fit-Telekomunikazzjonijiet
Table of Provisions (22)
Statutory Text (22 Articles)
A.L. 61 ta’ l-2003
ATT BIEX JIRREGOLA T-TELEKOMUNIKAZZJONI
(KAP. 399)
Regolamenti ta’ l-2002 dwar Linji Mikrijin
fit-Telekomunikazzjonijiet
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu mill-artiklu 38 ta’ l-Att biex
Jirregola t-Telekomunikazzjoni, il-Ministru għat-Trasport u
Komunikazzjonijiet, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ta’ Malta
dwar il-Komunikazzjoni, għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin
(1)
It-titolu
ta’ dawn ir-regolamenti
hu
Regolamenti
ta’
l-2003
dwar
Linji
Mikrijin
fit-
Telekomunikazzjonijiet .
(2)
Dawn ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-
seħħ kif il-Ministru jista’ jordna u dati differenti jistgħu jkunu
stabbiliti għal regolamenti differenti.
(Regolament 3((2))
Linja Mikrija
Karatteristiċi Tekniċi
Speċifikazzjonijiet tal- Karatteristika tal-
preżentazzjoni
Konnessjoni u
speċifikazzjonijiet ta’
Interface
kif taħdem
Frekwenza vokali 2 wire (1) - ETS 300
2 wire - ETS 300 448
ta’ kwalità speċjali 448 (3)
(3)
4 wire - ETS
300 451 (4)
bl-analog
jew
4 wire (2) - ETS 300
451 (4)
Frekwenza vokali 2 wire (1) – ETS 300
2 wire – ETS 300
ta’ kwalità speċjali 449 (5)
449 (5)
bl-analog
jew
4 wire – ETS 300
4 wire (6) – ETS 300
452 (6)
452 (6)
64 kbit/s digitali (7) ETS 300 288
ETS 300 289
ETS 300 288/A1 (8)
2048 kbit/s digitali ETS 300 418
ETS 300 247
mhux strutturat (9)
ETS 300 247/A1
2048 kbit/s digitali ETS 300 418 (11)
ETS 300 419 (12)
strutturat (10)
(1) Dak li hu meħtieġ għall-konnessjoni f’apparat terminali biex jitgħaqqad ma’ dawn il-linji mikrijin hu deskritt fir-Regolament
Tekniku Komuni Numru 15 (CTR 15).
(2) Dak li hu meħtieġ għall-konnessjoni f’apparat terminali biex jitgħaqqad ma’ dawn il-linji mikrijin hu deskritt fir-Regolament
Tekniku Komuni (CTR 17).
(3) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjoni CCITT M.1040 (verżjoni 1988) flok ETS 300 448.
(4) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjoni CCITT M.1040 (verżjoni 1988) flok ETS 300 451.
(5) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjonijiet CCITT M.1020/M.1025 (verżjoni 1988) flok ETS 300 449.
(6) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjonijiet CCITT M.1020/M.1025 (verżjoni 1988) flok ETS 300 452.
(7) Dak li hu meħtieġ għall-konnessjoni f’apparat terminali biex jitgħaqqad ma’ dawn il-linji mikrijin hu deskritt fir-Regolament
Tekniku Komuni Numru 14 (CTR 14).
(8) Għal perjodu temporanju li jestedni lilhinn mill-31 ta’ Diċembru 1997, dawn il-linji mikrijin jistgħu jkunu pprovduti bl-użu
ta’ interfaces oħra, ibbażati fuq X.21 jew X.21 bis, flok ETS 300 288.
(9) Dak li hu meħtieġ għall-konnessjoni f’apparat terminali biex jitgħaqqad ma’ dawn il-linji mikrijin hu deskritt fir-Regolament
Tekniku Komuni Numru 12 (CTR 12).
(10) Dak li hu meħtieġ għall-konnessjoni f’apparat terminali biex jitgħaqqad ma’ dawn il-linji mikrijin hu deskritt fir-
Regolament Tekniku Komuni Numru 13 (CTR13).
(11) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjonijiet G.703, G.704 (taqsima 5 eskluża) u G.706 (iċċekkjar ta’ żejjed ċikliku)
(verżjoni 1988) flok ETS 300 418.
