Legislator Case Law & Legislation
ln_2006_90 MT

għall-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D.

4 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Statutory Text (4 Articles)

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2006 90 — għall-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D.

B

Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 17,907, 11 ta’ April, 2006

Taqsima B

A.L. 90 ta’ l-2006

ATT DWAR L-EDUKAZZJONI

(KAP. 327)

Ir-Regolamenti ta’ l-2006 biex jemendaw ir-Regolamenti ta’ l-1997 dwar il-Kors

għall-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D.

BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu bl-artikoli 30 (5) u 31 (6) ta' l-Att

dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier ta' l-Università ta' Malta

ppromulga dawn ir-regolamenti magħmula mis-Senat ta' l-Università ta' Malta

bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilu bl-artikoli 31 u 35 ta' dak l-Att

It-Titolu

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2006 90 — għall-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D.

Dawn ir-regolamenti jistgħu jissejħu bħala r-Regolamenti ta’ l-2006 biex

jemendaw ir-Regolamenti ta’ l-1997 dwar il-Kors għall-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D.

- u għandhom jinqraw u jinftiehmu bħala ħaġa waħda mar-Regolamenti ta’ l-1997 dwar

il-Kors għall-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D. - ippubblikati bħala Avviż Legali 9 ta’ l-

1997, li minn hawn ‘il quddiem jissejħu “ir-regolamenti prinċipali”.

L-Applikabilita’

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2006 90 — għall-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D.

Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw mid-9 ta’ Novembru 2005 ‘il

quddiem.

L-Emenda għar-regolament 6 tar-regolamenti prinċipali

Gazzetta tal-Gvern ta' Malta — Avviż Legali 2006 90 — għall-Grad ta’ Doctor of Laws - LL.D.

Minflok il-paragrafu (1) tar-regolament 6 tar-regolamenti prinċipali għandu

jidħol dan li ġej

“6. (1) L-Ewwel Parti tinfirex fuq l-ewwel erba’ semestri tal-Kors. Biex itemm

b’suċċess l-Ewwel Parti tal-Kors, kandidat għandu jikseb mill-inqas 55 kredtu (li jinkludu

l-kredti għat-taqsimiet studju obligatorji kollha), li minnhom 27 kredti (li jinkludu l-kredti

għat-taqsimiet studju obbligatorji) għandhom jittieħdu fl-ewwel żewġ semestri.”

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →