ta’ Taqsimiet-Studju u Għotjiet
Statutory Text (4 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,074, 23 ta’ Ġunju, 2023
Taqsima B
A.L. 134 tal-2023
ATT DWAR L-EDUKAZZJONI
(KAP. 327)
Ir-Regolament tal-2023 biex jemenda r-Regolamenti dwar iċ-Ċertifikazzjoni
ta’ Taqsimiet-Studju u Għotjiet
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu bl-artikoli 74 (5) u 75 (6) tal-Att dwar
l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier tal-Università ta’ Malta ppromulga dan
ir-regolament magħmul mis-Senat tal-Università ta’ Malta bis-saħħa tas-setgħat
mogħtija lilu bl-artikoli 75 (3) u 79 (b) ta’ dak l-Att
It-Titlu
Dan ir-regolament jista’ jissejjaħ bħala r-Regolament tal-2023 biex jemenda
r-Regolamenti dwar iċ-Ċertifikazzjoni ta’ Taqsimiet-Studju u Għotjiet u għandu
jinqara u jinftiehem bħala ħaġa waħda mar-Regolamenti dwar iċ- Ċertifikazzjoni ta’
Taqsimiet-Studju u Għotjiet, ippubblikati bħala Avviż Legali 392 tal-2020, li minn
hawn ’il quddiem jissejħu “ir-regolamenti prinċipali”.
L-Applikabilità
Dan ir-regolament għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2023 ’il quddiem.
L-Emenda għar-regolament 3 tar-regolamenti prinċipali
Minflok il-paragrafu (4) tar-regolament 3 tar-regolamenti prinċipali
għandu jidħol dan li ġej
“(4) Il-Bord ta’ Fakultà li joffri kors li jwassal għal ċertifikat, diploma jew
grad jista’ jippermetti t-trasferiment ta’ tali kretti għal wieħed mill-korsijiet tiegħu
jekk il-kontenut u l-livell ikunu komparabbli u jekk it-taqsimiet-studju kkonċernati
jkunu tlestew mhux aktar minn seba’ snin qabel.”