(12) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjonijiet CCITT serje G.800 (verżjoni 1988) flok ETS 300 419. Għal tipi ta’ linji
mikrijin elenkati hawn fuq l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija jiddefinixxu wkoll il-punti ta’ terminazzjoni tan-network (NTPs),
skond id-definizzjoni mogħtija fl-Artiklu 2 tad-Direttiva 90/387/E.
IT-TIENA SKEDA
(Regolament 5(1))
Preżentazzjoni ta’ informazzjoni li trid tigi ppubblikata
skond ir-Regolament 5(1)
A) Ħtiġiet biex tingħata liċenza
L-informazzjoni fuq ħtiġiet biex tingħata liċenza, proċeduri biex tingħata liċenza
u/jew kondizzjonijiet biex tingħata liċenza għandhom jagħtu stampa cara tal-fatturi
kollha li għandhom impatt fuq il-kondizzjonijiet ta’ l-użu stipulati għal-linji mikrija.
B) Kondizzjonijiet għat-twaħħil ta’ apparat terminali
A.L. 329 ta’ l-2001
L-informazzjoni fuq il-kondizzjonijiet tat-twaħħil għandhom jinkludu stampa cara tal-
ħtiġiet li apparat terminali li jkun se jitwaħħal mal-linja mikrija rilevanti ghandu
jissodisfa skond The Radio Equipment and Telecommunications Terminal Equipment
and the Mutual Recognition of their Conformity Regulations, 2001.
(1)
Kull referenza f’dawn ir-regolamenti għal
“l-Att”
hija
referenza
għall-Att
biex
Jirrregola
t-
Telekomunikazzjonijiet, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subregolament (2) ta’ dan ir-regolament, id-disposizzjonijiet ta’ l-
artiklu 2 ta’ dak l-Att għandhom japplikaw għal dawn ir-
regolamenti.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma tkunx teħtieġ xort’oħra:-
“Awtorità” tfisser l-Awtorità ta’ Malta dwar il-
Komunikazzjoni;
“deċiżjoni” tinkludi kull determinazzjoni hi x’inhi
d-deskrizzjoni tagħha li l-Awtorità tista’ tagħmel taħt dawn
ir-regolament;
“linji
mikrijin”
tfisser
il-faċilitajiet
ta’
telekomunikazzjoni li jipprovdu kapaċità trasparenti bejn
punti ta’ terminazzjoni ta’ network - u li ma jinkludux
swiċċjar kull meta wiehed irid (funzjonijiet ta’ swiċċjar li l-
utent jista’ jikkontrolla bħala parti mill-fornitura tal-linja
mikrija);
“Ministru” tfisser il-Ministru responsabbli għall-
komunikazzjoni; u
“organizzazzjoni notifikata” tfisser provditur
awtorizzat li tkun ingħatatlu direttiva taħt ir-regolament 3
ta’ dawn ir-regolamenti.
(Regolament 5(2))
Preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni li trid tigi ppubblikata
skond ir-Regolament 5(2)
A) Karatteristiċi tekniċi
Il-karatteristiċi tekniċi jinkludu l-karatteristiċi fiżiċi u elettriċi kif ukoll l-
ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tat-tħaddim dettaljati li japplikaw fil-punt ta’
terminazzjoni tan-network . Għandha ssir riferenza ċara għal standards implimentati.
B) Tariffi
It-tariffi jinkludu l-ħlasijiet ta’ konnessjoni tal-bidu, il-ħlasijiet tar-renta perjodika, u
ħlasijiet oħra. Meta tariffi jkunu differenti, bhal fil-kaz ta’ raġunijiet ta’ livelli
differenti ta’ kwalità ta’ servizz, jew ta’ l-ghadd ta’ linji mikrija pprovduti lil utent
(provvista bil-kwantità), dan għandu jkun indikat.
Ċ) Kondizzjonijiet ta’ fornitura
Il-kondizzjonijiet ta’ fornitura għandhom mill-inqas jinkludu l-elementi mfissra fir-
regolament 7.
(1)
L-Awtorità għandha tiżgura li mill-inqas
provditur wieħed awtorizzat ikun obbligat li jipprovdi linji mikrija
f’kull punt f’Malta.
(2)
Għall-finijiet tas-subregolament (1) l-Awtorità tista’
toħroġ direttiva lil provditur awtorizzat li għandu pożizzjoni
dominanti fis-suq tal-linji rilevanti taħt ir-regolament 4, u titlob
lill-provditur awtorizzat biex jipprovdi f’kull punt fil-medda ta’
zona ġeografika speċifika, tip ta’ linja mikrija li hi speċifikata fl-
Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
(3)
Meta ma jkunx hemm provditur awtorizzat li
għandu pożizzjoni dominanti fis-suq tal-linji mikrija rilevanti, l-
Awtorità tista’ toħroġ direttiva taħt is-subregolament (2) lil
provditur awtorizzat li ma jkollux pożizzjoni dominanti fis-suq bis-
saħħa ta’ deċiżjoni taħt ir-regolament 4.
(Regolament 8(3))
Il-ħtiġiet essenzali msemmija fir-regolament 8(3) huma dawn li ġejjin
A) Sigurtà ta’ l-operazzjoni tan-network
Organizzazzjoni notifikata tista’ tieħu l-miżuri li ġejjin biex tħares is-sigurtà ta’ l-
operazzjonijiet tan-network
tul il-perjodu meta jkun hemm sitwazzjoni ta’
emerġenza
•
L-interruzzjoni tas-servizz,
•
Il-limitazzjoni tax-xorta tas-servizz,
•
Ir-rifjut ta’ aċċess għas-servizz.
Sitwazzjoni ta’ emerġenza f’dan il-kuntest għandha tfisser każ eċċezzjonali ta’ forza
maġġuri, bħalma huma temp ħażin għall-aħħar, terremoti, għargħar, beraq jew ħruq.
F’sitwazzjoni ta’ emerġenza l-organizzazzjoni notifikata għandha tagħmel kull ma
tista’ biex tiżgura li s-servizz jibqa’ jingħata lill-utenti kollha. L-organizzazzjoni
notifikata għandha barra minn hekk minnufih tinforma lill-utenti u lill-Awtorità bil-
bidu u t-tmiem ta’ l-emerġenza kif ukoll bix-xorta u l-estensjoni tar-restrizzjonijiet
temporanji tas-servizz;
B) Manutenzjoni ta’ l-integrità tan-network
L-utent għandu d-dritt li jingħatalu servizz kollu kemm hu trasparenti, f’konformità
ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-punt ta’ terminazzjoni tan-network , li hu jista’ juża
b’mod mhux strutturat kif irid hu, bhal meta ma tkun projbita jew ordnata ebda
allokazzjoni ta’ kanal. Ma għandu jkun hemm ebda restrizzjoni fl-użu ta’ linji mikrija
għal raġuni ta’ manutenzjoni ta’ l-integrità tan-network, sakemm il-kondizzjonijiet ta’
aċċess relatati ma’ l-apparat terminali jkunu sodisfatti;
Ċ) Interoperabilità tas-servizzi
Bla preġudizzju għall-ħtiġiet essenzali li jistgħu jkunu stabbiliti bil-liġi, l-użu ta’ linja
mikrija ma għandux ikun ristrett għal raġunijiet ta’ l-interoperabilità ta’ servizzi,
sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ aċċess relatati ma’ l-apparat terminali;
D) Protezzjoni ta’ data
Fir-rigward tal-protezzjoni u l-privatezza ta’ data, l-użu ta’ linji mikrija għandu jkun
ristrett biss safejn ikun neċessarju biex tkun żgurata konformità mal-liġijiet rilevanti
dwar il-protezzjoni u l-privatezza ta’ data.
(1)
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, iżda
bla ħsara għall-paragrafi (2) u (3) taghhom, provditur awtorizzat
għandu jkun preżunt li għandu pożizzjoni dominanti meta s-sehem
tiegħu tas-suq tal-linji mikrija rilevanti f’Malta jkun ta’ ħamsa u
għoxrin fil-mija jew aktar.
(2)
L-Awtorità għandha tivvaluta s-suq tal-linji mikrija
rilevanti fuq il-bażi tat-tip ta’ linji mikrija offruti f’zona ġeografika
partikolari, li tista’ tinkludi parti minn Malta jew Malta kollha.
(3)
L-Awtorità għandha tiddetermina l-metodoloġija u
l-mezzi li bihom is-sehem tas-suq għandu jitkejjel għall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti.
(4)
Minkejja s-subregolament (1) ta’ dan ir-regolament,
l-Awtorità tista’ tistabbilixxi li -
(a) provditur awtorizzat li jkollu sehem ta’ inqas
minn ħamsa u għoxrin fil-mija fis-suq tal-linji mikrija
rilevanti ikollu pożizzjoni dominanti fis-suq u dan il-
provditur awtorizzat għandu, għall-finijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, ikun indikat mill-Awtorità bħala li għandu
pożizzjoni dominanti fis-suq, u
(b) provditur awtorizzat li jkollu sehem ta’ aktar
minn ħamsa u għoxrin fil-mija mis-suq fis-suq tal-linji
mikrija rilevanti, ma jkollux pożizzjoni dominanti fis-suq.
(5) Meta tkun qed tieħu deċiżjoni taħt is-
subregolament (4) l-Awtorità għandha tqis -
(a)
il-ħila tal-provditur awtorizzat li
jinfluwenza
l-kondizzjonijiet tas-suq tal-linji
mikrija,
(b)
kemm idawwar negozju l-provditur
awtorizzat involut relattivament għad-daqs tas-suq
rilevanti,
(ċ)
l-aċċess tal-provditur awtorizzat għal
riżorsi finanzjarji, u
(d)
l-esperjenza tal-provditur awtorizzat
fil-provvista ta’ prodotti u servizzi fis-suq.
(Regolament 9(1))
Linja Mikrija
Karatteristiċi Tekniċi
Speċifikazzjonijiet
Karatteristiċi tal-
tal-preżentazzjoni
Konnessjoni u
speċifikazzjonijiet ta’ kif
Interface
taħdem
34 368 kbit/s
ETS 300 686
ETS 300 687
digitali strutturat
34 368 kbit/s
ETS 300 686
ETS 300 687
digitali mhux
strutturat
139 264 kbit/s
ETS 300 686
ETS 300 688
digitali strutturat
139 264 kbit/s
ETS 300 686
ETS 300 688
digitali mhux
strutturat
155 Mbit/s digitali
ibbażat fuq ITU-T
ibbażat fuq ITU-T G.708
(STM-1)
G.708
(1)
L-Awtorità għandha tippubblika fil-Gazzetta
u f’mezzi oħra ta’ komunikazzjoni kif jidhrilha adattat,
informazzjoni dwar ħtiġiet ta’ liċenzjar u dikjarazzjonijiet u
kondizzjonijiet għat-twaħħil ta’ apparat terminali, fir-rigward ta’ l-
utenti ta’ linji mikrija, skond it-Tieni Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
regolamenti.
(2)
Organizzazzjoni notifikata għandha -
(a)
tipprovdi li l-informazzjoni fir-rigward tal-
karatteristiċi tekniċi, tariffi u provvista u kondizzjonijiet ta’
l-użu għal linji mikrija, ikunu ppubblikati skond il-
preżentazzjoni mogħtija fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ dawn
ir-regolamenti, u
(b)
tippubblika bi spejjeż tagħha avviż ta’ din il-
pubblikazzjoni mill-inqas f’żewġ gazzetti nazzjonali ta’
kuljum u tibgħat kopja lill-Awtorità għall-pubblikazzjoni
mill-Awtorità fil-Gazzetta.
(3)
Organizzazzjoni notifikata għandha tippubblika
informazzjoni dwar bidliet fl-offerti ta’ linji mikrija eżistenti skond
il-paragrafu (2) kemm jista’ jkun malajr wara din id-deċiżjoni u
f’kull każ mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma jkunu
implimentati dawn il-bidliet, sakemm l-Awtorità ma taqbilx
espressament bil-miktub li jsir mod ieħor.
