bil-kollaborazzjoni tal-Fakultà tal-Arti
Table of Provisions (12)
Statutory Text (12 Articles)
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 18,736, 21 ta’ April, 2011
Taqsima B
A.L. 143 tal-2011
ATT DWAR L-EDUKAZZJONI
(KAP. 327)
L-Ordinamenti tal-2011 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008
għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad
għall-Grad ta’ Master of Arts in Anglo-Italian Studies
taħt il-patroċinju tal-Istitut għall-Istudji Anglo-Taljani
bil-kollaborazzjoni tal-Fakultà tal-Arti
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu skont l-artikoli 74(5) u
75(6) tal-Att dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier tal-
Università ta’ Malta ppromulga dawn l-ordinamenti magħmulin mill-
Bord tal-Istitut għall-Istudji Anglo-Taljani bis-saħħa tas-setgħat
mogħtija lilu skont l-artikolu 5 (b) (v) tal-Istatut għal-Istitut u li ġew
approvati mis-Senat tal-Università ta’ Malta
It-Titolu u l-Interpretazzjoni
(1) Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala l-Ordinamenti tal-2011
skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara
l-Ewwel Grad għall-grad ta’ Master of Arts in Anglo-Italian Studies taħt il-
patroċinju tal-Istitut għall-Istudji Anglo-Taljani bil-kollaborazzjoni tal-Fakultà tal-
Arti.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
mod ieħor –
“il-Bord tal-Istudji” tfisser il-Bord tal-Istudji maħtur mis-Senat għall-Kors,
fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bordijiet tal-Istitut għall-Istudji Anglo-Taljani u tal-
Fakultà tal-Arti;
“il-Grad” tfisser il-grad ta’ Master of Arts in Anglo-Italian Studies;
“il-Kors” tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-grad ta’ Master of
Arts in Anglo-Italian Studies; u
“ir-Regolamenti Prinċipali” tfisser ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-
Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad.
L-Applikabilità
Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew
f’Ottubru 2010 jew wara.
Ir-Rekwiżiti għad-Dħul
Il-Kors ikun miftuħ għall-applikanti li għandhom waħda minn dawn il-
kwalifiki
(a) il-grad ta’ Bachelor fl-Ingliż jew fit-Taljan għall-anqas fit-Tieni Klassi
(bl-Unuri) tal-Università ta’ Malta; jew
(b) il-grad ta’ Bachelor fl-Ingliż jew fit-Taljan għall-anqas f’Kategorija II,
iżda l-applikanti jistgħu jkunu meħtieġa jtemmu programm preparatorju kif
speċifikat fl-ordinament 4.
Il-Programm Preparatorju
L-applikanti li m’għandhomx grad bl-Unuri u jidħlu skont il-paragrafu (b)
tal-ordinament 3 ikunu meħtieġa jtemmu programm preparatorju, li jikkonsisti minn
mhux anqas minn 30 krettu u mhux aktar minn 60 krettu kif indikat mill-Bord tal-
Istudji, skont in-numru ta’ kretti diġà miksuba f’dak il-qasam ta’ studju, b’marka
medja globali ta’ 55% jew aħjar, qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom bħala studenti
regolari fil-Kors.
It-Tul tal-Kors
Il-Kors għandu jinfirex fuq tliet semestri ta’ studju fuq bażi full-time jew
l-ekwivalenti fi studju part-time.
Il-Programm ta’ Studju
(1) Il-programm ta’ studju għandu jikkonsisti minn taqsimiet studju li
għalihom hemm assenjati total ta’ 90 krettu, li minnhom 30 krettu huma assenjati
għal taqsimiet studju mgħallma u 60 krettu huma assenjati għat-taqsima studju tad-
dissertazzjoni.
(2) Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat wara l-approvazzjoni
tas-Senat normalment mhux anqas minn tmien xhur qabel il-bidu tal-Kors.
Il-Valutazzjoni u l-Progress
(1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma għandha tkun
kompluta sal-aħħar tas-semestru li fih ikun sar it-tagħlim tat-taqsima studju.
(2) Dawk l-istudenti li jeħlu fil-valutazzjoni ta’ mhux aktar minn 10
kretti għat-taqsimiet studju mgħallma jingħataw l-opportunità li joqgħodu għall-
valutazzjoni mill-ġdid fit-taqsimiet studju li weħlu minnhom matul is-sessjoni tal-
eżamijiet supplimentari ta’ Settembru.
(3) L-istudenti li jeħlu f’aktar minn 10 kretti jew l-istudenti li wara
valutazzjoni mill-ġdid ma jiksbux il-kretti għal xi taqsima studju, jkunu meqjusa li
weħlu mill-Kors.
Id-Dissertazzjoni
(1) L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni individwali ta’
madwar 50,000 kelma skont il-linji gwida maħruġin mill-Bord tal-Istudji.
(2) Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni jista’ jsir wara l-approvazzjoni tal-
proposta. Kull student ikun assenjat superviżur li għandu jipprovdi gwida u pariri
fuq bażi regolari waqt il-perijodu ta’ studju.
(3) It-titlu provviżorju tad-dissertazzjoni u l-proposta ta’ riċerka dettaljata
għandhom ikunu mressqa għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Istudji fiż-żmien tas-
sejħa tal-applikazzjonijiet.
(1) L-istudenti għandhom iżommu kuntatt regolari mas-superviżur
tagħhom.
(2) Is-superviżuri għandhom jibgħatu lill-Bord tal-Istudji rapport dwar
il-progress ta’ kull student taħt is-superviżjoni tagħhom fl-aħħar ta’ kull semestru ta’
studju, kemm jekk l-istudent qiegħed isegwi l-Kors fuq bażi full-time jew fuq bażi
part-time. Dawn ir-rapporti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni li jew (a) jittawwal
il-perijodu ta’ studju biex l-istudent ikun jista’ jtemm id-dissertazzjoni; jew (b)
jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-superviżur jidhirlu li dan huwa xieraq fiċ-
ċirkostanzi, sakemm li
(i) l-estensjoni tal-perijodu ta’ studju msemmija f’(a) tkun skont il-
provvedimenti tar-Regolamenti Prinċipali; u
(ii) il-Bord tal-Istudji ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont (b) jekk
qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent li jiddefendi l-każ tiegħu.
Il-Klassifikazzjoni tar-Rikonoxximent
Il- Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop tal-klassifikazzjoni tal-Grad
għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fil-komponenti kollha tal-programm
ta’ studju, bil-kretti kollha jingħataw piż indaqs.
Il-Provvedimenti Speċjali għall-Korsijiet fuq Bażi Part-Time
Il-provvedimenti tal-ordinamenti preċedenti għandhom japplikaw mutatis
mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi part-time, u suġġett għal dawk it-tibdiliet li
jistgħu raġonevolment jitqiesu mill-Bord tal-Istudji bħala neċessarji minħabba n-
natura part-time tal-Kors.