Legislator Case Law & Legislation
ln_2023_198 MT

Schengen (SIS)

15 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (15)

Statutory Text (15 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095, 4 ta’ Awwissu, 2023

A.L. 198 tal-2023

ATT DWAR IL-PULIZIJA

(KAP. 164)

Regolamenti tal-2023 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’

Schengen (SIS)

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 82 tal-Att dwar il-

Pulizija, il-Ministru responsabbli għall-Pulizija, għamel dawn ir-

regolamenti li ġejjin:-

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti tal-2023 Titolu.

dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS).

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

(Regolament 7)

Lista ta’ awtoritajiet li għandhom aċċess għall-allerti tas-Sistema

ta’ Informazzjoni ta’ Schengen

1. Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

2. L-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni

3. Id-Dipartiment tad-Dwana

4. L-Awtorità għat-Trasport f' Malta

5. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

Dawn ir-regolamenti jikkumplimentaw u jkomplu Skop.

jimplimentaw ir-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dawn li

ġejjin

(a) ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-

Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini

ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali;

(b) ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-

istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni

ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li

jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u

li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006;

(ċ) ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-

istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni

ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-

kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u

jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-

Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-

Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE, għall-

finijiet ta’ dawn ir-regolamenti kollettivament imsejħa r-

Regolamenti Ewropej dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’

Schengen.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

(1) F’dawn ir-regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma Tifsir.

teħtiġx xort’oħra

"Korp tal-Pulizija ta’ Malta" tfisser il-Korp tal-Pulizija ta’

Malta stabbilit bl-artikolu 3 tal-Att dwar il-Pulizija;

"Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data"

tfisser il-Kummissjarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-

Data stabbilit bl-artikolu 11 tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-

Privatezza tad-Data;

il-"Manwali

SIRENE"

tfisser

id-Deċiżjoni

ta’

Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2021 li

tistabilixxi regoli dettaljati għall-kompiti tal-Uffiċċji SIRENE u

l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari dwar allerti fis-

Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tal-verifiki fuq

il-fruntieri u tar-ritorn ("Manwal SIRENE - Fruntieri u ritorn") (u

jinkludi l-annessi taħt id-Dokument C(2021) 7900), u d-

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’

Novembru 2021 li tistabilixxi regoli dettaljati għall-kompiti tal-

Uffiċċji SIRENE u għall-iskambju ta’ informazzjoni

supplimentari dwar allerti fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’

Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-

kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali ("Manwal SIRENE

- Pulizija") (u jinkludi l-annessi taħt id-Dokument C(2021)

7901);

"N.SIS" tfisser is-sistema nazzjonali tas-SIS skont l-artikolu

4 tar-Regolament (UE) 2018/1862;

"Uffiċju N.SIS" tfisser l-uffiċju illi għandu jkollu r-

responsabbiltà ċentrali għall-N.SIS skont l-artikolu 7 tar-

Regolament (UE) 2018/1862;

"NI.SIS" tfisser l-interfaċċa nazzjonali uniformi skont l-

artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1862;

"Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data" tfisser

ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-

Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni

fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-

moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE

(Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data);

"Regolament 2018/1860" tfisser ir-Regolament (UE) 2018/

1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru

2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen

għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali;

"Regolament 2018/1861" tfisser ir-Regolament (UE) 2018/

tal-Parlament

Ewropew

u

tal-Kunsill

tat-

28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu

tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-

verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li

timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-

Regolament (KE) Nru 1987/2006;

"Regolament 2018/1862" tfisser ir-Regolament (UE) 2018/

1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru

2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’

Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni

tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li

jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u

jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/

UE;

"Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data" tfisser l-Uffiċjal tal-

Protezzjoni tad-Data għall-Korp tal-Pulizija ta’ Malta skont ir-

regolament 32 tar-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tad-Data L.S 586.08.

(Ipproċessar ta’ Data Personali minn Awtoritajiet Kompetenti

għall-Finijiet tal-Prevenzjoni, l-Investigazzjoni, is-Sejbien jew il-

Prosekuzzjoni ta’ Reati Kriminali jew l-Eżekuzzjoni ta’ Pieni

Kriminali) u l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-

Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-

protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data

personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-

Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-

Data);

(2) It-tifsiriet illi jinsabu fir-Regolamenti Ewropej dwar is-

Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għandhom ikunu

applikabbli għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

(1) Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jistabbilixxi l- Twaqqif tal-

Uffiċċju SIRENE, li għandu jiżgura l-iskambju tal-informazzjoni Uffiċċju

SIRENE.

supplimentari kollha skont id-dispożizzjonijiet tal-Manwali SIRENE u

tal-atti ta’ implimentazzjoni tagħhom tal-Kummissjoni Ewropea.

(2) Il-Kap tal-Uffiċċju SIRENE għandu jinħatar mill-

Kummissarju tal-Pulizija, b’konsultazzjoni mas-Segretarju Permanenti

tal-Ministeru responsabbli għall-Pulizija, u għandu jkun assenjat id-

dmirijiet skont ir-Regolament 2018/1860, id-dispożizzjonijiet tal-

Manwali SIRENE, u kwalunkwe liġi nazzjonali jew tal-Unjoni

Ewropea rilevanti oħra.

(3) L-Uffiċċju SIRENE għandu jkollu aċċess faċli, dirett jew

indirett għall-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż informazzjoni

minn bażijiet tad-data nazzjonali u l-informazzjoni kollha dwar allerti

ta’ Stati Membri oħra, u għall-pariri mill-esperti, sabiex ikun jista’

jirreaġixxi għat-talbiet għal informazzjoni supplimentari

Iżda l-Uffiċċju SIRENE għandu jkun jista’ jirċievi

informazzjoni preċiża u aġġornata sabiex tiġi trasferita fil-waqt

Iżda wkoll fil-każ ta’ informazzjoni mhux preċiża, mhux

kompluta jew informazzjoni li ma tkunx aġġornata, il-bqija tal-

informazzjoni jew l-informazzjoni aġġornata, skont il-każ, għandha

tiġi ttrasferita lill-Uffiċċju SIRENE mhux aktar tard minn sitt (6)

sigħat minn meta l-Uffiċċju SIRENE jirċievi n-notifika.

(4) L-Uffiċċju SIRENE għandu jikkoordina l-verifika tal-

kwalità tal-informazzjoni mdaħħla fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’

Schengen u, għal dan l-għan, għandu jkollu aċċess għad-data

pproċessata fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

L-Uffiċċju NSIS, l-Uffiċċju SIRENE u l-awtoritajiet

kompetenti identifikati msemmija fl-Ewwel Skeda għandhom jiżguraw

li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa relatati mas-sigurtà skont id-

dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1862.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

(1) Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jistabbilixxi uffiċċju li

għandu jkun identifikat bħala l-Uffiċċju N.SIS, liema uffiċċju għandu

jkun responsabbli

(a) għat-twaqqif, l-operat u ż-żamma tal-N.SIS u l-

konnessjoni tal-N.SIS mal-NI-SIS għat-tħaddim bla xkiel u s-

sigurtà tal-N.SIS; u

(b) sabiex jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom

aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u jieħu l-

miżuri meħtieġa sabiex jiżgura l-konformità mad-

dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Ewropej dwar is-Sistema ta’

Informazzjoni ta’ Schengen.

(2) Il-Kap tal-Uffiċċju tal-N.SIS għandu jinħatar mill-

Kummissarju tal-Pulizija, b’konsultazzjoni mas-Segretarju Permanenti

tal-Ministeru responsabbli għall-Pulizija, u għandu jkun assenjat id-

dmirijiet rilevanti skont ir-Regolamenti Ewropej dwar is-Sistema ta’

Informazzjoni ta’ Schengen, id-dispożizzjonijiet tal-Manwali

SIRENE, u kwalunkwe liġi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea

rilevanti.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

(1)

L-awtoritajiet elenkati fl-Ewwel Skeda huma l- Awtoritajiet li

awtoritajiet kompetenti identifikati li għandu jkollhom aċċess għall- għandhom

aċċess għas-

allerti fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, għall-finijiet tat- Sistema

Informazzjoni

twettiq tal-funzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti Ewropej tas-Sistema ta’ Schengen

(SIS).

ta’ Informazzjoni ta’ Schengen.

(2) Il-livell u t-tip ta’ aċċess lill-awtoritajiet elenkati fl-Ewwel

Skeda għandu jkun, iddeterminat bi ftehim reċiproku bejn il-

Kummissarju tal-Pulizija, il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-

Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet rispettivi, abbażi tan-neċessità u l-

proporzjonalità.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

(1)

Għall-finijiet tal-introduzzjoni tal-allerti skont l- Allerti.

Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) 2018/1862, il-Fondazzjoni għal

Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali għandha tkun responsabbli għall-ħruġ ta’

deċiżjonijiet u għat-trasferiment ta’ informazzjoni essenzjali lill-

Uffiċċju SIRENE.

(2) Għall-finijiet tal-introduzzjoni tal-allerti dwar il-persuni Kap. 602.

msemmija fl-Artikolu 32(1)(c) u (d) tar-Regolament (UE) 2018/1862,

id-Direttur għall-Ħarsien tat-Tfal jista’ jitlob lill-Uffiċċju SIRENE

sabiex jintroduċi dawn l-allerti wara l-ħruġ ta’ deċiżjoni fir-rigward

tal-minuri.

(3) Għall-finijiet tal-introduzzjoni tal-allerti dwar il-persuni

adulti vulnerabbli msemmija fl-Artikolu 32(1)(e) tar-Regolament (UE)

2018/1862, id-Direttur tal-Aġenzija Appoġġ jista’ jitlob lill-Uffiċċju

SIRENE sabiex jintroduċi dawn l-allerti wara l-ħruġ ta’ deċiżjoni fir-

rigward ta’ persuni adulti vulnerabbli.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

L-awtoritajiet nazzjonali elenkati fl-Ewwel Skeda għandhom Żamma ta’

jistabbilixxu politika dwar iż-żamma tad-data għall-finijiet ta’ dawn ir- informazzjoni.

regolamenti skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data,

u r-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tad-Data (Ipproċessar ta’ Data L.S. 586.08.

