Legislator Case Law & Legislation
ln_2014_177 MT

dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (Emenda Nru. 3)

7 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (7)

Statutory Text (7 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2014 177 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,255 – 23.05.2014 — dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (Emenda Nru. 3)

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 19,255, 23 ta’ Mejju, 2014 B 1951

A.L. 177 tal-2014

ATT DWAR L-AWTORITÀ GĦAT-TRASPORT F’MALTA

(KAP. 499)

ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU

(KAP. 65)

Regolamenti tal-2014 li jemendaw ir-Regolamenti

dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (Emenda Nru. 3)

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 43 tal-Att dwar l-

Awtorità għat-Trasport f’Malta u bl-artikolu 54 tal-Ordinanza dwar

ir-Regolament tat-Traffiku, il-Ministru għat-Trasport u l-

Infrastruttura, b’konsultazzjoni mal-Awtorità għat-Trasport f’Malta,

għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin:-

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2014 177 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,255 – 23.05.2014 — dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (Emenda Nru. 3)

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti tal-2014 Titolu u bidu

li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri fis-seħħ.

(Emenda Nru. 3), u dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw u

jiftiehmu ħaġa waħda mar-Regolamenti dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ L.S. 499.56

Passiġġieri, hawn aktar ’il quddiem imsejħa "ir-regolamenti

prinċipali".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2014 177 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,255 – 23.05.2014 — dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (Emenda Nru. 3)

It-tieni proviso tas-subregolament (2) tar-regolament 28 Jemenda r-

regolament 28

tar-regolamenti prinċipali, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej

tar-regolamenti

prinċipali.

"Iżda wkoll bus mikxufa li ddaħħlet f’Malta qabel id-19 ta’

Mejju 2009 u li dwarha tkun saret applikazzjoni mal-Awtorità

għar-reġistrazzjoni tagħha qabel dik id-data tista’ tigi reġistrata

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2014 u dan minkejja dak li

jipprovdi l-paragrafu (b), biss f’dawk il-każi fejn l-applikant

(jew fejn il-persuna li titlob reġistrazzjoni bħal dik m’hijiex l-

istess persuna li ssottomettiet l-applikazzjoni oriġinali, l-

applikant preżenti kif ukoll l-applikant oriġinali) jiffirma

dikjarazzjoni fejn jirrinunzja irrevokabbilment għal kull dritt ta’

xi azzjoni kontra l-Awtorità u jiddikjara li ma għandu l-ebda

talba jew pretenzjoni kontra l-Awtorità jew kontra l-Gvern ta’

Malta jew kontra xi uffiċjali tagħhom li huma relatati jew li

għandhom x’jaqsmu man-nuqqas ta’ użu tal-istess bus mikxufa

qabel id-data tar-reġistrazzjoni u li hu jżomm lill-Awtorità, lill-

Gvern ta’ Malta u lill-imsemmija uffiċjali mingħajr

responsabbiltà għal talbiet bħal dawk minn terzi persuni.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2014 177 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,255 – 23.05.2014 — dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (Emenda Nru. 3)

Fis-subregolament (2) tar-regolament 69 tar-regolamenti

prinċipali, minflok il-kliem "skond dan ir-regolament.", għandhom

jidħlu l-kliem "skont dan ir-regolament:", u minnufih wara għandu

jiżdied dan il-proviso ġdid li ġej

"Iżda l-operatur jista’ wkoll juża jew iħalli li tintuża tali

bus mikxufa biex tipprovdi servizzi ta’ ġarr tal-passiġġieri

oħrajn wara li jkun tħallas id-dritt tad-dħul relattiv skont ir-

regolament 117.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2014 177 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,255 – 23.05.2014 — dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (Emenda Nru. 3)

Is-subregolament (3) tar-regolament 116 tar-regolamenti

prinċipali għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej

"(3) Is-subregolament (2) m’għandux japplika jekk il-

vettura għall-ġarr ta’ passiġġieri li trid titneħħa minn fuq ir-

reġistru skont il-paragrafu (d) tiegħu kienet xi darba użata bħala

motor route bus fil-gżira ta’ Malta.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2014 177 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,255 – 23.05.2014 — dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (Emenda Nru. 3)

Ir-regolament 117 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi

emendat kif ġej

(a)

fis-subregolament (3) tiegħu, minflok il-kliem

"skont ir-regolament 116(2)(e)," għandhom jidħlu l-kliem

"skont ir-regolament 116(2)(ċ),"; u

(b) is-subregolament (4) tiegħu għandu jiġi sostitwit

b’dan li ġej

"(4) Is-subregolament (3) m’għandux japplika

jekk il-vettura għall-ġarr ta’ passiġġieri li trid titneħħa

minn fuq ir-reġistru kienet xi darba użata bħala motor

route bus fil-gżira ta’ Malta.".

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2014 177 · Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 19,255 – 23.05.2014 — dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (Emenda Nru. 3)

Minnufih wara l-proviso tal-punt 2 tal-Parti 4 tal-Għaxar

Skeda li tinsab mr-regolamenti prinċipali, għandu jiżdied dan il-punt

ġdid li ġej

"2A. Dritt tad-dħul li għandu jitħallas għal bus mikxufa li

ġiet manifatturata aktar minn għaxar snin qabel ma daħlu fis-

seħħ dawn ir-regolamenti, sabiex tintuża biex tipprovdi servizzi

ta’ ġarr tal-passiġġieri minbarra dawk fuq rotot ta’ trasport għat-

turisti .................................................................... €10,600".

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →