Legislator Case Law & Legislation
ln_2023_149 MT

Regolamenti tal-2023 dwar il-Protezzjoni tar-Rizza

7 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (7)

Statutory Text (7 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 149 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,082– 07.07.2023<P Class=Msonormal — Regolamenti tal-2023 dwar il-Protezzjoni tar-Rizza

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,082, 7 ta’ Lulju, 2023 B 1235

A.L. 149 tal-2023

ATT DWAR IL-KONSERVAZZJONI U L-

AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD

(KAP. 425)

ATT DWAR IS-SERVIZZI VETERINARJI

(KAP. 437)

ATT DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL

(KAP. 449)

ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT

(KAP. 549)

Regolamenti tal-2023 dwar il-Protezzjoni tar-Rizza

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 38 tal-Att dwar il-

Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd, bl-artikolu 10 tal-Att

dwar is-Servizzi Veterinarji, bl-artikolu 10 tal-Att dwar is-Sigurtà fl-

Ikel u bl-artikoli 54 u 55 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, il-

Ministru responsabbli għas-sajd u l-akkwakultura, il-Ministru

responsabbli għas-servizzi veterinarji wara konsultazzjoni mal-

Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika, il-Ministru responsabbli

għas-saħħa pubblika, u l-Ministru responsabbli għall-ambjent wara

konsultazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, għamlu dawn

ir-regolamenti li ġejjin:-

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 149 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,082– 07.07.2023<P Class=Msonormal — Regolamenti tal-2023 dwar il-Protezzjoni tar-Rizza

(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamentu hu r-Regolamenti Titolu, għan u

applikabbiltà.

tal-2023 dwar il-Protezzjoni tar-Rizza.

(2)

L-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu li jipprovdu għal

moratorju fir-rigward tar-rizza li tinsab fil-Gżejjer Maltin għall-

konservazzjoni tagħha.

(3) L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, id-Direttur

responsabbli għas-Sajd, id-Direttorat dwar ir-Regolamentazzjoni

Veterinarja u s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika għandhom

jikkollaboraw u jikkooperaw fl-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti.

(4) Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti ma għandhomx

jibqgħu effettivi fi żmien sentejn (2) mid-data tad-dħul fis-seħħ

tagħhom.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 149 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,082– 07.07.2023<P Class=Msonormal — Regolamenti tal-2023 dwar il-Protezzjoni tar-Rizza

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma Tifsir.

teħtieġx xort’oħra

"Att" tfisser l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent;

"awtoritajiet kompetenti" tfisser l-Awtorità għall-Ambjent

u r-Riżorsi mwaqqfa bl-artikolu 6 tal-Att;

"awtoritajiet rilevanti" tfisser l-Awtorità għall-Ambjent u r-

Riżorsi, id-Direttur responsabbli għas-Sajd, id-Direttorat dwar

ir-Regolamentazzjoni Veterinarja u s-Suprintendent tas-Saħħa

Pubblika;

"eżemplari" tfisser kwalunkwe rizza fi kwalunkwe stadju

taċ-ċiklu tal-ħajja tagħha, kemm jekk ħajja jew mejta, kemm

jekk sħiħa jew parti minnha, kemm jekk fil-forma oriġinali jew

wara li tkun għaddiet minn xi trasformazzjoni u tinkludi

kwalunkwe parti jew derivattiv tagħha, kif ukoll kwalunkwe

merkanzija oħra li, minn xi dokument ta’ akkumpanjament, l-

imballaġġ jew marka jew tikketta jew minn kwalunkwe

ċirkostanza oħra, tkun tidher li jkunu partijiet jew derivattivi

minn dak l-ispeċi;

"prova dokumentarja" tfisser kwalunkwe liċenzja jew

awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni rilevanti, ċertifikat tas-saħħa,

dikjarazzjoni tad-dwana, immarkar li jindika li l-eżemplari

inkiseb barra mill-ibħra Maltin, fatturi jew irċevuti li jindikaw li

l-eżemplari nxtara barra mill-ġurisdizzjoni Maltija, jew

kwalunkwe prova oħra komparabbli.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 149 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,082– 07.07.2023<P Class=Msonormal — Regolamenti tal-2023 dwar il-Protezzjoni tar-Rizza

L-ebda persuna ma għandha tiddisturba, teqred, ikollha fil-

pussess tagħha, tittrasporta, tbigħ, tpartat, toffri għall-bejgħ jew għat-

tpartit, jew tesporta kwalunkwe eżemplari jew tipprova tagħmel xi

waħda minn dawn l-azzjonijiet

Iżda dan ir-regolament ma għandux japplika jekk

(a)

il-persuna jkollha fil-pussess tagħha permess validu

għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika bona fide maħruġ mill-

awtorità kompetenti; jew

(b) il-persuna li timporta, iddaħħal f’Malta, tittrasporta,

taħżen, tippossjedi, tirreklama, tqassam jew tbigħ kwalunkwe

eżemplari tipprova għas-sodifazzjon tal-awtoritajiet rilevanti li

għandha prova dokumentarja li tappartjeni għall-importazzjoni

jew il-ġarr leġittimu lejn Malta.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 149 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,082– 07.07.2023<P Class=Msonormal — Regolamenti tal-2023 dwar il-Protezzjoni tar-Rizza

Applikazzjonijiet għal permess għal riċerka xjentifika

għandhom isiru skont it-Taqsima XI tar-Regolamenti dwar il-

Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 149 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,082– 07.07.2023<P Class=Msonormal — Regolamenti tal-2023 dwar il-Protezzjoni tar-Rizza

Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti u l-attivitajiet ta’ Kontroll u

kontroll u infurzar fir-rigward tagħhom, l-awtoritajiet rilevanti infurzar.

għandhom mutatis mutandis jeżerċitaw is-setgħat u r-

responsabbiltajiet kollha tagħhom skont il-leġiżlazzjoni applikabbli

Iżda kwalunkwe delega tas-setgħat kif permessa skont xi

liġi oħra għandha tapplika bl-istess mod għall-finijiet ta’ dawn ir-

regolamenti.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2023 149 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,082– 07.07.2023<P Class=Msonormal — Regolamenti tal-2023 dwar il-Protezzjoni tar-Rizza

Kwalunkwe persuna li taġixxi bi ksur ta’ xi dispożizzjoni Reati u pieni.

ta’ dawn ir-regolamenti għandha tkun ħatja ta’ reat fir-rigward ta’

dawn ir-regolamenti u għandha teħel, meta tinstab ħatja minn qorti

kriminali kompetenti

(a) fil-każ tal-ewwel reat, multa ta’ mhux inqas minn

ħames mitt euro (€500) iżda li ma teċċedix ħamest elef euro

(€5,000);

(b) fil-każ tat-tieni reat jew reat sussegwenti, multa ta’

mhux inqas minn elf euro (€1,000) iżda li ma teċċedix għaxart

elef euro (€10,000)

Iżda kwalunkwe awtorità rilevanti tista’ timponi

kwalunkwe penali jew piena alternattiva kif provdut fil-leġiżlazzjoni

applikabbli

Iżda wkoll qabel ma tapplika kwalunkwe penali jew piena

l-awtorità rilevanti għandha tikkonsulta u tikkoordina mal-awtoritajiet

rilevanti l-oħra

Iżda wkoll il-Pulizija Eżekuttiva ma tistax ex officio

tistitwixxi proċeduri kriminali taħt dawn ir-regolamenti mingħajr

kwerela minn awtorità rilevanti.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →