Legislator Case Law & Legislation
ln_2016_160 MT

l-Komunikazzjoni

4 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Statutory Text (4 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2016 160 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,570 – 09.05.2016 — l-Komunikazzjoni

B

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,570, 9 ta’ Mejju, 2016

Taqsima B

A.L. 160 tal-2016

ATT DWAR L-EDUKAZZJONI

(KAP. 327)

L-Ordinamenti tal-2016 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2015 skont

ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’

wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta’ Master of Science – M.Sc. –

taħt il-patroċinju tal-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u

l-Komunikazzjoni

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikoli 74(5) u 75(6) tal-Att dwar

l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier tal-Università ta’ Malta ppromulga dawn

l-ordinamenti magħmulin mill-Bord tal-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u

l-Komunikazzjoni bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikolu 81(1)(c) ta’

dak l-Att u li ġew approvati mis-Senat tal-Università ta’ Malta kif jirrikjedi l-artikolu

81(2) ta’ dak l-Att

It-Titlu

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2016 160 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,570 – 09.05.2016 — l-Komunikazzjoni

Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala l-Ordinamenti tal-2016 biex

jemendaw l-Ordinamenti tal-2015 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-

Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta’ Master of Science

– M.Sc. – u għandhom jinqraw u jinftiehmu bħala ħaġa waħda mal-Ordinamenti tal-

2015 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’

wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta’ Master of Science – M.Sc. - taħt il-patroċinju

tal-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, ippubblikati

bħala Avviż Legali 25 tal-2016, li minn hawn ’il quddiem jissejħu “l-ordinamenti

prinċipali”.

L-Applikabilità

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2016 160 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,570 – 09.05.2016 — l-Komunikazzjoni

Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw minn Ottubru 2016 jew wara.

L-Emenda għall-ordinament 4 tal-ordinamenti prinċipali

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2016 160 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,570 – 09.05.2016 — l-Komunikazzjoni

Minflok is-sottoparagrafu (ċ) tal-paragrafu (1) tal-ordinament 4 tal-

ordinamenti prinċipali għandu jidħol dan li ġej

“(ċ) il-grad ta’ Bachelor of Science (Honours) fil-Computing Science jew fil-

Computer Engineering - B.Sc. (Hons) – miksub mill-anqas fit-Tieni Klassi bl-Unuri;

jew”

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →