ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (Emenda Nru 2)
Statutory Text (3 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,089, 21 ta’ Lulju, 2023 B 1555
A.L. 188 tal-2023
ATT DWAR L-AWTORITÀ GĦAT-TRASPORT F’MALTA
(KAP. 499)
Regolamenti tal-2023 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Servizzi
ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (Emenda Nru 2)
BIS-SAĦĦA tal-artikolu 43 tal-Att dwar l-Awtorità għat-
Trasport f’Malta, il-Ministru responsabbli għat-trasport, wara
konsultazzjoni mal-Awtorità għat-Trasport f’Malta, għamel dawn ir-
regolamenti li ġejjin:-
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal- Titolu u għan.
2023 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’
Passiġġieri (Emenda Nru 2) u dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw
u jinftiehmu ħaġa waħda mar-Regolamenti dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ L.S. 499.56.
Passiġġieri, hawn aktar ’il quddiem imsejħa "r-regolamenti prinċipali".
(2) L-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu li jittrasponu
parzjalment id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2020/1057 tal-
Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020, li tistabbilixxi
regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/
UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li
temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u
r-Regolament (UE) Nru 1024/2012.
Minnufih wara s-subregolament (7) tar-regolament 102 tar- Jemenda r-
regolamenti prinċipali għandu jiġi miżjud dan is-subregolament ġdid li regolament
tar-regolamenti
ġej
prinċipali.
"(8) Bla ħsara għar-Regolamenti L.S. 452.82.
dwar Impjegati Stazzjonati f’Malta u
sabiex jiġu infurzati l-obbligi fir-
Regolamenti dwar Xufiera Stazzjonati L.S. 499.72.
f’Malta, l-Awtorità għandha tiżgura li tiġi
applikata strateġija ta’ infurzar nazzjonali
koerenti fit-territorju ta’ Malta. Din l-
istrateġija għandha tiffoka fuq l-impriżi
klassifikati bi grad ta’ riskju għoli taħt is-
sistema ta’ klassifika ta’riskji, imsemmija
fis-subregolament (3).".