taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija
Table of Provisions (11)
Statutory Text (11 Articles)
B
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,570, 9 ta’ Mejju, 2016
Taqsima B
A.L. 159 tal-2016
ATT DWAR L-EDUKAZZJONI
(KAP. 327)
L-Ordinamenti tal-2016 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008
għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad
għall-Grad ta’ Master of Laparoscopic Surgery – M. Lap. Surg. -
taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikoli 74(5) u 75(6) tal-Att dwar
l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier tal-Università ta’ Malta ppromulga dawn
l-ordinamenti magħmulin mill-Bord tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija bis-saħħa
tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikolu 81(1)(ċ) ta’ dak l-Att u li ġew approvati mis-
Senat tal-Università ta’ Malta kif jirrikjedi l-artikolu 81(2) ta’ dak l-Att
It-Titlu u l-Interpretazzjoni
(1) Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala l-Ordinamenti tal-2016
skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara
l-Ewwel Grad għall-grad ta’ Master of Laparoscopic Surgery – M. Lap. Surg. - taħt
il-patroċinju tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija.
(2) F’dawn l-ordinamenti, sakemm il-kuntest ma jirrikjedix mod ieħor -
“il-Bord” tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;
“il-Bord tal-Istudji” tfisser il-Bord tal-Istudji maħtur mis-Senat għall-Kors, fuq
ir-rakkomandazzjoni tal-Bord;
“il-Grad” tfisser il-grad ta’ Master of Laparoscopic Surgery - M. Lap. Surg.;
“il-Kors” tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-grad ta’ Master of
Laparoscopic Surgery - M. Lap. Surg.;
“il-Postgraduate Diploma” tfisser il-Postgraduate Diploma in Laparoscopic
Surgery – P.G.Dip. Lap.Surg.; u
“ir-Regolamenti Prinċipali” tfisser ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-
Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad.
B
L-Applikabilità
Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru
2016 jew wara.
Ir-Rekwiżiti għad-Dħul
(1) Il-Kors huwa miftuħ għal applikanti li għandhom il-grad ta’ Doctor of
Medicine and Surgery jew l-ekwivalenti flimkien ma’ tal-anqas tliet snin esperjenza
ta’ xogħol fil-kirurġija. Din l-esperjenza għandha normalment tkun miksuba wara li
l-applikanti jingħataw il-kwalifika ta’ Doctor of Medicine and Surgery.
(2) L-applikanti kollha huma meħtieġa jissottomettu mal-applikazzjoni
tagħhom ittra ta’ motivazzjoni miktuba bl-Ingliż għaliex qegħdin japplikaw għall-
Kors, kif ukoll kopja tal-Curriculum Vitae (C.V.) tagħhom. L-applikanti huma wkoll
meħtieġa li juru evidenza li huma koperti minn polza valida tal-assigurazzjoni tal-
indennità matul iż-żmien tal-Kors.
(3) Is-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord, għandu jiddetermina
n-numru ta’ applikanti li jistgħu jitħallew jirreġistraw għall-Kors, skont ir-riżorsi
disponibbli. L-għadd ta’ postijiet disponibbli għandu jitħabbar fiż-żmien tas-sejħa
għall-applikazzjonijiet.
(4) Meta l-għadd ta’ applikanti li jistgħu jidħlu għall-Kors ikun limitat
skont il-paragrafu (3) ta’ dan l-ordinament, u n-numru ta’ applikanti eliġibbli
jaqbeż in-numru ta’ postijiet disponibbli, l-applikanti għandhom jintgħażlu skont il-
kriterji li ġejjin, li l-piż tagħhom għandu jkun ippubblikat fiż-żmien tas-sejħa għall-
applikazzjonijiet
(a) il-klassifikazzjoni tal-ewwel grad;
(b) l-esperjenza fil-qasam ta’ studju;
(ċ) l-ittra ta’ motivazzjoni; u
(d) il-livell milħuq waqt intervista.
(5) Il-bord ta’ l-intervisti maħtur mill-Bord għandu jkun magħmul minn
tal-anqas tliet membri. Il-bord ta’ l-intervisti jista’ juża mezzi ta’ komunikazzjoni
elettroniċi sabiex isiru l-intervisti mal-applikanti.
(6) Għall-iskop tal-għażla, l-applikanti li l-kwalifiki tagħhom, kif stipulat
f’dan l-ordinament, ikunu miksuba sal-31 t’Awwissu qabel il-bidu tal-Kors għandhom
jitqiesu l-ewwel.
It-Tul tal-Kors
Il-Kors għandu jinfirex fuq tliet semestri ta’ studju fuq bażi full-time, jew
sitt semestri ta’ studju fuq bażi part-time, inkluż is-semestri tas-sajf.
B
Il-Programm ta’ Studju
(1) Il-programm ta’ studju jikkonsisti minn taqsimiet studju li għalihom
hemm assenjati total ta’ 90 krettu ECTS, li minnhom 60 krettu ECTS huma assenjati
għal taqsimiet studju mgħallma u kliniċi u 30 krettu ECTS huma assenjati għad-
dissertazzjoni.
(2) L-istudenti li jiksbu s-60 krettu ECTS assenjati għat-taqsimiet studju
mgħallma u kliniċi b’marka medja ta’ mill-anqas 50% u ma jkomplux il-Kors, jew
wara li komplew ma jtemmux b’suċċess il-Kors, ikunu eliġibbli għall-għoti tal-
Postgraduate Diploma.
(3) L-istudenti jkunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad jekk jiksbu d-90 krettu
ECTS kif imsemmi fil-programm ta’ studju għall-Kors b’marka medja ta’ mill-anqas
50%.
(4) Il-programm ta’ studju jkun ippubblikat wara l-approvazzjoni tas-
Senat, normalment mhux inqas minn tmien xhur qabel il-bidu tal-Kors.
Il-Valutazzjoni u l-Progress
(1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma u klinika għandha tkun
kompluta sal-aħħar tas-semestru li fih ikun sar it-tagħlim tat-taqsima studju.
(2) L-istudenti li, f’xi sena akkademika’ jeħlu fil-valutazzjoni ta’ mhux
aktar minn 20 krettu ECTS għat-taqsimiet studju mgħallma u kliniċi, jekk ikunu
qegħdin isegwu l-Kors full-time, jew mhux aktar minn 10 kretti ECTS jekk qegħdin
isegwu l-Kors part-time, għandhom jingħataw l-opportunità li joqogħdu għall-
valutazzjoni mill-ġdid fit-taqsimiet studju li weħlu minnhom fis-sessjoni tal-eżamijiet
supplimentari ta’ Settembru.
(3) L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ kretti permessi skont il-
paragrafu (2) ta’ dan l-ordinament, jew l-istudenti li wara valutazzjoni mill-ġdid ma
jiksbux il-kretti għal xi taqsima studju, ikunu meqjusa li weħlu mill-Kors.
Id-Dissertazzjoni
(1) L-istudenti huma meħtieġa li jippreżentaw dissertazzjoni individwali
ta’ madwar 25,000 kelma skont il-linji gwida maħruġin mill-Bord.
(2) Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni għandu jsir waqt it-tielet semestru tal-
Kors. Kull student ikun assenjat superviżur li għandu jipprovdi gwida u pariri fuq
bażi regolari waqt il-perijodu ta’ studju.
B
(3) It-titlu provviżorju tad-dissertazzjoni u l-proposta ta’ riċerka dettaljata
għandhom ikunu mressqa għall-approvazzjoni tal-Bord skont id-data indikata mill-
Bord tal-Istudji.
(1) L-istudenti għandhom iżommu kuntatt regolari mas-superviżur tagħhom.
(2) Is-superviżuri għandhom jibagħtu lill-Bord tal-Istudji rapporti dwar il-
progress tal-istudenti taħt is-superviżjoni tagħhom. Dawn ir-rapporti jistgħu jinkludu
rakkomandazzjoni li jew (a) jestendu l-perijodu ta’ studju biex l-istudent ikun jista’
jtemm id-dissertazzjoni; jew (b) jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-superviur
jidhirlu li dan huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi, sakemm li
(i) l-estensjoni tal-perijodu ta’ studju msemmija f’(a) għandu jkun skont il-
provvedimenti tar-Regolamenti Prinċipali; u
(ii) il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont (b) jekk qabel ma
jkunx ta opportunità lill-istudent li jiddefendi l-każ tiegħu.
Il-Klassifikazzjoni tar-Rikonoxximenti
Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop tal-klassifikazzjoni tal-
Postgraduate Diploma u tal-Grad għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fil-
komponenti kollha tal-programm ta’ studju, bil-kretti kollha jingħataw piż indaqs.
Il-Provvedimenti Speċjali għall-Korsijiet fuq Bażi Part-Time
Il-provvedimenti tal-ordinamenti preċedenti għandhom japplikaw mutatis
mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi part-time, u soġġett għal dawk it-tibdiliet li
jistgħu raġonevolment jitqiesu mill-Bord bħala neċessarji minħabba n-natura part-
time tal-Kors.