Master of Arts - M.A. - offrut miċ-Ċentru tat-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni
Table of Provisions (13)
Statutory Text (13 Articles)
B
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 17,907, 11 ta’ April, 2006
Taqsima B
A.L. 89 ta’ l-2006
ATT DWAR L-EDUKAZZJONI
(KAP. 327)
Ir-Regolamenti ta’ l-2006 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta’
Master of Arts - M.A. - offrut miċ-Ċentru tat-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu bl-artikoli 30 (5) u 31 (6) ta' l-Att
dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier ta' l-Universita' ta' Malta
ppromulga dawn ir-regolamenti magħmula mis-Senat ta' l-Universita' ta' Malta
bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilu bl-artikoli 31 u 35 ta' dak l-Att
It-Titolu
Dawn ir-regolamenti jistgħu jissejħu bħala r-Regolamenti ta’ l-2006 biex
jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - u għandhom
jinqraw u jinftiehmu bħala ħaġa waħda mar-Regolamenti ta’ l-2002 tal-Kors għall-Grad
ta’ Master of Arts - M.A. - ippubblikati bħala Avviż Legali 307 ta’ l-2002, li minn hawn
‘il quddiem jissejħu “ir-regolamenti prinċipali”.
L-Applikabilita’
Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru
2005 jew wara.
L-Emenda għar-regolament 7 tar-regolamenti prinċipali
Minflok il-paragrafu (1) tar-regolament 7 tar-regolamenti prinċipali għandu
jidħol dan li ġej
“7. (1) Matul il-Kors Preparatorju, l-istudenti huma meħtieġa jirreġistraw għal
taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati 60 kredtu. Biex itemmu l-Kors Preparatorju
b’suċċess, l-istudenti għandhom jiksbu 60 kredtu.”
Il-paragrafu (2) tar-regolament 7 tar-regolamenti prinċipali għandu jitħassar u
l-paragrafi (3) u (4) tar-regolament 7 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-
paragrafi (2) u (3) rispettivament.
Minflok il-paragrafu (2) tar-regolament 7 tar-regolamenti prinċipali għandu
jidħol dan li ġej
“(2) Ir-riżultat tal-Kors Preparatorju għandu jqis il-livell milħuq mill-
istudenti fit-taqsimiet studju kollha li jingħataw piż kif ġej
Taqsimiet studju sinottiċi
60%
Taqsimiet studju oħra
40%.”
L-Emenda għar-regolament 9 tar-regolamenti prinċipali
Minflok ir-regolament 9 tar-regolamenti prinċipali għandu jidħol dan li ġej
“9. Il-Kors ikun offrut b’dawn il-modi ta’ studju
(a) taqsimiet studju mgħallma li għalihom hemm assenjati 56 kredtu u taqsima
studju sinottika li għaliha hemm assenjati 4 kredti; jew
(b) taqsimiet studju mgħallma li għalihom hemm assenjati 48 kredti, practicum li
għalih hemm assenjati 8 kredti u taqsima studju sinottika li għaliha hemm assenjati 4
kredti; jew
(ċ)
taqsimiet studju mgħallma li għalihom hemm assenjati 40 kredtu,
dissertazzjoni jew proġett li għalihom hemm assenjati 16-il kredtu u taqsima studju
sinottika li għaliha hemm assenjati 4 kredti.”
L-Emenda għar-regolament 12 tar-regolamenti prinċipali
Minflok il-paragrafi (2) u (3) tar-regolament 12 tar-regolamenti prinċipali
għandu jidħol dan li ġej
“(2) Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-komponenti kollha tal-Kors għandhom
ikunu ppubblikati bħala marka perċentwali u grad kif indikat fit-tabella hawn taħt
Firxa ta’ Marki
Grad
80% - 100%
A
70% - 79%
B
55% - 69%
C
45% - 54%
D
0 - 44%
F
Kemm il-marka perċentwali kif ukoll il-grad għandhom ikunu mniżżla fir-rekord
akkademiku ta’ l-istudenti. Madankollu, il-marka perċentwali biss għandha tintuża biex
tkun ikkalkulata l-klassifikazzjoni finali tal-Grad.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju jitħallew joqogħdu għall-
valutazzjoni supplimentari. Din il-valutazzjoni supplimentari normalment issir bl-istess
mod ta’ valutazzjoni bħall-ewwel valutazzjoni. Il-valutazzjoni supplimentari għandha
B
ssir matul sessjoni ta’ l-eżamijiet skedata (normalment f’Settembru). Fil-każ ta’
assenjamenti, il-valutazzjoni supplimentari għandha ssir b’arranġament mal-lettur
ikkonċernat. Fil-valutazzjoni supplimentari, l-ogħla marka u grad li jistgħu jingħataw
huma 45% - grad D.”
L-Emenda għar-regolament 14 tar-regolamenti prinċipali
Minflok il-paragrafu (1) tar-regolament 14 tar-regolamenti prinċipali għandu
jidħol dan li ġej
“14. (1) L-istudenti li jirreġistraw għall-mod ta’ studju li jinkludi dissertazzjoni
għandhom jippreżentaw it-titlu u l-proposta ta’ riċerka għad-dissertazzjoni għall-
approvazzjoni tal-Bord fiż-żmien stipulat mill-Bord. Il-proposta ta’ riċerka għandha tkun
mill-aktar dettaljata possibbli sabiex il-Bord ikun jista’ jevalwa sewwa jekk hiex proposta
xierqa.”
Minflok il-paragrafu (7) tar-regolament 14 tar-regolamenti prinċipali għandu
jidħol dan li ġej
“(7) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ jeħtieġ lill-istudenti joqogħdu għal
eżami viva voce dwar id-dissertazzjoni tagħhom u dwar il-qasam ta’ studju ġenerali li
tagħmel parti minnu.”
L-Emenda għar-regolament 17 tar-regolamenti prinċipali
Minflok ir-regolament 17 tar-regolamenti prinċipali għandu jidħol dan li ġej
“17. Id-dissertazzjonijiet jew il-proġetti għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti
mill-Bord għal dan il-għan.”
L-Emenda għar-regolament 18 tar-regolamenti prinċipali
Il-paragrafu (2) li ġej għandu jiżdied wara l-paragrafu (1) tar-regolament 18
tar-regolamenti prinċipali
“(2) Biex jingħataw il-Grad, l-istudenti għandhom jgħaddu mill-komponenti
kollha tal-Kors kif imniżżla fir-regolament 9.”
Il-paragrafu (2) preżenti tar-regolament 18 tar-regolamenti prinċipali għandu
jkun innumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu (3).