(1)
Meta organizzazzjoni notifikata tkun
obbligata taħt dawn ir-regolamenti li tippubblika xi informazzjoni,
hija għandha għallinqas tinkludi -
(a)
informazzjoni fuq il-proċeduri kif isiru l-
ordnijiet,
(b)
il-perjodu tipiku tal-konsenja li hu l-perjodu
magħdud mid-data meta l-utent ikun għamel talba soda
għal linja mikrija, li fiha ħamsa u disgħin fil-mija tal-linji
mikrija kollha ta’ l-istess tip ikunu ngħataw lill-klijenti,
(ċ)
il-perjodu kuntrattwali, li jinkludi l-perjodu
li b’mod ġenerali hu previst għall-kuntratt u l-perjodu
kuntrattwali minimu li l-utent hu obbligat jaċċetta,
(d)
il-ħin tipiku li jittieħed għat-tiswijiet biex
ikunu konnessi mill-ġdid tmenin fil-mija tal-linji wara
notifika mill-klijent lill-organizzazzjoni notifikata ta’ ħsara
fil-każ tat-tipi eżistenti ta’ linji mikrija, u
(e)
il-proċedura għal rifużjonijiet.
(2)
Għall-finijiet tal-perjodu msemmi fil-paragrafu
(1)(b), il-perjodu għandu jkun stabbilit, fil-każ ta’ tipi eżistenti ta’
linji mikrija, fuq il-bażi tal-perjodi attwali ta’ konsenja ta’ linji
mikrija tul intervall ta’ tul raġonevoli ta’ żmien reċenti, iżda l-
kalkolu ta’ dan il-perjodu m’għandux jeskludi każijiet meta l-
perjodi ta’ konsenja ttardjata jkunu mitluba mill-utenti.
(3)
L-organizzazzjoni notifikata għandha, meta
klassijiet differenti ta’ kwalità ta’ tiswijiet ikunu offruti għall-istess
tip ta’ linji mikrija, tippubblika t-tul ta’ żmien tipiku li jieħdu
tiswijiet differenti.
(1)
Organizzazzjoni notifikata m’għandhiex
tirtira offerta qabel ma tikkonsulta lill-utenti kollha milqutin minn
dak l-irtirar.
(2)
Bla preġudizzju għal drittijiet oħra skond il-liġi,
meta wara deċiżjoni mill-organizzazzjoni notifikata taħt is-
subregolament (1) jkun hemm tilwima bejn utent u organizzazzjoni
notifikata dwar id-data ta’ terminazzjoni, l-utent jista’ jirreferi t-
tilwima lill-Awtorità għad-deċiżjoni tagħha taħt ir-regolament 10.
(1)
Organizzazzjoni notifikata għandha tiżgura
li meta aċċess għal-linji mikrija u l-użu tagħha jkun ristrett, ir-
restrizzjonijiet ghandhom ikunu dawk li jkunu s-suġġett ta’
deċiżjoni mill-Awtorità meħuda skond dawn ir-regolamenti jew
skond l-Att
Iżda f’kull każ organizzazzjoni notifikata ma għandhiex
tirrestrinġi aċċess għal linji mikrija jew ghall-użu tagħhom
sakemm l-apparat terminali ta’ l-utent ma jkunx approvat biex
jitqabbad ma’ sistema ta’ telekomunikazzjonijiet privata skond The
Radio Equipment and Telecommunciations Terminal Equipment
and the Mutual Recognition of their Conformity Regulations, 2001,
u din ir-restrizzjoni tista’ tapplika sakemm dan l-apparat terminali
jkun approvat jew maqtugħ mis-sistema ta’ telekomunikazzjoni
pubblika.
(2)
Organizzazzjoni notifikata m’għandhiex tintroduċi
jew iżżomm restrizzjonijiet fuq -
(a)
l-interkonnessjoni
minn
linji
mikrija
bejnithom, jew
(b)
l-interkonnessjoni tal-linji mikrija u s-
sistema ta’ telekomunikazzjoni pubblika.
(3)
Meta organizzazzjoni notifikata tiddeċiedi, fuq il-
bażi ta’ ħtieġa essenzjali elenkata fir-Raba’ Skeda li tinsab ma’
dawn ir-regolamenti, li tirrestrinġi l-aċċess għal-linji mikrija u l-
użu tagħhom, din għandha tinnotifika lill-Awtorità u lill-utent
involut kemm jista’ jkun malajr fil-prattika bid-deċiżjoni tagħha li
tagħmel dan.
(1)
Organizzazzjoni notifikata għandha tagħmel
aċċessibbli s-sett minimu ta’ linji mikrija li għandhom karatteristiċi
tekniċi armonizzati kif speċifikat fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’
dawn ir-regolamenti.
(2)
Il-provvista minn organizzazzjoni notifikata ta’ linji
mikrija barra mis-sett minimu speċifikat fis-subregolament (1)
m’għandux jimpedixxi l-provvista ta’ dan is-sett minimu
speċifikat.
(3)
L-Awtorità tista’, wara li tqis id-domanda fis-suq u
l-progress fl-istandardizzazzjoni, tordna organizzazzjoni notifikata
biex tipprovdi t-tipi ta’ linji mikrija speċifikati fil-Ħames Skeda li
tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
(1)
L-Awtorità tista, wara talba ta’ utent jew ta’
organizzazzjoni notifikata, tiddetermina kull tilwima bejn utent u
organizzazzjoni notifikata dwar ksur allegat ta’ dawn ir-
regolamenti, inkluża kull tilwima dwar
(a)
ir-rifjut ta’ provvista ta’ linji mikrija,
(b)
l-interruzzjoni tal-provvista ta’ linji mikrija,
(ċ)
l-irtirar ta’ offerta taħt ir-regolament 7, jew
(d)
ir-riduzzjoni ta’ l-aċċess għal karatteristiċi
ta’ linji mikrija għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ konformità
mal-kondizzjonijiet ta’ l-użu.
(2)
Meta l-Awtorità tiġi biex tiddeċiedi tilwimiet riferiti
lilha, hi għandha tuża proċeduri li jkunu faċilment aċċessibbli u li
ma jqumux wisq flus biex tirrisolvihom b’mod ġust, trasparenti u
f’waqtu, waqt li tiżgura li l-partijiet kollha jingħataw opportunità
raġonevoli biex jippreżentaw il-każ tagħhom.
(3)
L-Awtorità għandha tagħti raġunijiet għal kull
deċiżjoni li tista’ tagħti meta tiddetermina tilwima riferita lilha
skond dan ir-regolament.
(4)
L-Awtorità għandha tinnotifika lill-partijiet fit-
tilwima bid-deċizjoni tagħha fi żmien ġimgħa minn meta teħodha u
l-partijiet fit-tilwima għandhom, meta jkunu notifikati,
jikkonformaw ruhhom mad-deċiżjoni.
(5)
Ebda haga f’dan ir-regolament ma għandha tkun
interpretata b’mod li jippreġudika d-dritt tal-partijiet involuti milli
jibdew proċeduri quddiem il-qorti kompetenti.
Organizzazzjoni notifikata għandha -
(a)
taderixxi
għall-prinċipju
ta’
non-
diskriminazzjoni meta tipprovdi linji mikrija,
(b)
tapplika kondizzjonijiet simili f’ċirkostanzi
simili lil organizzazzjonijiet oħra li jipprovdu servizzi
simili, u
(ċ)
tipprovdi linji mikrija lil provdituri
awtorizzati oħra taħt l-istess kondizzjonijiet u ta’ l-istess
kwalità kif tipprovdi lis-servizzi tagħha stess, jew lil dawk
tas-sussidjarji jew sħab tagħha, meta dan japplika.
Meta organizzazzjoni notifikata tqis li ma jkunx
raġonevoli li, meta jkollha xi talba partikolari biex tipprovdi linji
ik ij k d i
iffi l k di j iji
’
i
bblik i
mikrija skond it-tariffi u l-kondizzjonijiet ta’ provvista ppubblikati
minnha u li dawk it-tariffi u kondizzjonijiet għandhom jitbiddlu fir-
rigward ta’ dik it-talba, ghaldaqstant l-organizzazzjoni notifikata
tista’ biss tibdel dawk it-tariffi u kondizzjonijiet wara li tkun ġabet
il-qbil bil-miktub ta’ l-Awtorità bil-quddiem.
