Legislator Case Law & Legislation
ln_2023_276 MT

Regolamenti tal-2023 dwar il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq

8 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (8)

Statutory Text (8 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 276 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,160– 05.12.2023 — Regolamenti tal-2023 dwar il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,160, 5 ta’ Diċembru, 2023

A.L. 276 tal-2023

ATT DWAR L-AWTORITÀ GĦAT-TRASPORT F’MALTA

(KAP.499)

Regolamenti tal-2023 dwar il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 43 tal-Att dwar l-

Awtorità għat-Trasport f’Malta, il-Ministru responsabbli għat-Trasport

wara konsultazzjoni mal-Awtorità għat-Trasport f’Malta, għamel dawn

ir-regolamenti li ġejjin:-

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 276 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,160– 05.12.2023 — Regolamenti tal-2023 dwar il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal-2023 Titolu.

dwar il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 276 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,160– 05.12.2023 — Regolamenti tal-2023 dwar il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma Tifsir.

teħtieġx xort’oħra

"Awtorità" tfisser l-Awtorità għat-Trasport f’Malta,

mwaqqfa permezz tal-artikolu 5 tal-Att dwar l-Awtorità għat- Kap. 499.

Trasport f’Malta;

"Kunsill" tfisser il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq,

imwaqqaf bis-saħħa ta’ dawn ir-regolamenti;

"Ministru" tfisser il-ministru responsabbli għat-trasport.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 276 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,160– 05.12.2023 — Regolamenti tal-2023 dwar il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq

(1) Għandu jkun hemm Kunsill, li għandu jkun magħruf Twaqqif tal-

bħala l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq, li għandu jkollu dawk il- Kunsill.

funzjonijiet kif stabbilit f’dawn ir-regolamenti.

(2)

Il-Kunsill għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin

(a)

Chairperson li għandu jinħatar mill-Ministru;

(b)

Viċi-Chairperson li għandu jinħatar mill-Ministru ;

(ċ) il-Kummissarju tal-Pulizija jew uffiċjal għoli tal-

Pulizija Eżekuttiva maħtur mill-istess Kummissarju, ex officio;

(d) uffiċjal għoli tal-Aġenzija għal Infrastruttura Malta,

ex officio;

(e)

uffiċjal għoli tal-Awtorità, ex officio;

(f) membru nominat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-

Assigurazzjoni;

(g) uffiċjal għoli mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili,

ex officio;

(h)

is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, ex officio;

(i) uffiċjal għoli mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-

Isptar Mater Dei, ex officio;

(j) uffiċjal għoli mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni

tad-Demm, ex officio;

(k) il-Kummissarju għat-Tfal jew persuna maħtura mill-

istess Kummissarju, ex officio;

(l) il-Kummissarju

għad-Drittijiet

ta’

Persuni

b’Diżabilità jew persuna maħtura mill-istess Kummissarju, ex

officio;

(m) uffiċjal

għoli

maħtur

mill-Ministru

għall-

Edukazzjoni, ex officio;

(n) il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, ex

officio; u

(o) uffiċjal għoli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika,

ex officio

Iżda l-membri maħtura ex officio, li r-rwol tagħhom

ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Ministru, għandhom jinħatru

wara konsultazzjoni bejn il-Ministru u l-entità rispettiva li tkun

qed tiġi rappreżentata

Iżda wkoll il-Ministru jista’ jaħtar persuni oħra bħala

membri tal-Kunsill li huwa jqis li għandhom l-esperjenza

rilevanti u li wrew il-kapaċità meħtieġa f’oqsma li għandhom

x’jaqsmu mas-sigurtà fit-toroq.

(2) Il-Viċi-Chairperson tal-Kunsill għandu jaġixxi minflok iċ-

Chairperson kull meta ċ-Chairperson ikun assenti minn laqgħa tal-

Kunsill jew ma jkunx jista’, għal xi raġuni, jaġixxi bħala tali.

(3) Il-membri maħtura, għajr dawk maħtura ex officio,

għandhom jibqgħu fil-kariga għal terminu li ma għandux ikun ta’ aktar

minn tliet (3) snin, kif jista’ jiġi speċifikat fl-ittra tal-ħatra tagħhom. Il-

ħatriet kollha, inklużi dawk imġedda, għandhom jiġu ppubblikati fil-

(4)

Jekk ikun hemm post battal fil-Kunsill waqt li l-perjodu ta’

ħatra jkun għadu validu, minħabba mewt, riżenja jew kwalunkwe

kawża oħra, il-Ministru għandu, malli jkun prattikabli, jaħtar persuna

oħra sabiex jimtela l-post battal

Iżda l-Kunsill u l-membri tiegħu għandhom ikunu

jistgħu jkomplu jaġixxu minkejja kwalunkwe tali post battal.

(5) Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra f’dan ir-

regolament, il-Ministru jista’, fi kwalunkwe waqt, itemm il-ħatra ta’

membru maħtur, jekk, fl-opinjoni tiegħu, dak il-membru ma jkunx

jista’ jkompli fil-kariga jew ma jkunx għadu kapaċi jwettaq il-

funzjonijiet tiegħu kif jirrikjedu dawn ir-regolamenti

Iżda fil-każ ta’ membri maħtura ex officio, li r-rwol

tagħhom ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Ministru, tali terminazzjoni

għandha ssir wara konsultazzjoni bejn il-Ministru u l-entità rispettiva

li tkun qed tiġi rappreżentata.

(6)

Il-Ministru għandu jaħtar segretarju għall-Kunsill.

(7) Il-Kunsill għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa, iżda fl-ebda każ

inqas minn darba (1) f’kull tliet (3) xhur kalendarji.