Personali minn Awtoritajiet Kompetenti għall-Finijiet tal-Prevenzjoni, l-

Investigazzjoni, is-Sejbien jew il-Prosekuzzjoni ta’ Reati Kriminali jew

l-Eżekuzzjoni ta’ Pieni Kriminali).

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

(1) Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il- Protezzjoni ta’

Protezzjoni tad-Data u tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad- data

Data għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali taħt

dawn ir-regolamenti, bl-eċċezzjoni tal-ipproċessar ta’ data personali

mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-prevenzjoni, is-

sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-

eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-

prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika.

(2)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tad- L.S. 586.08.

Data (Ipproċessar ta’ Data Personali minn Awtoritajiet Kompetenti

għall-Finijiet tal-Prevenzjoni, l-Investigazzjoni, is-Sejbien jew il-

Prosekuzzjoni ta’ Reati Kriminali jew l-Eżekuzzjoni ta’ Pieni Kriminali)

għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali taħt dawn ir-

regolamenti meta dak l-ipproċessar tad-data personali jitwettaq minn

awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-

investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni

ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’

theddid għas-sigurtà pubblika.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

(1) L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data għandu jwettaq

verifika tar-rekords tal-utenti reġistrati relatati mal-attivitajiet tal-

N.SIS.

(2) L-Uffiċjali għall-Protezzjoni tad-Data tal-awtoritajiet li

jkollhom aċċess għas-SIS għandhom jikkoperaw ma’, u jipprovdu

kwalunkwe appoġġ, assistenza u informazzjoni, lill-Uffiċjal għall-

Protezzjoni tad-Data meta jwettqu awditjar kif imsemmi taħt is-

subregolament (1) , kif jista’ jkun meħtieġ.

(3) L-Uffiċjali għall-Protezzjoni tad-Data tal-awtoritajiet li

jkollhom aċċess għas-SIS għandhom iwettqu awditjar tar-rekords tal-

utenti reġistrati fi ħdan l-awtorità tagħhom, tal-anqas fuq bażi annwali,

relatati mal-operazzjonijiet għall-ipproċessar tad-data fl-N.SIS, u r-

rapporti fir-rigward għandhom ikunu disponibbli lill-Uffiċjal għall-

Protezzjoni tad-Data.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data, fl-ewwel kwart ta’

kull sena kalendarja, għandu jipprovdi lill-Kummissarju għall-

Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, l-istatistika ta’ matul is-sena ta’

qabel fir-rigward tad-data personali miżmuma fis-SIS. L-istatistika trid

tkun relatata ma’ talbiet sottomessi mis-suġġetti tad-data sabiex

jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ aċċess, rettifika ta’ data mhux preċiża u

tħassir ta’ data maħżuna illegalment, in-numru ta’ każijiet fejn ingħata

aċċess għad-data u fejn id-data ġiet rettifikata jew imħassra.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 198 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,095– 04.08.2023<P Class=Msonormal — Schengen (SIS)

(1)

Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ azzjoni tas-

suġġetti tad-data taħt l-artikolu 30(2) tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-

Privatezza tad-Data, kwalunkwe persuna li ssoffri danni b’riżultat tal-

ipproċessar illegali tad-data personali permezz tal-użu tal-N.SIS, jew

b’riżultat ta’ kwalunkwe att ieħor inkompatibbli mar-Regolament (UE)

2018/1862, tista’, b’rikors ġuramentat preżentat fil-Prim Awla Qorti

Ċivili, tagħmel talba għad-danni kontra l-awtorità li pproċessat id-data

personali tagħha illegalment jew kwalunkwe azzjoni oħra

inkompatibbli.

(2) Fejn it-talba għad-danni skont is-subregolament (1) issir

mis-suġġett tad-data fir-rigward, b’rabta jew konsegwentament għall-

ksur tal-artikolu 30(1) tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad- Kap 586.

Data, tali talba għandha ssir flimkien mal-istess azzjoni msemmija fl-

artikolu 30(2) ta’ dak l-Att.

(3) Jekk il-qorti, fid-determinazzjoni tal-proċeduri istitwiti taħt

is-subregolamenti (1) u (2), tiddeċiedi illi d-danni ġew ikkawżati minn

xi awtorità, tali qorti għandha tiddetermina l-ammont tal-kumpens

dovut lill-applikant, li għandu jinkludi, iżda ma jkunx limitat għd-

danni morali.

(4) Kwalunkwe azzjoni taħt dan ir-regolament, għandha

titressaq fil-perjodu ta’ tnax-il (12) xahar mid-data ta’ meta l-applikant

sar jaf, jew kellu jkun jaf b’mod raġonevoli, b’tali pproċessar illegali

tad-data personali mill-użu tal-N.SIS, jew b’riżultat ta’ kwalunkwe att

ieħor inkompatibbli mar-Regolament (UE) 2018/1862, skont liema data

tiġi l-ewwel.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →