Management of Cultural Heritage
Table of Provisions (18)
Statutory Text (18 Articles)
B
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 17,907, 11 ta’ April, 2006
Taqsima B
A.L. 91 ta’ l-2006
ATT DWAR L-EDUKAZZJONI
(KAP. 327)
L-Ordinamenti ta’ l-2006 skond ir-Regolamenti
Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004
għall-Grad ta’ Bachelor in Conservation and Restoration Studies (Honours)
– B.Cons. (Hons) – taħt il-patroċinju ta’ l-Institute of Conservation and
Management of Cultural Heritage
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu skond l-artikoli 30(5) u 31(6)
ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier ta’ l-Università ta’
Malta ppromulga dawn l-ordinamenti magħmulin mis-Senat fuq ir-
rakkomandazzjoni ta’ l-Institute of Conservation and Management of
Cultural Heritage bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilu skond l-artikolu 37(1)
ta’ dak l-Att u li ġew approvati mis-Senat ta’ l-Università ta’ Malta kif
jirrikjedi l-artikolu 37(2) ta’ dak l-Att
Titolu u Interpretazzjoni
(1) Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala l-Ordinamenti ta’ l-2006
skond ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad,
2004 għall-grad ta’ Bachelor in Conservation and Recstoration Studies (Honours) –
B.Cons (Hons) – taħt il-patroċinju ta’ l-Institute of Conservation and Management
of Cultural Heritage.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma titlobx
mod ieħor -
“il-Bord ta’ l-Istudji” tfisser il-Bord ta’ l-Istudji għall-Kors maħtur mis-
Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni ta’ l-Istitut;
“il-Grad” tfisser il-grad ta’ Bachelor in Conservaation and Restoration
Studies (Honours) – B.Cons (Hons);
“l-Istitut” tfisser l-Institute of Conservation and Management of Cultural
Heritage;
“il-Kors” tfisser il-programm ta’ studji li jwassal għall-grad ta’ Bachelor in
Conservation and Restoration Studies (Honours) – B.Cons (Hons); u
“ir-Regolamenti Prinċipali” tfisser ir-Regolamenti
Ġenerali
għar-
Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004.
L-Applikabilita’
Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew
f’Ottubru 2004 jew wara.
L-Oqsma ta’ Studju
Skond il-provvedimenti ta’ dawn l-ordinamenti, l-oqsma ta’ studju
normalment offruti fil-Kors huma dawn li ġejjin
Qasam ta’ Studju A - Paintings and Polychrome Sculpture
Qasam ta’ Studju B - Ċeramika, Ħġieġ, Metall u Ġebel
Qasam ta’ Studju Ċ - Tessuti
Qasam ta’ Studju D - Kotba u Karta.
L-applikanti huma meħtieġa jagħżlu qasam wieħed ta’ studju.
Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jirrakkomanda lis-Senat il-qasam/l-oqsma ta’
studju offruti kull sena u l-għadd ta’ applikanti li jistgħu jitħallew jirreġistraw għal
kull qasam ta’ studju, skond ir-riżorsi disponibbli. L-għadd ta’ postijiet disponibbli
jkun imħabbar meta joħorġu l-applikazzjonijiet. L-oqsma ta’ studju jkunu offruti
jekk ikun hemm għadd biżżejjed ta’ applikanti kkwalifikati.
Jekk ikun hemm aktar applikanti eligibbli mill-għadd ta’ postijiet
disponibbli, l-applikanti jkunu magħżula skond il-livell li laħqu fl-Eżami għad-
Dħul.
Id-Dħul u r-Rekwiżiti Speċjali għall-Kors
(1) Biex ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-Kors l-applikanti
għandhom, barra milli jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul kif speċifikati fir-
Regolamenti għad-Dħul, ikollhom dawn ir-rekwiżiti speċjali għall-kors
(a) sa Ottubru 2006, ikunu għaddew fil-Livell Avvanzat fil-Kimika bi grad
D jew aħjar; minn Ottubru 2007, ikunu għaddew fil-Livell Intermedju fil-Kimika bi
grad C jew aħjar; u
(b) ikunu għaddew fl-Eżami għad-Dħul organizzat mill-Istitut, li għandu
jkun imfassal biex jeżamina l-kapaċita’ manwali u jittestja d-dispożizzjoni
akkademika, u, partikolarment, il-kapaċita’ tagħhom li jsegwu b’suċċess il-qasam
ta’ studju li għażlu.
