Legislator Case Law & Legislation
ln_2010_82 MT

Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet

6 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (6)

Statutory Text (6 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2010 82 — Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 18,550, 16 ta’ Frar, 2010

A.L. 82 tal-2010

ATT DWAR KUNSILLI LOKALI

(KAP. 363)

Regolamenti tal-2010 li jemendaw ir-Regolamenti dwar

Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikoli 47A u 72 ta’

l-Att dwar Kunsilli Lokali, il-Prim Ministru għamel ir-regolamenti

li gejjin:-

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2010 82 — Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti tal-2010 Titolu.

li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għal

Komunitajiet, u għandhom jinqraw u jiftiehmu bħala ħaġa waħda

mar-Regolamenti tal-2010 dwar Kumitati Amministrattivi għal A.L. 54 tal-2010.

Komunitajiet, hawnekk iżjed ’il quddiem imsejħa “ir-regolamenti

prinċipali.”.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2010 82 — Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet

Ir-regolament 4 tar-regolamenti prinċipali għandu jiġi

emendat kif ġej:-

(a) minflok is-subregolament (1) tiegħu, għandu jidħol

dan li ġej

“(1) Il-membri tal-Kumitat Amministrattiv

għandhom jiġu eletti mir-residenti reġistrati fit-toroq tal-

Komunità li għaliha tkun qegħda ssir l-elezzjoni.”;

(b) fis-subregolament (2) tiegħu, minnufih wara

l-kliem “ta’ dawn is-subregolamenti li ġejjin.” għandha

tiżdied din il-proviso li ġejja:-

“Iżda fil-każ ta’ xi diskrepanza bejn dawn ir-

regolamenti u d-dispozizzjionijiet tat-Tielet Skeda li

tinsab mal-Att, jew f’dawk iċ-ċirkostanzi oħra li ma

jinkwadrawx taħt dawn ir-regolamenti jew taħt it-Tielet

Skeda li tinsab mal-Att, il-Kummissjoni Elettorali

jkollha s-setgħa li tiddeċiedi dwar kull ħaġa jew li tieħu

dawk il-miżuri li jidhrilha xierqa.”;

(ċ) fis-subregolament (3) tiegħu, minnufih wara

l-kliem “tal-votazzjoni.” għandhom jiżdiedu l-kliem “Id-

distanzi msemmija fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Att, mill-

post tal-votazzjoni u l-post tal-għadd tal-voti ma japplikawx

għal dawn l-elezzjonijiet.”;

(d) fis-subregolament (4), minnufih wara l-kliem

“d-dokument tal-votazzjoni.” għandhom jidħlu il-kliem “Il-

Kummissjoni Elettorali għandha tibgħat permezz tal-posta

ordinarja lil kull persuna li jkollha jedd li tivvota, avviż li

jkun jindika l-post u l-kamra tal-votazzjoni u kull dettal

ieħor li l-Kummissjoni jidhrilha li jkunu meħtieġa. Biex

persuna tkun tista’ tivvota, hija għandha tmur fil-post indikat,

tippreżenta l-Karta tal-Identità u tiffirma ħdejn isimha fil-lista

tal-persuni li jkollhom jedd li jivvutaw. Min ma jkunx jista’

jiffirma għandu jagħmel marka li hdejha jiffirmaw l-Assistenti

Kumissjonarji Elettorali.”;

(e)

minflok is-subregolament (5) għandu jidħol dan li

ġej:-

“(5) Ikunu eliġibbli biex jivvotaw u

jikkontestaw l-elezzjoni dawk biss li jkunu reġistrati fir-

Reġistru Elettorali u li jkunu joqogħdu fit-toroq f’dik il-

Komunità. Dan japplika wkoll għal dawk il-persuni li

jissekondaw il-kanditatura.”; u

(f) fis-subregolament (6) tiegħu, l-kliem “biex jaqdu

dmiriethom fuq bażi ta’ unur” għandhom jitneħħew.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2010 82 — Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet

Fir-regolament 9 tar-regolamenti prinċipali, il-kliem “u

jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv” għandhom jiġu

sostitwiti bil-kliem “l-laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv iżda ma

jistax jieħu sehem fid-deċiżjonijiet”.

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2010 82 — Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet

Minnufih wara r-regolament 11 tar-regolamenti prinċipali,

għandu jiżdied dan ir-regolament ġdid li ġej

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2010 82 — Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet

L-Elezzjonijiet għall-Kumitati

“ Elezzjoni tal-

Kumitati

Amministrattivi għandhom isiru fis-27 ta’ Marzu, 2010

Amminis-

f’dawn il-Komunitajiet li ġejjin

trattivi.

B

M a r s a l f o r n fi l - l o k a l i t à t a ż - Ż e b b u ġ

(Għawdex);

Xlendi fil-lokalità tal-Munxar (Għawdex);

S a n t a L u ċ i j a fi l - l o k a l i t à t a ’ K e r ċ e m

(Għawdex);

Paceville fil-lokalità ta’ San Ġiljan;

Kappara fil-lokalità ta’ San Ġwann;

Madliena fil-lokalità tas-Swieqi;

Bubaqra fil-lokalità taż-Żurrieq;

Fleur-de-Lys fil-lokalità ta’ Birkirkara.”.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →