tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreġġata
Statutory Text (3 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 21,003, 7 ta’ Frar, 2023
A.L. 24 tal-2023
ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
(KAP. 65)
ATT DWAR L-AWTORITÀ GĦAT-TRASPORT F’MALTA
(KAP. 499)
Regolamenti tal-2023 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Sinjali
tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreġġata
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 54 tal-Ordinanza
dwar ir-Regolament tat-Traffiku u bl-artikolu 43 tal-Att dwar l-
Awtorita għat-Trasport f’Malta, il-Ministru responsabbli għat-trasport,
wara konsultazzjoni mal-Awtorità għat-Trasport f’Malta, għamel dawn
ir-regolamenti li ġejjin:-
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal-2023 Titolu.
li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-Marki tal-
Karreġġata u dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw u jinftiehmu
ħaġa waħda mar-Regolamenti dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-Marki L.S. 65.05.
tal-Karreġġata, hawn aktar ’il quddiem imsejħa "r-regolamenti
prinċipali".
Is-sezzjoni D ("Projbitorji - Għemil") tat-Taqsima II Jemenda l-
("SINJALI REGOLATORJI") tal-Iskeda li tinsab mar-regolamenti Iskeda
mar-regolamenti
prinċipali għandha tiġi emendata b’dan li ġej
priċipali.
(a) l-ewwel paragrafu tal-partita (e) tagħha għandu jiġi
sostitwit b’dan il-paragrafu ġdid li ġej
"Is-sinjal li jindika TOW ZONE (Żona ta’ Rmonk)
fin-Nru. (10) juri li oġġett ta’ ingombru ikun ipparkjat jew
imħolli waħdu f’żona fejn jista’ jiġi rmunkat. Avviż li jkun
jindika l-proċeduri li jkunu jridu jiġu segwiti għat-teħid
lura tal-imsemmi oġġett għandhom ikunu indikati b’mod
ċar fl-imsemmi avviż."; u
(b) is-sinjal li jindika TOW ZONE (Żona ta’ Rmonk) fin-
Nru. (10) għandu jiġi sostitwit bis-sinjal ġdid li ġej
"(10)
".