.
jista’ jinħatar għal dan l-għan mill-Prim Ministru.
(2) Is-Segretarju Permanenti għandu jissorvelja l-Aġenzija
skont l-artikolu 29 tal-Att
Iżda l-Prim Ministru jista’ jassenja r-responsabbiltà tal-
Aġenzija lil Ministru ieħor, u s-superviżjoni tagħha lis-Segretarju
Permanenti ta’ dak il-Ministeru.
L-operat tal-Aġenzija għandu jsegwi ftehim li għandu jsir Ftehim dwar il-
prestazzjoni tal-
bejn is-Segretarju Permanenti u l-Aġenzija.
Aġenzija.
L-Aġenzija għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet Arranġament
tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi sakemm ma jkunx stipulat finanzjarju.
mod ieħor fil-ftehim bejn is-Segretarju Permanenti u l-Aġenzija,
f’liema każ, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim għandhom jipprevalu.
(1) Il-Ministru jista’, fuq talba tas-Segretarju Permanenti, Bord tal-
wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru, jaħtar Bord ta’ Gvernaturi bil- Gvernaturi.
funzjonijiet li ġejjin
(a) jagħti pariri fuq deċiżjonijiet fdati lill-Aġenzija skont
xi jkun il-każ;
(b) jevalwa u jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar
applikazzjonijiet u dokumenti;
(ċ) jevalwa ilmenti, rapporti u informazzjoni relatati ma’
allegat ksur u li jikkoordina investigazzjonijiet kull meta l-
Aġenzija tkun tal-fehma li għandu jiġi segwit ksur;
(d) jagħti
pariri
dwar
il-formulazzjoni,
l-
implimentazzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet u l-politiki
relatati mal-promozzjoni tar-riżorsi agrikoli u l-ekonomija
kollha, u dawk il-kwistjonijiet l-oħra li jistgħu jkunu meħtieġa,
anċillari, inċidentali jew li jwasslu għat-twettiq aħjar tal-
funzjonijiet tal-Aġenzija; u
(e) jagħti pariri dwar l-objettivi u l-istrateġiji fit-tul u fil-
viċin għall-amministrazzjoni xierqa tal-Aġenzija.
(2) Il-Bord għandu jkun magħmul minn Chairperson, Deputat
Chairperson u mill-inqas ħames (5) membri iżda mhux aktar minn
disa’ (9) membri votanti oħra.
(3) Iċ-Chairperson għandu jkun persuna li tkun fil-pussess ta’
warrant sabiex jeżerċita l-professjoni ta’ avukat u li jkun eżerċita dik
il-professjoni għal mill-inqas tnax (12)-il sena jew li jkun Imħallef jew
Maġistrat irtirat.
(4) Id-Deputat Chairperson u l-membri tal-Bord għandhom
jinħatru mill-Ministru minn fost persuni li fl-opinjoni tiegħu huma
kkwalifikati minħabba li għandhom esperjenza fi, u wrew kapaċità
f’oqsma relatati mal-agrikoltura jew mal-iżvilupp agrikolu, mal-
amministrazzjoni tar-riżorsi tal-art u tal-ilma, għall-prattika tal-
professjoni legali, l-ekonomija u l-ekonomija agrikola, l-arkitettura, il-
politika soċjali, il-ġestjoni, l-organizzazzjoni tal-ħaddiema jew tal-
impjegati, l-industrija, il-kummerċ jew l-amministrazzjoni, u l-
Ministru jista’ wkoll jagħżel membru wieħed (1) jew aktar minn fost
uffiċjali pubbliċi
Iżda mill-inqas żewġ (2) membri tal-Bord għandhom
jinħatru minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-
bdiewa.
(5) It-terminu tal-kariga għall-membri tal-Bord għandu jiskadi
wara perjodu ta’ tliet (3) snin mill-ħatra, kif jista’ jiġi speċifikat fl-ittra
tal-ħatra, u għandhom ikunu eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid
Iżda jekk membru jinħatar fi kwalunkwe żmien wara li l-
membri l-oħra jkunu diġà nħatru, it-terminu tal-ħatra tal-imsemmi
membru għandu jintemm fl-istess data bħal dik tal-membri l-oħra.
(6) Ir-remunerazzjoni mħallsa lill-membri tal-Bord għandha tkun
skont il-Qafas għall-Istruttura ta’ Kategorizzazzjoni, Klassifikazzjoni
u Remunerazzjoni għall-Bordijiet u Kumitati Maħtura mill-Gvern jew
kwalunkwe dokument ieħor li jissostitwixxi l-istess.
L-Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzija dwar il-Governanza tal-
Bioriżorsi Agrikoli huwa b’dan imħassar mingħajr preġudizzju għal
dak kollu li sar jew li naqas milli jsir taħtu.
Ir-Raba’ Skeda li tinsab mal-Att għandha tiġi emendata kif
ġej
(a) il-partita "Aġenzija dwar Governanza tal-Bioriżorsi
Agrikoli" tagħha għandha tiġi mħassra; u
(b)
minnufih wara l-partita "Project Green" tagħha
għandha tiġi miżjuda din il-partita ġdida li ġejja
"Riżorsi Agrikoli Malta
Biex tirregola, tamministra u
tipprovdi servizzi relatati mar-
riżorsi agrikoli".