(2) L-applikanti li għaddew fil-Livell Avvanzat fil-Kimika bi grad E
jew, minn Ottubru 2007, għaddew fil-Livell Intermedju fil-Kimika bi grad D, jidħlu
B
taħt dawk il-kundizzjonijiet li l-Bord ta’ l-Istudji jista’ jimponi biex jagħmel tajjeb
għall-kwalifiki nieqsa. Jekk, sa l-aħħar ta’ l-ewwel sena, dawn l-istudenti ma
jtemmux b’suċċess ir-rekwiżiti kollha biex jitilgħu regolarment għat-tieni sena tal-
Kors, huma ma kunux la intitolati biex jirrepetu s-sena u lanqas biex jitilgħu
kondizzjonalment kif normalment permess mir-Regolamenti Prinċipali.
L-Eżami għad-Dħul
L-applikanti kollha huma meħtieġa joqogħdu għall-Eżami għad-Dħul li
jsir kull sena jew fid-dati determinati mill-Bord ta’ l-Istudji.
L-Eżami għad-Dħul għandu normalment jikkonsisti minn test ta’ line
drawing, u test tal-kapaċita’ manwali u test tad-dispożizzjoni akkademika li
jikkonsistu minn eżamijiet bil-miktub u orali. Sabiex jgħaddu, l-applikanti huma
mistennija jgħaddu mill-komponenti kollha ta’ l-Eżami għad-Dħul, li jingħatalhom
l-istess piż. Il-mistoqsijiet isiru u għandhom jitwieġbu bl-Ingliż.
Il-karti ta’ l-Eżami għad-Dħul għandhom isiru minn eżaminaturi maħtura
mill-Bord ta’ l-Istudji.
It-Tul tal-Kors
Il-Kors jinfirex fuq perijodu ta’ erba’ snin ta’ studju fuq bażi full-time.
Il-Programm tal-Kors
Il-Kors jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati 240
kredtu, inklużi 20 kredtu assenjati għal dissertazzjoni.
Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jippubblika l-programm ta’ studju, imfassal
skond il-provvedimenti rilevanti tar-Regolamenti Prinċipali, u approvat mis-Senat.
Suġġett għall-tibdiliet li l-Bord ta’ l-Istudji, bl-approvazzjoni tas-Senat, jista’ ikun
kostrett jagħmel, l-istudenti huma marbuta li jsegwu t-taqsimiet studju u jiksbu l-
kredti kif indikat fil-programm ta’ studju li qed isegwu għall-Grad.
Id-Dissertazzjoni
Fir-Raba’ Sena tal-Kors, l-istudenti huma meħtieġa jissottomettu
dissertazzjoni, li għandha tinkludi parti prattika, ta’ bejn l-10,000 u t-12,000 kelma
dwar suġġett approvat mill-Bord ta’ l-Istudji.
Il-Progress u l-Valutazzjoni
Ma jkunx hemm valutazzjoni supplimentari għat-taqsimiet studju
prattiċi. L-istudenti li jeħlu fit-taqsimiet studju prattiċi jkunu meħtieġa jerġgħu
jagħmluhom f’sena żejda ta’ studji skond ir-Regolamenti Prinċipali.
Fit-Tieni u fit-Tielet Sena l-istudenti huma meħtieġa jagħmlu taħriġ fil-
post fil-qasam ta’ studju tagħhom matul Lulju u Settembru. Għaxar kredti jingħataw
għal kull sessjoni ta’ taħriġ fuq il-post.
Il-Klassifikazzjoni tar-Rikonoxximent
Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-klassifikazzjoni tal-Grad għandha
tkun ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fl-erba’ snin tal-Kors, li jingħataw piż kif ġej
It-taqsimiet studju ta’ l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Sena
20% kull sena
It-taqsimiet studju tar-Raba’ Sena, inkluża d-dissertazzjoni
40%.