(1)
Organizzazzjoni notifikata għandha, bla
preġudizzju għall-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni dikjarat fir-
regolament 11, tistabbilixxi tariffi għal linji mikrija li
(a)
jsegwu l-prinċipju bażiku ta’ orjentament u
trasparenza ta’ l-ispejjeż, u li jkunu indipendenti mit-tip ta’
applikazzjoni li l-utenti tal-linji mikrija jimplimentaw;
(b)
jkunu normalment jinkludu ħlas għall-
konnessjoni tal-bidu u ħlas perjodiku jiġifieri element ta’
rata fissa. Meta jigu applikati elementi ta’ tariffa oħra,
dawn għandhom ikunu trasparenti u bbażati fuq kriterji
oġġettivi;
(ċ)
jkunu japplikaw għall-faċilitajiet ipprovduti
bejn il-punti ta’ terminazzjoni tan-network li minnhom l-
utent għandu aċċess għal-linji mikrija. Meta l-linja mikrija
tkun ipprovduta minn aktar minn organizzazzjoni notifikata
waħda, jistghu jkunu applikati tariffi għal nofs ċirkuwitu,
jiġifieri minn punt wieħed ta’ terminazzjoni għal punt
ipotetiku f’nofs iċ-ċirkuwitu.
(2)
Organizzazzjoni notifikata għandha topera u żżomm
sistema ta’ cost accounting li tkun adatta għall-implimentazzjoni
tas-subregolament (1) u liema sistema għandha tinkludi l-elementi
li ġejjin
(a)
spejjeż ta’ linji mikrija li għandhom b’mod
partikolari jinkludu spejjeż diretti magħmulin mill-
organizzazzjoni notifikata biex twaqqaf u topera l-linji
mikrija u tagħmel manutenzjoni tagħhom, u għall-bejgħ u
ħruġ ta’ kontijiet tal-linji mikrija;
(b)
spejjeż komuni, jiġifieri spejjeż li la jistgħu
jkunu assenjati direttament għal-linji mikrija u lanqas għal
attivitajiet oħra, liema spejjeż għandhom ikunu allokati kif
ġej
(i)
kull meta jkun possibbli, kategoriji
ta’ spejjeż komuni għandhom ikunu allokati fuq il-
bażi ta’ analiżi diretta ta’ l-oriġini ta’ l-ispejjeż
infushom;
(ii)
meta analiżi diretta ma tkunx
possibbli, għandhom ikunu allokati kategoriji ta’
spejjeż komuni bis-saħħa ta’ konnessjoni indiretta
ma’ kategorija ta’ spejjeż oħra jew grupp ta’
kategoriji ta’ spejjeż li għalihom tista’ ssir
assenjazzjoni jew allokazzjoni diretta. Il-
konnessjoni indiretta għandha tkun ibbażata fuq
strutturi ta’ spejjeż komparabbli;
(iii)
meta la qisien diretti u lanqas
indiretti ta’ allokazzjoni ta’ spejjeż ma jistgħu
jinstabu, il-kategorija ta’ spejjeż għandha tkun
allokata fuq il-bażi ta’ allokatur ġenerali ikkalkulat
skond il-proporzjon bejn l-ispejjeż kollha assenjati
jew allokati lil-linji mikrija, fuq naħa waħda, u
dawk allokati lil servizzi oħra, fuq in-naħa l-oħra
Iżda jistgħu jkunu applikati biss sistemi ta’ cost accounting
jekk l-Awtorità tqis li xi sistema oħra tkun adatta għall-
implimentazzjoni tas-subregolament (1) u dan biss wara li l-
Awtorità tkun approvat dawn is-sistemi l-oħra ta’ cost accounting.
(3)
Organizzazzjoni
notifikata
m’għandhiex
timmodifika jew tibdel is-sistema ta’ cost accounting mingħajr il-
kunsens minn qabel bil-miktub ta’ l-Awtorità.
(4)
L-Awtorità tista’, b’avviż fil-Gazzetta, tiddikjara li
jkun hemm kompetizzjoni effettiva f’suq ta’ linji mikrija wara li
tkun qieset it-tariffi li jikkonformaw ma’ dan ir-regolament.
(5)
Is-subregolament (1) ma għandux japplika -
(a)
għal provditur awtorizzat li ma jkollux
pożizzjoni dominanti fis-suq kif determinat mill-Awtorità
taħt ir-regolament 4 fir-rigward ta’ offerta ta’ linja mikrija
f’zona ġeografika speċifika, jew
(b)
meta l-Awtorità tagħmel dikjarazzjoni taħt
is-subregolament (4) li fiha tgħid li tkun sodisfatta li jkun
hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-linji mikrija
rilevanti skond ma juru t-tariffi li jkunu jikkonformaw mal-
ħtiġiet ta’ dan ir-regolament.
(1)
L-Awtorità tista’ titlob organizzazzjoni
notifikata biex tgħaddilha dik l-informazzjoni li tista’ tenħtieġ biex
tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet tagħha taħt dawn ir-regolamenti,
(a)
id-dettalji kollha dwar is-sistemi ta’ cost
accounting applikati mill-organizzazzjoni notifikata kif l-
Awtorità tista’ teħtieġ minn żmien għal żmien; u
(b)
mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull
sena, rapporti statistiċi mill-inqas tas-sena kalendarja
preċedenti li jkunu juru l-ħinijiet ta’ konsenja u l-ħinijiet
tat-tiswijiet imsemmija fir-regolament 6.
(2)
Għall-finijiet ta’ kontroll kontinwu tal-konformità
ma’ dawn ir-regolamenti, l-Awtorità tista’ titlob lil kull persuna li
jidhirlha li tkun soġġetta għal xi obbligu taħt dawn ir-regolamenti,
biex tipproduċi fiż-żmien li jista’ jkun determinat mill-Awtorità,
dik l-informazzjoni li tista’ tenħtieġ mill-Awtorità biex turi jekk
ikunx hemm konformità mal-ħtieġa rilevanti.
(1)
L-Awtorità għandha tkun responsabbli biex
tiżgura konformità mad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u
tista’, għal dan l-iskop u biex tqiegħed fis-seħħ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, toħroġ direttiva li
jidhrilha meħtieġa f’dan ir-rigward.
(2)
Persuna għandha f’kull okkażjoni tikkonforma
ruhha ma’ kull direttiva jew deċiżjoni, irrispettivament minn kif
din tkun deskritta, ta’ l-Awtorità u li tkun maħruġa taħt dawn ir-
regolamenti minkejja kull tilwima, ilment, appell jew xi proċeduri
legali kontemplati jew mibdija fir-rigward tad-direttiva jew
deċiżjoni msemmija.
(3)
Kull persuna li tonqos milli tikkonforma ruhha ma’
xi direttiva jew deċiżjoni maħruġa mill-Awtorità taħt dawn ir-
regolamenti għandha titqies li tkun aġixxiet bi ksur ta’ dawn ir-
regolamenti.
L-Awtorità tista’ timponi multa amministrattiva
skond ma hemm fir-Regolament ta’ l-2002 dwar Penali
Amministrattivi u Sanzjonijiet fit-Telekomunikazzjonijiet, fuq
provditur awtorizzat li jonqos milli jikkonforma ruhu ma’ xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jew ma’ xi direttiva
jew deċiżjoni, irrispettivament minn kif din tkun deskritta, li l-
Awtorità tista’ toħroġ jew tagħti taħt dawn ir-regolamenti.
Kull persuna aggravata minn xi deċiżjoni meħuda
mill-Awtorità bis-saħħa ta’ dawn ir-regolamenti, tista’ tappella lill-
Bord ta’ l-Appelli dwar it-Telekomunikazzjonijiet sakemm dik il-
persuna tkun kapaċi turi li jkollha bizzejjed interess biex
tikkontesta d-deċiżjoni ta’ l-Awtorità.