(8) Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni u t-

termini ta’ referenza ta’ sottokumitati jew gruppi ta’ esperti li lilhom

jista’ jagħti kompiti speċjali u speċifiċi.

(9) Il-Kunsill għandu jkollu s-setgħa li jidħol f’kuntratti għall-

ingaġġ tas-servizzi ta’ esperti biex isostnu x-xogħol tiegħu.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 276 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,160– 05.12.2023 — Regolamenti tal-2023 dwar il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq

(1) Id-deċiżjonijiet kollha tal-Kunsill għandhom jittieħdu Proċedimenti

b’maġġoranza tal-membri preżenti, kemm-il darba jintlaħaq kworum tal-Kunsill.

għal-laqgħa tal-Kunsill.

(2) Għandu jkun hemm kworum meta mill-inqas ikunu

preżenti għal laqgħa tal-Kunsill ħamsin fil-mija (50%) tal-membri u

membru wieħed (1).

(3) Il-Kunsill għandu mill-bqija jirregola l-proċeduri tiegħu

stess, kif soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.

(4) Fl-aħħar ta’ kull sena kalendarja, il-Kunsill għandu jħejji

rapport annwali dwar ix-xogħol imwettaq li għandu jiġi ppreżentat lill-

Ministru, u li tiegħu għandha tintbagħat kopja lill-membri kollha tal-

Kunsill fl-ewwel kwart tas-sena segwenti. Ir-rapport għandu jinkludi,

iżda ma jkunx limitat għal, rendikont sħiħ tal-attivitajiet tal-Kunsill

matul is-sena, il-kisbiet tiegħu kif ukoll in-nefqa.

(5) Il-Kunsill għandu jirrapporta lill-Ministru u għandu

jżommu infurmat bix-xogħol tiegħu fuq bażi regolari.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 276 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,160– 05.12.2023 — Regolamenti tal-2023 dwar il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq

Il-funzjonijiet tal-Kunsill għandhom ikunu s-segwenti

(a) li jipprovdi sorveljanza dwar is-sigurtà fit-toroq

flimkien mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(b) li jappoġġja lill-awtoritajiet kompetenti fl-iżvilupp,

il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politika u

l-istrateġija għas-sigurtà fit-toroq;

(ċ) li jagħti pariri lill-Ministeru dwar l-aħjar prattiki,

politiki, pjanijiet ta’ azzjoni, proposti leġiżlattivi u finanzjament

fil-qasam tas-sigurtà fit-toroq;

(d) li jippromwovi s-sigurtà fit-toroq għall-utenti kollha

tat-triq f’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(e) li jiżviluppa programmi u inizjattivi mmirati lejn

gruppi speċifiċi dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà fit-toroq;

(f) li jikkollabora mal-awtoritajiet u l-entitajiet minn

pajjiżi oħra dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà fit-toroq;

(g) li jħejji l-estimi tal-baġit għall-inizjattivi tas-sena

segwenti kif approvati mill-Kunsill innifsu u jippreżenta tali

estimi lill-Ministru;

(h) li jħejji rapport annwali li jiddeskrivi fil-qosor il-

ħidma u l-azzjonijiet tal-Kunsill, kif speċifikat fir-regolament

4(4).

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 276 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,160– 05.12.2023 — Regolamenti tal-2023 dwar il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq

Il-Kunsill għandu, barra minn hekk, ikollu l-funzjonijiet

addizzjonali li ġejjin

(a) li jagħti pariri lill-Ministru dwar l-iżvilupp u l-

abbozzar tal-istrateġija nazzjonali dwar is-sigurtà fit-toroq

f’Malta;

(b) li jagħti pariri u jirrapporta fir-rigward tal-

implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali dwar is-sigurtà fit-toroq

f’Malta abbażi ta’ rapporti mressqa mill-entitajiet responsabbli u

kkonċernati;

(ċ) li jippromwovi l-‘approċċ ta’ sistemi sikuri’ għall-

ġestjoni tas-sigurtà fit-toroq li jiffoka fuq veloċitajiet sikuri,

toroq sikuri, vetturi sikuri, persuni sikuri u kura li tingħata wara

l-ħabta;

(d) li jgħolli l-profil tas-sigurtà fit-toroq f’Malta u

jinfluwenza l-imġiba tal-utenti tat-triq permezz tal-

parteċipazzjoni fi programmi edukattivi pubbliċi, programmi

komunitarji u mezzi oħra li jistgħu jitqiesu meħtieġa;

(e) li jidentifika, jitlob u janalizza d-data u informazzjoni

relatata mas-sigurtà fit-toroq, u jikkummisjona r-riċerka;

(f) li juża d-data dwar is-sigurtà fit-toroq għall-

monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-sigurtà tat-toroq f’konformità

mal-indikaturi ewlenin ta’ prestazzjoni kif jistgħu jiġu stabbiliti

mill-Ministru;

(g) li

jagħmel

rakkomandazzjonijiet

għall-

implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà fit-toroq u l-indikaturi ta’

prestazzjoni li għandhom jintużaw sabiex jiġi ssorveljat il-

progress lejn miri miftiehma;

(h) li jagħmel rakkomandazzjonijiet biex tiżdied is-

sigurtà fit-toroq f’Malta billi jiġu żgurati l-adozzjoni u l-

implimentazzjoni tal-aħjar prattiki rikonoxxuti; u

(i) li jwettaq kwalunkwe funzjoni oħra li tista’ tiġi

assenjata lilu mill-Ministru fl-interess tas-sigurtà fit-toroq.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 276 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,160– 05.12.2023 — Regolamenti tal-2023 dwar il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq

Il-Ministru għandu jalloka dawk il-fondi u r-riżorsi lill- Finanzi u

riżorsi.

Kunsill kif jista’ jkun meħtieġ biex jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →