Stradali ta’ Merkanzija b’Vetturi bil-Mutur
Table of Provisions (6)
Statutory Text (6 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,089, 21 ta’ Lulju, 2023 B 1545
A.L. 187 tal-2023
ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
(KAP. 65)
Regolamenti tal-2023 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ġarr
Stradali ta’ Merkanzija b’Vetturi bil-Mutur
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 3 u 54 tal-
Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku, il-Ministru responsabbli
għat-Trasport, wara konsultazzjoni mal-Awtorità għat-Trasport
f’Malta, għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin:-
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal- Titolu u skop.
2023 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta’ Merkanzija
b’Vetturi bil-Mutur u dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw u
jinftiehmu ħaġa waħda mar-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta’ L.S. 65.19.
Merkanzija b’Vetturi bil-Mutur, hawn iżjed ’il quddiem imsejħa "ir-
regolamenti prinċipali".
(2) L-għan ta’ dawn ir-regolamenti huwa li jittrasponu d-
dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2022/738 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li temenda d-Direttiva 2006/1/KE
dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’
merkanzija bit-triq.
Ir-regolament 2 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Jemenda r-
regolament 2
emendat kif ġej
tar-regolamenti
prinċipali.
(a) fil-paragrafu (d) tat-tifsira "akkont ta’ persuna
nnifisha" tiegħu l-kliem "tad-Direttiva tal-Kunsill 84/647/KEE
tad-19 ta’ Diċembru, 1984, dwar l-użu ta’ vetturi mikrija
mingħajr xufiera għal ġarr stradali ta’ merkanzija" għandhom
jiġu sostitwiti bil-kliem "tad-Direttiva 2006/1/KE";
(b) minnufih wara t-tifsira "id-Direttiva 2002/15/KE"
tiegħu għandha tiġi miżjuda din it-tifsira ġdida li ġejja
" "id-Direttiva 2006/1/KE" tfisser id-Direttiva 2006/
1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar
2006 dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq
għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq;";
(ċ) minnufih wara t-tifsira "Direttiva (UE) 2015/719"
tiegħu għandha tiġi miżjuda din it-tifsira ġdida li ġejja
" "Direttiva (UE) 2022/738" tfisser Direttiva (UE)
2022/738 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’
April 2022 li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta’
vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’
merkanzija bit-triq;";
(d) minnufih wara t-tifsira "Regolament (KE) nru 1071/
2009" tiegħu għandha tiġi miżjuda din t-tifsira ġdida li ġejja
""Regolament (KE) Nru 1072/2009" tfisser
Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni
għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq
tal-merkanzija;";
(e) minnufih wara t-tifsira "Regolament (UE) Nru 165/
2014" tiegħu għandhom jiġu miżjuda dawn it-tifsiriet ġodda li
ġejjin
" "Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
(UE) 2016/480" tfisser Regolament ta’ Implimentazzjoni
tal-Kummissjoni (UE) 2016/480 tal-1 ta’ April 2016 li
jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-
interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-
impriżi tat-trasport bit-triq u li jħassar ir-Regolament (UE)
Nru 1213/2010;
"Regolament (UE) 2016/679" tfisser Regolament
(UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27
ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-
rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-
moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/
KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data);";
(f) it-tifsira "vettura" tiegħu għandha tiġi sostitwita b’din
it-tifsira ġdida li ġejja
" "vettura" tfisser, għall-fini ta’ dawn ir-regolamenti,
vettura bil-mutur, trattur, trailer jew semi-trailer jew taħlita
ta’ dawn il-vetturi maħsuba esklussivament għall-ġarr ta’
merkanzija;" u
(g) minnufih wara t-tifsira "vettura" tiegħu,
kif
sostitwita, għandha tiġi miżjuda din it-tifsira ġdida li ġejja
" "vettura mikrija" tfisser kull vettura li, bi ħlas u għal
perjodu determinat, titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’
impriża li tagħmel xogħol ta’ ġarr stradali ta’ merkanzija
b’kiri jew b’kumpens jew akkont tagħha stess fuq il-bażi
ta’ kuntratt mal-impriża li tagħmel il-vettura disponibbli;".
Il-paragrafu (d) tas-subregolament (1) tar-regolament 7 tar- Jemenda r-
regolamenti prinċipali għandu jiġi sostitwit b’dan il-paragrafu ġdid li regolament
tar-regolamenti
prinċipali.
"(d) partikolaritajiet
tan-numru
jew
klassi
jew
deskrizzjoni ta’ kull vettura bil-mutur disponibbli għall-użu fin-
negozju tal-ġarr stradali ta’ merkanzija relevanti jew negozju
propost bħal dak. L-imsemmija vetturi għandhom ikunu
reġistrati mal-Awtorità jew mikrija minn Stat Membru ieħor
Iżda għal vetturi mikrija minn Stat Membru ieħor
biex jintużaw fin-negozju relevanti ta’ ġarr stradali tal-
merkanzija, il-kuntratti ta’ kiri għall-vetturi rispettivi li
jikkonfermaw li dawn il-vetturi għandhom ikunu għad-
dispożizzjoni unika tal-applikant, għandhom jiġu sottomessi
wkoll
Iżda wkoll vettura mikrija minn Stat Membru ieħor
ma tistax tintuża f’Malta għal aktar minn xahrejn (2)
konsekuttivi f’kull sena kalendarja partikolari;".
Ir-regolament 9 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Jissostitwixxi r-
regolament 9
sostitwit b’dan ir-regolament ġdid li ġej
tar-regolamenti
prinċipali.
" Reġistru
L-Awtorità għandha tistabbilixxi u żżomm
Elettroniku
reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi li huma
Nazzjonali.
involuti fil-ġarr stradali tal-merkanzija, li għandu
jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu
16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.".
5. Ir-regolament 58 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Iħassar ir-
regolament 58
mħassar.
tar-regolamenti
prinċipali.
6. Ir-regolament 64 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi Jissostitwixxi r-
regolament 64
sostitwit b’dan ir-regolament ġdid li ġej
tar-regolamenti
prinċipali.
"64. (1) Għandu jkun possibbli li jintużaw fit-territorju
ta’ Malta vetturi mikrija minn impriżi stabbiliti fi Stati Membri
minbarra Malta jekk
(a) il-vettura hija reġistrata jew titpoġġa
f’ċirkolazzjoni skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe Stat Membru
u, jekk applikabbli, użata f’konformità mar-Regolamenti
(KE) Nru 1071/2009 u (KE) Nru 1072/2009;
(b) il-kuntratt jirrelata biss mal-kiri tal-vettura
mingħajr xufier, u m’huwiex akkumpanjat minn kuntratt
għal servizz konkluż mal-istess impriża li jkopri impjegati
li jsuqu jew ħaddiema li jakkumpanjaw;
(ċ) il-vettura mikrija tkun għad-dispożizzjoni biss
tal-impriża li qed tużaha matul it-terminu tal-kuntratt tal-
kera;
(d) il-vettura tinsaq minn ħaddiema tal-impriża li
qed tikriha;
(e) tinġieb prova li tkun konformi mal-
kondizzjonijiet tal-paragrafi (a) sa (d) mis-sottomissjoni
tad-dokumenti li ġejjin f’forma stampata jew elettronika, li
għandhom ikunu fuq il-vettura
(i) il-kuntratt tal-kera, jew estratt attestat
minn dak il-kuntratt li jagħti partikolarment l-isem ta’
min jikri, isem il-kerrej, id-data u ż-żmien tal-kuntratt
u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;
(ii) fejn ix-xufier ma jkunx il-persuna li tkun
kriet il-vettura, il-kuntratt tal-impjieg tax-xufier jew
estratt attestat minn dak il-kuntratt li jagħti
partikolarment l-isem ta’ min jimpjega, l-isem tal-
impjegat u d-data jew iż-żmien tal-kuntratt ta’
impjieg jew pay slip reċenti.
(2) Fejn l-Awtorità jidhrilha li jkun meħtieġ, hija tista’
tissostitwixxi d-dokumenti msemmija fil-paragrafu (e) tas-
subregolament (1) b’dokument ekwivalenti maħruġ għal dak l-
għan.
(3) L-Awtorità għandha ddaħħal in-numru tar-
reġistrazzjoni ta’ vettura mikrija użata minn impriża li tkun
involuta fil-ġarr stradali tal-merkanzija b’kiri jew b’kumpens fir-
reġistru elettroniku nazzjonali msemmi fir-regolament 9.
(4) L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-
awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u għandha
tipprovdihom mingħajr dewmien b’assistenza reċiproka u bi
kwalunkwe informazzjoni relevanti sabiex jiġu ffaċilitati l-
implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-regolament. Għal dan il-
għan, l-Awtorità għandha tinnomina punt ta’ kuntatt nazzjonali
responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri
l-oħra.
(5) L-iskambju tal-informazzjoni relatat ma’ dan ir-
regolament għandu jseħħ permezz tar-Reġistri Ewropej tal-
Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU) kif speċifikat mir-
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/
480. (6) L-Awtorità għandha tiżgura li l-informazzjoni li
tirċievi skont dan ir-regolament tintuża biss fir-rigward tal-
kwistjonijiet li għalihom tkun intalbet. Kwalunkwe pproċessar
tad-data personali għandu jsir biss għall-finijiet ta’ konformità
ma’ dan ir-regolament u għandu jikkonforma mar-Regolament
(UE) 2016/679.
(7) L-Awtorità għandha tipprovdi l-kooperazzjoni
amministrattiva u l-assistenza lill-awtoritajiet kompetenti ta’
Stati Membri oħra fir-rigward ta’ dan ir-regolament mingħajr
ħlas.
(8) Talba għall-informazzjoni riċevuta jew magħmula
mill-Awtorità fir-rigward ta’ dan ir-regolament ma għandhiex
tipprekludi lill-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu t-talba milli
jieħdu miżuri skont il-liġi relevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali
biex jinvestigaw u jipprevjenu ksur allegat ta’ regoli li jirriżulta
mit-traspożizzjoni ta’ Direttiva (UE) 2022/738.
(9) L-Awtorità għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex
tiżgura li l-ipproċessar tad-data msemmija fis-subregolament (3)
jikkonforma mar-rekwiżiti għall-informazzjoni msemmijin fl-
Artikolu 16(2), punt (g), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 kif
speċifikat fl-Artikolu 16(2), it-tielet u l-ħames subparagrafi, u fl-
Artikolu 16(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament.
(10) L-Awtorità għandha tiżgura li d-data msemmija fis-
subregolament (3) tkun aċċessibbli waqt il-kontrolli mal-ġenb
tat-triq mwettqa mill-uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorità.".