taħt il-patroċinju ta’ l-Institute for Conservation and Restoration Studies
Table of Provisions (9)
Statutory Text (9 Articles)
B
Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 17,780, 17 ta’ {unju, 2005
Taqsima B
A.L. 216 ta’ l-2005
ATT DWAR L-EDUKAZZJONI
(KAP. 327)
L-Ordinamenti ta’ l-2005 skond ir-Regolamenti
Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004
għall-Grad ta’ Bachelor of Documentation Studies (Honours) – B.Doc. (Hons) –
taħt il-patroċinju ta’ l-Institute for Conservation and Restoration Studies
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu skond l-artikoli 30(5) u
31(6) ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327), il-Kanċillier ta’ l-
Universita’ ta’ Malta ppromulga dawn l-ordinamenti magħmulin mill-
Bord Akkademiku ta’ l-Institute for Conservation and Restoration Studies
bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilu skond l-artikolu 37(1) ta’ dak l-Att u li
ġew approvati mis-Senat ta’ l-Universita’ ta’ Malta kif jirrikjedi l-artikolu
37(2) ta’ dak l-Att
Titolu u Interpretazzjoni
(1) Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala l-Ordinamenti ta’ l-2005
skond ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad,
2004 għall-grad ta’ Bachelor of Documentation Studies (Honours) – B.Doc. (Hons)
– taħt il-patroċinju ta’ l-Institute for Conservation and Restoration Studies.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma titlobx
mod ieħor -
“il-Bord Akkademiku” tfisser il-Bord Akkademiku ta’ l-Institute for
Conservation and Restoration Studies tal-Malta Centre for Restoration;
“il-Bord ta’ l-Istudji” tfisser il-Bord ta’ l-Istudji għall-Kors maħtur mis-
Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord Akkademiku;
B
“il-Grad” tfisser il-grad ta’ Bachelor of Documentation Studies (Honours) –
B.Doc. (Hons);
“il-Kors” tfisser il-programm ta’ studji li jwassal għall-grad ta’ Bachelor of
Documentation Studies (Honours) – B.Doc. (Hons); u
“ir-Regolamenti Prinċipali” tfisser ir-Regolamenti
{enerali
għar-
Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004.
L-Applikabilita’
Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew
f’Ottubru 2003 jew wara.
Ir-Rekwiżiti Speċjali għad-Dħul fil-Kors
B’seħħ minn Ottubru 2006, l-applikanti għandhom ikollhom ċertifikat li
għaddew fil-Livell Intermedju ta’ l-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola fil-Fiżika
jew fil-Matematika Pura bi Grad Ċ jew aħjar.
L-Għażla ta’ l-Applikanti
Il-Bord Akkademiku jista’ jirrakkomanda lis-Senat l-għadd ta’ applikanti li
jistgħu jitħallew jirreġistraw għall-Kors, skond ir-riżorsi disponibbli. L-għadd ta’
postijiet disponibbli jkun imħabbar meta joħorġu l-applikazzjonijiet.
Jekk ikun hemm aktar applikanti eligibbli mill-għadd ta’ postijiet
disponibbli, l-applikanti jkunu magħżula permezz ta’ intervista, li tqis il-kwalifiki ta’
l-applikanti u d-dispożizzjoni tagħhom li jsegwu l-Kors.
It-Tul tal-Kors
Il-Kors jinfirex fuq medda ta’ tlett snin ta’ studju fuq bażi full-time.
Il-Programm tal-Kors
L-istudenti għall-Grad ikunu meħtieġa jirreġistraw għal, u jiksbu, il-kredti
għal taqsimiet studju li għalihom hemm 180 kredtu assenjati kif ġej
B
(a) 160 kredtu fid-dokumentazzjoni;
(b) 6 kredti fakultattivi; u
(ċ) 14-il kredtu għad-dissertazzjoni.
Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jippubblika l-programm ta’ studju għad-
Documentation Studies, imfassal skond il-provvedimenti rilevanti tar-Regolamenti
Prinċipali, u approvat mis-Senat, qabel il-bidu ta’ kull Kors. Suġġett għall-tibdiliet
li l-Bord ta’ l-Istudji, bl-approvazzjoni tas-Senat, jista’ ikun kostrett jagħmel, l-
istudenti huma marbuta li jsegwu t-taqsimiet studju u jiksbu l-kredti kif indikat fil-
programm ta’ studju.