Kummissjoni Ewropea fis-Settur Diġitali
Table of Provisions (9)
Statutory Text (9 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,099, 11 ta’ Awwissu, 2023
A.L. 200 tal-2023
ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI
(KAP. 379)
Regolamenti tal-2023 dwar Investigazzjonijiet li jappoġġjaw lill-
Kummissjoni Ewropea fis-Settur Diġitali
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 33(2) tal-Att dwar
il-Kompetizzjoni, il-Ministru responsabbli għall-affarijiet tal-
kompetizzjoni wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Gvernaturi, għamlet
dawn ir-regolamenti li ġejjin:-
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal- Titolu u għan.
2023 dwar Investigazzjonijiet li jappoġġjaw lill-Kummissjoni
Ewropea fis-Settur Diġitali.
(2) L-għan ta’ dawn ir-regolamenti huwa li jimplimentaw ir-
rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti
fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE)
2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali).
(1) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal- Tifsir.
kliem ma teħtieġx xort’oħra
"Att" tfisser l-Att dwar il-Kompetizzjoni;
"Direttur
Ġenerali"
tfisser
id-Direttur
Ġenerali
(Kompetizzjoni) kif imfisser fl-Att;
"gwardjan" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti lilha
fir-Regolament (UE) 2022/1925;
"intrapriża" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħtija lilha
fir-Regolament (UE) 2022/1925;
"Regolament (UE) 2022/1925" tfisser ir-Regolament (UE)
2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’
Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur
diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/
1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali);
"Qorti" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħtija lilha fl-
Att;
"Uffiċċju" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti lilha fl-
Att.
(2)
Kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu
jkollhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom fl-Att.
Għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2022/1925, l-Uffiċċju
għall-Kompetizzjoni kif imwaqqaf bl-artikolu 13 tal-Att dwar l-
Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-
Konsumatur għandu jkun l-awtorità kompetenti nazzjonali peress li
skont il-liġi nazzjonali huwa l-entità li teżerċita s-setgħat investigattivi
msemmija fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2022/1925.
(1) Id-Direttur Ġenerali, bħala l-persuna li tmexxi l-
awtorità kompetenti nazzjonali msemmija fir-regolament preċedenti,
għandu jkollu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva
tiegħu stess f’każ ta’ allegat nuqqas ta’ konformità mal-Artikoli 5, 6
jew 7 tar-Regolament (UE) 2022/1925 fit-territorju ta’ Malta minn
intrapriża maħtura bħala gwardjan skont l-Artikolu 3 tal-istess
Regolament.
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, id-dispożizzjonijiet tal-
artikolu 12 tal-Att għandhom japplikaw, mutatis mutandis.
Qabel ma jieħu l-ewwel miżura investigattiva formali skont
dawn ir-regolamenti, id-Direttur Ġenerali għandu jinforma lill-
Kummissjoni Ewropea bil-miktub.
Id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta lill-Kummissjoni
Ewropea dwar is-sejbiet tal-investigazzjonijiet li jkunu twettqu skont
ir-regolament 4 sabiex jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea fl-irwol
tagħha bħala l-uniku infurzatur tar-Regolament (UE) 2022/1925.
Id-Direttur Ġenerali għandu jkollu l-istess setgħat kif
preskritt fl-Att sabiex jistitwixxi proċeduri ġudizzjarji fil-konfront ta’
kwalunkwe persuna, intrapriża u, jew għaqda ta’ intrapriżi għal nuqqas
ta’ konformità mal-miżuri investigattivi tal-Uffiċċju, u l-Qorti għandu
jkollha l-istess setgħat kif preskritt fl-Att sabiex timponi penali għall-
imsemmi nuqqas ta’ konformità, u għal dan il-għan, id-
dispożizzjonijiet tal-artikoli 12A(4) u 21(5) sa (8) tal-Att għandhom
japplikaw, mutatis mutandis.
Id-Direttur Ġenerali u kwalunkwe persuna, intrapriża, u,
jew għaqda ta’ intrapriżi li jħossuhom aggravati b’sentenza mogħtija
mill-Qorti jistgħu jappellaw fuq punti ta’ liġi u, jew ta’ fatt quddiem il-
Qorti tal-Appell permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-istess
qorti fi żmien għoxrin (20) jum mid-data tas-sentenza
Iżda l-Qorti tal-Appell għandha tappunta l-każ għas-smigħ
sa mhux aktar tard minn sitt (6) xhur mid-data tas-sentenza tal-Qorti.