bħala Aġenzija
Table of Provisions (9)
Statutory Text (9 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,162, 7 ta’ Diċembru, 2023
A.L. 283 tal-2023
ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA
(KAP. 595)
Ordni tal-2023 li Jwaqqaf Riżorsi Akkwatiċi Malta
bħala Aġenzija
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 26 tal-Att dwar l-
Amministrazzjoni Pubblika, il-Prim Ministru għamel dan l-ordni li
ġej:-
It-titolu ta’ dan l-ordni hu l-Ordni tal-2023 li Jwaqqaf Titolu.
Riżorsi Akkwatiċi Malta bħala Aġenzija.
F’dan l-ordni, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx Tifsir.
xort’oħra
"Aġenzija" tfisser Riżorsi Akkwatiċi Malta mwaqqfa bl-
artikolu 3;
"Att" tfisser l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika;
"ftehim" tfisser il-ftehim dwar il-prestazzjoni tal-Aġenzija
kif provdut fl-artikolu 6;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-sajd u l-
akkwakultura;
"Segretarju Permanenti" tfisser is-Segretarju Permanenti
fi ħdan il-Ministeru responsabbli għas-sajd u l-akkwakultura.
(1) Għandu jkun hemm Aġenzija, li għandha tkun Twaqqif tal-
magħrufa bħala Riżorsi Akkwatiċi Malta, li għandha tikkoordina u Aġenzija.
timplimenta riċerka u żvilupp applikat ta’ proġetti relatati mal-
industriji tal-akkwakultura u s-sajd.
(2) L-Aġenzija għandha tkun korp ġuridiku b’personalità legali
separata u distinta u tkun kapaċi li tagħmel kuntratti, li timpjega
persunal, li takkwista, iżżomm u tiddisponi minn kull xorta ta’
proprjetà għall-għanijiet tal-operat tagħha, u li tħarrek u li tiġi
mħarrka, li tagħmel dawk l-affarijiet kollha u tidħol fit-tranżazzjonijiet
kollha bħal dawn li huma inċidentali jew li jwasslu għall-eżerċizzju
jew it-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-ordni, u kwalunkwe
funzjoni jew operazzjoni oħra tal-Gvern li jistgħu jingħatawlha taħt
din il-liġi jew xi liġi oħra.
(3) Ir-rappreżentanza legali u ġuridika tal-Aġenzija għandha
tkun vestita fl-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tagħha jew f’dak l-uffiċjal tal-
Aġenzija li l-Ministru responsabbli għaliha jista’ minn żmien għal
żmien jaħtar b’avviż fil-Gazzetta.
(1) Fl-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-Aġenzija
għandu jkollha dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin
(a) tistabbilixxi l-prijorità u d-direzzjoni tal-oqsma ta’
riċerka f’konformità mal-pjanijiet strateġiċi multiannwali tas-
sajd u l-akkwakultura adottati mill-Ministeru responsabbli għas-
sajd u l-akkwakultura u sabiex tallinja, fejn possibbli, il-
prijoritajiet tar-riċerka mal-istrateġiji tal-Unjoni Ewropea u n-
Nazzjonijiet Magħquda u l-mekkaniżmi relatati ta’ finanzjament;
(b) timplimenta proġetti li għandhom jikkontribwixxu
lejn it-twettiq tal-pjanijiet strateġiċi multiannwali tas-sajd u l-
akkwakultura;
(ċ) tistabbilixxi l-aħjar metodi ta’ żvilupp sostenibbli tal-
industrija f’konformità mal-pjanijiet strateġiċi multiannwali u
inizjattivi oħrajn tal-Unjoni Ewropea u dawk globali, sabiex
tikseb tkabbir fis-settur marittimu sostenibbli u fl-ekonomija
ċirkolari;
(d) tappoġġja proġetti tal-istudenti fl-isfond tal-qafas ta’
proġetti ta’ riċerka u xxerred informazzjoni u teduka lill-
istudenti u l-pubbliku ġenerali dwar l-importanza tal-
akkwakultura u s-sajd, u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-
ekonomija Maltija;
(e) taġixxi bħala korp konsultattiv u tagħti pariri lill-
Gvern dwar il-politika għall-industriji tal-akkwakultura u tas-
sajd;
(f) taġixxi bħala l-Aġenzija għat-trasferiment
tal-
għarfien u t-teknoloġija għall-Gvern fl-industriji
tal-
akkwakultura u tas-sajd;
(g) tinkoraġġixxi u tattira investiment fis-sajd u l-
akkwakultura;
(h) teżerċita kwalunkwe funzjoni li tista’ tiġi assenjata
mill-Ministru responsabbli.
(2)
L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li
(a)
tikkollabora
ma’
aġenziji,
korporazzjonijiet,
awtoritajiet, entitajiet governattivi u entitajiet mhux governattivi
oħra u persuni oħra għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha;
(b) tidħol f’arranġamenti ma’ korpi pubbliċi, awtoritajiet
pubbliċi, dipartimenti tal-gvern u korporazzjonijiet pubbliċi fit-
twettiq tal-funzjonijiet tagħha;
(ċ)
tamministra l-finanzi tagħha stess;
(d)
tistabbilixxi drittijiet għas-servizzi li tipprovdi;
(e)
toħloq influss ta’ dħul mis-servizzi provduti; u
(f) bil-kunsens tal-Ministru, tidħol f’impriżi konġunti
jew sħubijiet jew arranġamenti oħra sabiex twettaq kwalunkwe
waħda mill-funzjonijiet tagħha.
(1) Il-Ministru responsabbli għall-Aġenzija għandu jkun Ministru
il-Ministru responsabbli għas-sajd u l-akkwakultura jew dak il- responsabbli
għall-Aġenzija.
Ministru ieħor li jista’ jinħatar għal dan l-għan mill-Prim Ministru.
(2) Is-Segretarju Permanenti għandu jissorvelja l-Aġenzija
skont l-artikolu 29 tal-Att
Iżda l-Prim Ministru jista’ jassenja r-responsabbiltà tal-
Aġenzija lil Ministru ieħor, u s-superviżjoni tagħha lis-Segretarju
Permanenti ta’ dak il-Ministeru.
L-operat tal-Aġenzija għandu jsegwi ftehim li għandu jsir Ftehim dwar il-
prestazzjoni tal-
bejn is-Segretarju Permanenti u l-Aġenzija.
Aġenzija.
L-Aġenzija għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet Arranġament
tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi sakemm ma jkunx stipulat finanzjarju.
mod ieħor fil-ftehim bejn is-Segretarju Permanenti u l-Aġenzija,
f ’liema każ, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim għandhom jipprevalu.
Fir-Raba’ Skeda li tinsab mal-Att, minnufih wara l-partita Jemenda r-
Raba’ Skeda li
"Project Green" għandha tiġi miżjuda din il-partita ġdida li ġejja
tinsab mal-Att.
"Riżorsi Akkwatiċi Malta
Biex tikkoordina u timplimenta
riċerka
u żvilupp applikat ta’
proġetti relatati mal-industriji tal-
akkwakultura u s-sajd".