Oġġetti ta’ Ingombru
Table of Provisions (7)
Statutory Text (7 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 21,003, 7 ta’ Frar, 2023
A.L. 23 tal-2023
ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
(KAP. 65)
ATT DWAR L-AWTORITÀ GĦAT-TRASPORT F’MALTA
(KAP. 499)
Regolamenti tal-2023 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-
Ikklampjar u Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u
Oġġetti ta’ Ingombru
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 54 tal-Ordinanza
dwar ir-Regolament tat-Traffiku u bl-artikolu 43 tal-Att dwar l-
Awtorita għat-Trasport f’Malta, il-Ministru responsabbli għat-trasport,
wara konsultazzjoni mal-Awtorità għat-Trasport f’Malta, għamel dawn
ir-regolamenti li ġejjin:-
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal-2023 Titolu.
li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u Tneħħija ta’ Vetturi
bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ingombru u dawn ir-regolamenti għandhom
jinqraw u jinftiehmu ħaġa waħda mar-Regolamenti dwar l-Ikklampjar L.S. 65.13.
u Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ingombru, hawn aktar ’il
quddiem imsejħa "r-regolamenti prinċipali".
Ir-regolament 2 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Jemenda r-
regolament 2
emendat b’dan li ġej
tar-regolamenti
prinċipali.
(a) minnufih wara t-tifsira "l-Aġenzija" għandha tiżdied
din it-tifsira ġdida li ġejja
" "applikant" tinkludi kwalunkwe individwu, għaqda
jew korp ta’ persuni, jew entità oħra, li tissottometti
applikazzjoni skont dawn ir-regolamenti lill-Kunsill, l-
Aġenzija, l-Awtorità jew lill-Kummissarju;"; u
(b)
it-tifsira "żona ta’ klampjar" u "żona ta’ rmonk"
għandha tiġi sostitwita b’din it-tifsira ġdida li ġejja
" "żona ta’ klampjar" u "żona ta’ rmonk" ifissru
kwalunkwe post jew żona li jistgħu jiġu indikati
b’avviż maħruġ mill-Kummissarju, l-Awtorità, l-
Aġenzija jew mill-Kunsill u permezz ta’ sinjali u
marki li jsiru skont ir-Regolamenti dwar is-Sinjali
tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreġġata, fejn l-
ipparkjar projbit tal-vetturi jagħti lok għat-twaħħil
ta’ klampi mar-roti jew l-irmunkar tal-imsemmija
vetturi mit-tali żona, skont il-każ. L-avviż jista’,
wara li l-applikant jikseb l-awtorizazzjoni u l-
permess tal-Kummissarju, l-Awtorità, l-Aġenzija
jew tal-Kunsill għall-ħruġ tal-imsemmi avviż, jiġi
amministrat u mwaħħal mill-applikant innifsu
Iżda l-applikant għandu jkollu d-dmir u
jkun responsabbli li l-imsemmi avviż jiġi mwaħħal u
amministrat matul il-perjodu speċifikat fl-imsemmi
avviż, b’mod viżibbli, adekwat u f’konformità ma’
dawn ir-regolamenti
Iżda kwalunkwe avviż li jkun inħareġ
mingħajr bl-awtorizzazzjoni u l-permess tal-
Kummissarju, l-Awtorità, l-Aġenzija jew tal-Kunsill,
għandu jkun null u invalidu.".
Fil-proviso għar-regolament 3 tar-regolamenti prinċipali,
il-kliem "jew mill-Kunsill," għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "jew
mill-Kunsill jew mill-Aġenzija,".
Ir-regolament 4 għandu jiġi emendat b’dan li ġej
(a) fis-subregolament (1) tiegħu, minnufih wara l-kliem
"jew il-Kunsill" għandhom jiżdiedu l-kliem "jew l-Aġenzija jew
l-Awtorità";
(b) fis-subregolament (2) tiegħu, minnufih wara l-kliem
"jew il-Kunsill" għandhom jiżdiedu l-kliem "jew l-Aġenzija"; u
(ċ) fil-proviso għas-subregolament (2) tiegħu, minnufih
wara l-kliem "jew mill-Kunsill" għandhom jiżdiedu l-kliem "jew
mill-Aġenzija".
Fir-regolament 5 kull fejn jokkorru l-kliem "jew l-
Awtorità", minnufih wara għandhom jiżdiedu l-kliem "jew l-
Fir-regolament 8A kull fejn jokkorru l-kliem "jew il- Jemenda r-
8A
Kunsill", minnufih wara għandhom jiżdiedu l-kliem "jew l-Aġenzija". regolament
tar-regolamenti
prinċipali.